KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Att dwar is-Suq Uniku II Flimkien għal tkabbir ġdid /* COM/2012/0573 final - 2012/ () */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW
U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Att dwar is-Suq Uniku II Flimkien għal tkabbir ġdid (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) Werrej 1..... INTRODUZZJONI 4 2..... FLIMKIEN GĦAL TKABBIR
ĠDID.. 5 2.1. L-iżvilupp ta’ netwerks integrati b’mod sħiħ fis-Suq
Uniku. 6 Transport bil-ferrovija. 7 It-Trasport Marittimu. 7 Trasport bl-ajru. 8 Enerġija. 9 2.2. It-trawwim tal-mobbiltà transfruntiera taċ-ċittadini u
n-negozji; 9 Mobbiltà taċ-ċittadini 10 Aċċess għall-finanzi 10 L-ambjent tan-negozju. 11 2.3. L-appoġġ
għall-ekonomija diġitali fl-Ewropa; 13 Is-settur tas-servizzi 13 Suq Uniku diġitali 14 Il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist
pubbliku. 15 2.4. It-tisħiħ tal-imprenditorjat soċjali, il-koeżjoni u
l-kunfidenza tal-konsumatur. 16 Konsumaturi 16 Il-koeżjoni soċjali u
l-imprenditorjat soċjali 17 3..... KONKLUŻJONI 18 ANNESS I: LISTA TA' AZZJONIJIET EWLENIN TAL-ATT DWAR IS-SUQ UNIKU II 19 ANNESS II: Att dwar is-Suq Uniku I: Status
tal-Azzjonijiet. 21 1. INTRODUZZJONI Din is-sena
tikkommemora l-20 anniversarju tas-Suq Uniku. Kien hemm ħafna suċċessi: mill-1992 sal-2008, is-Suq Uniku ġġenera 2.77 miljun impjieg
ieħor fl-UE u 2.13 % addizzjonali fil-PDG[1]. Għall-konsumaturi Ewropej, is-Suq Uniku jfisser iktar
għażla bi prezzijiet irħas - 70% tnaqqis fil-prezzijiet
tat-telefonija ċellulari huwa eżempju wieħed biss. Liċ-ċittadini, is-Suq Uniku
tagħhom il-possibbiltà jivjaġġaw b’mod liberu, jissetiljaw u
jaħdmu fejn jixtiequ. Liż-żgħażagħ
fetħilhom l-opportunitajiet li jistudjaw barra minn pajjiżhom – iktar
minn 2.5 miljun student ħatfu din l-opportunità fl-aħħar 25
sena. Lit-23 miljun kumpanija fl-UE,
is-Suq Uniku fetħilhom l-aċċess għal 500 miljun
konsumatur. Il-messaġġ huwa
ċar, l-evidenza qiegħda hemm: Suq Uniku b’saħħtu, approfondit u integrat joħloq
tkabbir, jiġġenera impjiegi u joffri opportunitajiet li 20 sena ilu
ma kinux jeżistu għaċ-ċittadini Ewropej. L-ikkompletar
tas-Suq Uniku huwa eżerċizzju kontinwu. Is-Suq Uniku għandu jirreaġixxi għal dinja dejjem
tinbidel fejn l-isfidi soċjali u demografiċi, teknoloġija
ġdida u imperattivi, bħall-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali u
t-tibdil fil-klima, għandhom ikunu inkorporati fit-tfassil tal-politiki. Il-kriżi
ekonomika u finanzjarja ġġenerat sfidi addizzjonali u enfasizzat
il-bżonn għal riformi strutturali fundamentali. B’rata ta’ qgħad persistentement għolja, b’mod partikolari
fost iż-żgħażagħ, u b’parti mill-popolazzjoni Ewropea
tgħix fil-faqar, il-kriżi ekonomika hija wkoll kriżi
soċjali. Jeħtieġ li
nindirizzaw din il-kriżi b’urġenza, ambizzjoni u determinazzjoni. Jekk dan ma jsirx, jiżdied ir-riskju li
l-Ewropa u l-Istati Membri tagħha jingħalqu fihom infushom u jista’
jkun ta' theddida għall-fiduċja fil-proġett Ewropew. Is-Suq Uniku
jikkostitwixxi għodda ewlenija biex niksbu l-viżjoni fit-tul
tagħna ta’ ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. Huwa jsaħħaħ il-kompetittività
tal-Ewropa fis-suq globali. Il-konsistenza
u l-kumplimentarjetà bejn il-politiki interni u esterni se jrawmu
l-kummerċ u t-tkabbir. Iktar minn qatt
qabel neħtieġu Suq Uniku li jappoġġja riformi għal
iktar tkabbir u impjiegi, li jsaħħaħ il-fiduċja
taċ-ċittadini u tan-negozji u li jwaslilhom benefiċċji
konkreti fil-ħajja ta' kull jum. Se jirrikjedi l-attenzjoni u l-konċentrazzjoni kontinwi
tagħna. L-Att dwar is-Suq
Uniku[2]
ppreżentat mill-Kummissjoni f’April 2011, stabbilixxa tnax-il xprun
għall-iżvilupp ulterjuri tas-Suq Uniku, li jirriflettu
approċċ komprensiv li kemm Mario Monti[3]
kif ukoll il-Parlament Ewropew sostnew fir-rapporti rispettivi tagħhom
dwar il-futur tas-Suq Uniku[4].
L-Att ħabbar sett ta’ tnax-il azzjoni ewlenija u 50 azzjoni kumplimentari
biex jistimulaw it-tkabbir u jsaħħu l-kunfidenza. L-involviment
konġunt tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u ħafna partijiet
konċernati, wassal għal viżjoni politika kondiviża
ħafna għall-iżvilupp ulterjuri tas-Suq Uniku u ppermetta li
l-attenzjoni politika tkun iffukata. Madankollu, huwa meħtieġ
progress b'urġenza sabiex it-tnax-il proposta ta’ prijorità tal-ewwel Att
dwar is-Suq Uniku, isir ftehim dwarhom malajr kemm jista’ jkun u safejn
possibbli sal-aħħar tas-sena, f’konformità mat-talba tal-Kunsill
Ewropew[5].
Sal-lum, għad ma hemmx qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq
ħdax mit-tnax-il azzjoni ewlenija proposti. Minħabba
l-urġenza tal-kriżi, għandna nieħdu azzjoni biex
inħejju passi ulterjuri. Din il-Komunikazzjoni għaldaqstant
tħabbar “l-Att dwar is-Suq Uniku II” bit-tieni sett ta’ azzjonijiet
prijoritarji. Dawn l-azzjonijiet huma maħsuba biex jiġġeneraw
effetti reali fil-prattika u jagħmlu liċ-ċittadini u n-negozji
kunfidenti li jużaw is-Suq Uniku b’vantaġġ għalihom. Peress li
l-kriżi kurrenti qed tevolvi u qed jitfaċċaw sfidi ġodda,
ma hemmx dubju li fil-futur se jkunu meħtieġa azzjonijiet ulterjuri
biex jistimulaw lis-Suq Uniku bħala l-mutur għal tkabbir u iktar
benessri. Is-suċċess
ta’ dan il-proġettt se jiddependi fuq jekk ir-regoli tas-Suq Uniku humiex
applikati fil-prattika b’mod effiċjenti, prevedibbli u affidabbli. Għal
dan l-għan, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kuljum
tar-regoli tas-Suq Uniku mill-awtoritajiet fl-Istati Membri huma ta’ importanza
kardinali. Il-Kummissjoni se tiddedika l-attenzjoni kollha tagħha
għal din l-isfida kif stabbilit fil-Komunikazzjoni ta’
Ġunju 2012 dwar dan is-suġġett[6] B’mod partikolari hija titlob
li jsiru sforzi addizzjonali f'setturi li għandhom l-ikbar potenzjal
għat-tkabbir jiġifieri, is-servizzi u n-netwerks. Se ttejjeb ukoll
il-monitoraġġ tal-funzjonament tas-Suq Uniku billi tagħmel
użu mill-proċess tas-semestru Ewropew. L-għan huwa li
tiżdied il-pressjoni bejn il-pari u tippreżenta azzjonijiet li
jiġġieldu l-ostakli li fadal, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll
nazzjonali. Huwa importanti li, sabiex il-viżjoni
tas-Suq Uniku ssir realità tanġibbli għaċ-ċittadini u
n-negozji, se jkun meħtieġ appoġġ politiku kontinwu
mill-atturi kollha. L-ewwel Att dwar is-Suq Uniku diġà jibbenefika minn
spirtu ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-istess
spirtu ta’ sħubija se jkun meħtieġ
għall-preżentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku II. 2. FLIMKIEN
GĦAL TKABBIR ĠDID Mill-adozzjoni
tal-ewwel Att dwar is-Suq Uniku f’April 2011, il-Kummissjoni
ppreżentat proposti għat-tnax-il azzjoni ewlenija tagħha u
għal 36 mill-50 azzjoni kumplimentari tagħha (ara l-Anness II). Din il-Komunikazzjoni tibni fuq l-ewwel Att dwar
is-Suq Uniku u tidentifika erba’ muturi li fuqhom għandhom ikunu ffukati
l-azzjonijiet ewlenin. L-erba’ muturi
għal tkabbir ġdid imressqa f’din il-Komunikazzjoni huma: 1. L-iżvilupp ta’ netwerks integrati b’mod sħiħ fis-Suq
Uniku; 2. It-trawwim tal-mobbiltà transfruntiera taċ-ċittadini u
n-negozji; 3. L-appoġġ għall-ekonomija diġitali fl-Ewropa; 4. It-tisħiħ tal-imprenditorjat soċjali, il-koeżjoni u
l-kunfidenza tal-konsumatur. In-netwerks huma
s-sisien tal-ekonomija u l-għan huwa li jinkiseb Suq Uniku fejn
iċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw minn suq uniku tat-trasport u
l-enerġija. Il-mobbiltà
taċ-ċittadini u n-negozji bejn il-fruntieri hija fil-qalba tas-Suq
Uniku; għandna nagħmlu minn
kollox biex ninkoraġixxuha iktar. Is-settur diġitali huwa l-mutur ewlieni kemm
għall-produttività kif ukoll għall-kreattività u għandna
naħdmu bis-sħiħ għal Suq Uniku diġitali fejn
iċ-ċittadini u n-negozji jkunu ħielsa li jagħmlu
kummerċ transfruntier onlajn mingħajr restrizzjonijiet. L-imprenditorjat soċjali, il-koeżjoni u
l-kunfidenza tal-konsumatur jiżguraw tkabbir inklussiv li joffri
opportunitajiet ibbażati fuq regoli ġusti, robusti u ekwi
għaċ-ċittadini u n-negozji. Ġew
identifikati tnax-il xprun u azzjonijiet ewlenin stipulati taħt dawn l-erba’
muturi b’kunsiderazzjoni għall-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew[7], l-Istati Membri, il-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8]
u l-partijiet interessati. Huma
jirriflettu prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, ix-xogħol li
sar fil-kuntest tal-Istudju dwar il-Kost li ma jkunx hemm Ewropa li qed isir
f’isem il-Kummissjoni u l-20 kwistjoni ta' tħassib ewlenin enfasizzati
miċ-ċittadini u n-negozji[9]. Barra minn hekk, għandhom jitqiesu flimkien
mal-analiżi li għaddejja tal-inizjattivi ewlenin
tal-Ewropa 2020, speċjalment l-istrateġija dwar il-politika
industrijali[10],
l-aġenda diġitali[11],
u l-inizjattiva tal-unjoni tal-innovazzjoni[12]. It-tnax-il azzjoni kollha se jagħtu
kontribut għat-tkabbir, l-impjieg u l-kunfidenza fis-suq fis-Suq Uniku . Kollha jistgħu jkunu ppreżentati
fil-perjodu tal-mandat ta' din il-Kummissjoni. Mhux l-azzjonijiet kollha huma leġiżlattivi fin-natura
tagħhom, iżda kollha huma mistennija li jkollhom impatt konkret
fir-realtà[13]. 2.1. L-iżvilupp ta’ netwerks integrati b’mod sħiħ fis-Suq
Uniku In-netwerks
jipprovdu servizzi li l-biċċa l-kbira taċ-ċittadini u
n-negozji jużaw kuljum, mhux l-inqas fl-oqsma tat-trasport u
l-enerġija. Madankollu, huwa
preċiżament f’dawn iż-żewġ oqsma li s-Suq Uniku mhux
komplut, minkejja l-progress li sar. Il-viżjoni
tal-Kummissjoni hija ta’ Suq Uniku għat-trasport u l-enerġija, fejn
il-konsumaturi, kemm jekk huma ċittadini kif ukoll jekk huma negozji
għandhom għażla reali u l-operaturi huma ħielsa li joffru
s-servizzi tagħhom kullimkien lil kwalunkwe konsumatur fuq bażi
ugwali. Netwerks
effiċjenti, integrati u sostenibbli tal-infrastruttura tat-trasport u
l-enerġija huma prerekwiżit biex din il-viżjoni ssir realtà. Minbarra l-promozzjoni tal-użu
effiċjenti tan-netwerks eżistenti, l-UE se tkompli tiffinanzja
l-iżvilupp tagħhom permezz tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni
tagħha u n-netwerks trans-Ewropej tagħha. Il-proposti għall-baġit tal-UE wara l-2013, u b’mod
partikolari l-Faċiltà Nikkollegaw l-Ewropa, jipprovdu sorsi importanti ta’
investiment fin-netwerks tat-trasport, l-enerġija u diġitali li
jeħtieġ li jkunu mobilizzati sabiex l-Istati Membri kollha jkunu
jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fisSuq Uniku. Sar progress
konsiderevoli lejn din il-viżjoni f’ħafna modi ta' trasport u permezz
tal-implimentazzjoni tat-tielet pakkett tal-enerġija, li jwassal għal
għażla aħjar ta' servizzi u ta' aktar benefiċċji
għall-konsumaturi. Sabiex
tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-swieq Ewropej tat-trasport intern
u l-enerġija, il-Kummissjoni se tkompli tinforza b’mod strett ir-regoli
tal-kompetizzjoni tagħha u b’mod partikolari r-regoli tal-antitrust. Madankollu,
għandu jsir iktar b’mod partikolari fit-trasport bil-ferrovija, bl-ajru u
bil-baħar kif ukoll fis-servizzi tal-elettriku u l-gass, peress li
n-negozji u l-konsumaturi Ewropej għadhom qed iħallsu prezzijiet
għoljin għalxejn li jirriżultaw minn swieq tat-trasport u
tal-enerġija ineffiċjenti u frammentati. Il-Kummissjoni identifikat erba’ azzjonijiet ewlenin li jikkostitwixxu
l-passi li jmiss lejn il-viżjoni komuni tagħna. Il-Kummissjoni se tkompli tirrifletti wkoll fuq oqsma li jistgħu
jkollhom benefiċċji ekonomiċi, kif ukoll ambjentali u
soċjali addizzjonali, pereżempju fil-ġarr tal-merkanzija
bit-triq. Restrizzjonijiet
eżistenti tal-kabotaġġ jikkontribwixxu biex għadd sinifikanti
ta’ trakkijiet jivvjaġġaw vojta, għandhom imappt negattiv fuq
il-kompetittività u l-kummerċ u jagħmluha diffiċli li tkun
ikkontrollata l-konformità ma’ standards soċjali bażiċi. Transport bil-ferrovija Azzjoni ewlenija 1: Servizzi domestiċi miftuħa ta’ ġarr ta’
passiġġieri bil-ferrovija minn Stat Membru ieħor sabiex titjieb
il-kwalità u l-kosteffiċjenza tas-servizzi tal-ġarr
tal-passiġġieri bil-ferrovija. Fil-qasam
tat-trasport bil-ferrovija, l-operaturi minn Stat Membru wieħed
għadhom mhux awtorizzati jġorru passiġġieri permezz ta’
linji domestiċi fi Stat Membru ieħor. Fl-istess ħin, il-kuntratti tas-servizz pubbliku jistgħu
jingħataw direttament mingħajr proċeduri miftuħa. L-esperjenza fl-Istati Membri li introduċew
il-ftuħ tas-suq għal servizzi domestiċi ta’ ġarr ta’
passiġġieri turi li l-kompetizzjoni fit-trasport bil-ferrovija wassal
għal gwadann importanti fl-effiċjenza, b’mod partikolari
f’impriżi ferrovjarji stabbiliti. Dan wassal għal iffrankar sostanzjali fil-fondi pubbliċi
għal servizzi ferrovjarji b'kuntratti ta' servizz pubbliku, li jista’
jilħaq bejn 20 u 30 %. Billi tibni fuq
dawn l-esperjenzi pożittivi, il-Kummissjoni se tippreżenta r-raba’
pakkett dwar il-ferroviji. Il-pakkett
se joffri liċ-ċittadini Ewropej servizzi domestiċi tat-trasport
bil-ferrovija iktar kompetittivi u effiċjenti, ta' kwalità aħjar u
irħas billi l-impriżi ferrovjarji liċenzjati kollha tal-UE
jingħataw id-dritt joperaw servizzi domestiċi
tal-passiġġieri b’aċċess miftuħ u d-dritt li
jippreżentaw offerti għal kuntratti ta' servizz pubbliku. Dan se jattira iktar passiġġieri minn
mezzi ta’ trasport oħra b’impatti ambjentali pożittivi. Il-pakkett se
jsaħħaħ ukoll il-governanza tal-immaniġġjar
tal-infrastruttura sabiex jagħmel l-aħjar użu
mill-infrastruttura eżistenti b’kapaċità aħjar ta’ allokazzjoni,
pjanar tal-manutenzjoni u xogħlijiet ta' żvilupp. Dan, flimkien ma’ approċċ komuni
ġdid għar-regoli tas-sikurezza u tal-interoperabbiltà, se jgħin
biex ikun żgurat aċċess mhux diskriminatorju garantit sabiex
ikunu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi ġenwini. It-Trasport Marittimu Azzjoni ewlenija 2: L-istabbiliment ta’ Suq Uniku reali għat-trasport marittimu billi
l-merkanzija trasportata bejn il-portijiet tal-UE ma tibqax soġġetta
għal formalitajiet amministrattivi u doganali li japplikaw għal
merkanzija li tasal minn portijiet barranin. Madwar 40 %
tal-merkanzija tas-Suq Uniku hija trasportata bil-baħar permezz ta’ rotot
qosra bejn il-portijiet tal-UE[14]. Illum, bastimenti li jbaħħru bejn
il-portijiet tal-UE huma meqjusa li telqu mit-territorju doganali tal-UE. Bħala riżultat, taħt
proċeduri normali, il-vapuri li jġorru merkanzija minn Stat Membru
għal ieħor xorta għadhom iridu jgħaddu mill-istess
formalitajiet amministrattivi kumplessi bħall-vapuri li jaslu minn
portijiet barranin. Għaldaqstant,
għalkemm diġà ġew introdotti proċeduri amministrattivi
simplifikati għat-trasport marittimu fil-leġiżlazzjoni tal-UE,
bastimenti li jbaħħru bejn portijiet tal-UE għadhom qed
jaffaċċjaw għadd sinifikanti ta' proċeduri kumplessi li
jiżvantaġġaw il-ġarr ta' merkanzija bil-baħar fl-UE
stess meta mqabbel ma’ modi ta’ trasport oħra. Sabiex ikun
stabbilit suq verament intern għall-merkanzija li tinġarr bil-vapuri,
fil-kuntest tal-isforzi usa’ tagħha biex ikun stimulat tkabbir
tat-trasport bil-baħar u marittimu[15],
il-Kummissjoni se tressaq il-pakkett “Blue Belt” b’inizjattivi
leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi biex tnaqqas il-piż
amministrattiv mit-trasport marittimu intra-UE għal livell li huwa
komparabbli ma' dak ta' modi oħra ta' trasport (ajru, ferrovija, triq). Dan se jkun appoġġjat minn
teknoloġiji moderni tal-ICT, li jippermettu li l-vapuri u l-merkanzija
jkunu ttrekjati b’mod affidabbli u b’livell suffiċjenti ta’ ċertezza
meta l-ġarr tal-merkanzija bil-baħar isir fis-Suq Uniku. Barra minn hekk,
biex ikun attraenti t-trasport marittimu jiddependi fuq id-disponibbiltà,
l-effiċjenza u l-affidabbiltà ta' servizzi portwarji.
F’dinja globalizzata, jeħtieġ li jkun hemm
approċċ integrat fil-katina tal-valur. Għaldaqstant, l-aċċess għall-portijiet għandu
jkun organizzat b’mod integrat. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet portwarji għandhom irwol
kruċjali. Id-disponibbiltà,
l-effiċjenza u l-affidabbiltà tas-servizzi portwarji se jikkontribwixxu
sabiex it-trasport bil-baħar isir aktar attraenti. Il-Kummissjoni għaldaqstant qed taħdem
ukoll biex jitjiebu l-effiċjenza u l-kwalità kumplessiva tas-servizzi
portwarji, biex ikunu indirizzati l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward
tal-ippjanar tajjeb tal-konnessjonijiet portwali u fl-intern tal-pajjiż,
it-trasparenza tal-fondi pubbliċi u t-tariffi portwarji, l-isforzi
għas-simplifikazzjoni amministrattiva fil-portijiet u r-reviżjoni
tar-restrizzjonijiet dwar il-provvediment ta’ servizzi fil-portijiet. Trasport bl-ajru Azzjoni ewlenija 3: L-implimentazzjoni aċċellerata tal-Ajru Uniku Ewropew biex
jissaħħu s-sikurezza, il-kapaċità, l-effiċjenza u l-impatt
ambjentali tal-avjazzjoni. In-nuqqas ta’
mmaniġġjar ta’ spazju tal-ajru Ewropew integrat għandu
riperkussjonijiet sinifikanti fuq l-utenti tal-ispazju tal-ajru. Huwa jirriżulta f’li l-inġenji tal-ajru
jtawlu r-rotot mingħajr ħtieġa minn flok jieħdu rotot
diretti u jsofru ttardjar tat-traffiku tal-ajru, li jagħmel ħsara
ekonomika u ambjentali sinifikanti. Il-frammentazzjoni
tal-ispazju tal-ajru Ewropew jikkawża spejjeż addizzjonali
għoljin għal-linji tal-ajru stmati madwar EUR 5 biljuni kull
sena[16]. Fl-aħħar mill-aħħar,
il-passiġġieri tal-ajru u l-ekonomija Ewropea jġarrbu dawn
l-ispejjeż. Peress li t-traffiku
tal-ajru qed ikompli jikber, is-sistema eżistenti tal-immaniġġjar
tat-traffiku tal-ajru ma għadhix sostenibbli minħabba raġunijiet
ta’ sikurezza, kapaċità u spejjeż. L-aċċellerazzjoni
tal-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew permezz ta’ pakkett ġdid ta’
azzjonijiet, inklużi azzjonijiet leġiżlattivi
(bħall-kjarifika tal-istruttura istituzzjonali, it-tisħiħ
tal-prinċipji tas-suq għall-provvediment ta’ servizzi ta’
navigazzjoni fl-ajru, l-aċċellerazzjoni tat-tnedija tas-SESAR,
id-definizzjoni mill-ġdid tal-iskema tal-prestazzjoni u l-forniment
lill-Kummissjoni b’għodod ċari għall-infurzar, b’mod partikolari
fir-rigward ta’ blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali), se tindirizza
l-ostakli persistenti u se twassal għal benefiċċji kbar
fil-prestazzjoni u l-effiċjenza. Se ttejjeb aktar is-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ewropa, se tnaqqas
l-ispejjeż tat-trasport għaċ-ċittadini u n-negozji u se
tbaxxi l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mit-titjiriet
individwali permezz ta’ rotot iktar diretti. Enerġija Azzjoni ewlenija 4: Titjib tal-implimentazzjoni u l-infurzar tat-tielet pakkett
tal-enerġija u r-realizzazzjoni tas-swieq transfruntieri
għall-benefiċċju tal-konsumaturi Suq integrat
tal-enerġija jikkontribwixxi għal prezzijiet orħos
tal-enerġija u jiffaċilita l-investimenti. Kien stmat li l-konsumaturi fl-UE kollha jistgħu jifrankaw sa
EUR 13-il biljun kull sena jekk jaqilbu għall-orħos tariffa
tal-elettriku disponibbli[17]. Suq integrat tal-enerġija jipprovdi wkoll
iktar enerġija sikura lill-UE milli jistgħu jipprovdu 27 suq
tal-enerġija fuq skala iżgħar u jiffaċilita t-tranżizzjoni
lejn sistemi tal-enerġija b'livell baxx tal-karbonju bl-inqas kost
possibbli. L-enerġija
għandha tkun kapaċi tiċċirkola fejn hija
meħtieġa, mingħajr ostakli fiżiċi fuq il-fruntieri
nazzjonali. Minkejja l-adozzjoni
tat-tielet pakkett tal-enerġija, għadu ma nkiseb ebda suq
tal-enerġija intern Ewropew integrat b’mod sħiħ,
għad-detriment tal-utenti kollha tal-enerġija, inklużi
l-unitajiet domestiċi privati. Sabiex
jintlaħaq l-objettiv miftiehem ta’ suq tal-enerġija intern komplut
sal-2014, għandhom ikunu implimentati b’mod ambizzjuż r-regoli
stabbiliti fl-Istati Membri u għandhom ikunu infurzati minn awtoritajiet
indipendenti u b'saħħithom nazzjonali u tal-UE. Barra minn hekk, f’dan id-deċennju huma meħtieġa
investimenti kbar fis-sistemi tal-enerġija tagħna biex jiġu
mmodernizzati n-netwerks tal-UE, is-sistemi tad-dekarbonizzazzjoni u sabiex
dawn isiru aktar effiċjenti fl-enerġija[18]. Il-Kummissjoni se
tippreżenta Komunikazzjoni biex tagħti rendikont tal-progress li sar
fl-implimentazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u biex tipproponi
azzjonijiet li jistgħu jiżguraw li s-suq tal-enerġija tal-UE
jissodisfa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jaqdi l-bżonnijiet u
l-aspettattivi taċ-ċittadini u n-negozji tal-UE. 2.2. It-trawwim tal-mobbiltà transfruntiera taċ-ċittadini u
n-negozji; Il-mobilità
taċ-ċittadini u n-negozji hija fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea u
tas-Suq Uniku. Il-Kummissjoni se
tkompli taħdem lejn il-viżjoni tagħha ta’ Suq Uniku fejn
iċ-ċittadini, il-ħaddiema u n-negozji huma ħielsa li
jiċċaqilqu bejn il-fruntieri meta u fejn iridu u mingħajr
restrizzjonijiet mhux iġġustifikati imposti minn regoli u regolamenti
nazzjonali diverġenti. Il-mobilità
hija prekundizzjoni għas-Suq Uniku biex irendi l-potenzjal tiegħu sew
jekk hu soċjali, kulturali, politiku jew ekonomku.
Il-prezz
tal-mobilità baxxa huwa għoli. Minkejja
l-fatt li mit-tieni nofs tal-2009 l-impjiegi vakanti mhux mimlija żdiedu,
l-Ewropa qed tesperjenza livelli ta’ qgħad rekord f’ħafna Stati
Membri. Fl-istess ħin,
il-mobbiltà transfruntiera tan-negozji hija mxekkla minn diffikultajiet
għall-finanzjament ta’ proġetti ġodda ta’ negozju jew
mill-piż amministrattiv. Filwaqt
li l-aġenda tal-UE dwar regolamentazzjoni aħjar waslet għal
titjib fl-ambjent tan-negozju, għandu jinżamm fokus kostanti fuq it-tnaqqis
tal-piż amministrattiv u regolatorju mhux meħtieġ. Għaldaqstant, il-passi li jmiss lejn
il-viżjoni komuni tagħna huma li jitqabblu d-domanda u l-provvista
tax-xogħol fuq livell transfruntier, jitjieb l-aċċess
għall-finanzjament u jsir progress fl-ambjent tan-negozju fl-Ewropa. Mobbiltà taċ-ċittadini Azzjoni ewlenija 5: L-iżvilupp tal-portal tal-EURES f’għodda verament Ewropea
għall-kollokament f’impjieg u reklutaġġ. L-UE ħadet
miżuri importanti biex tiffaċilita l-mobilità
taċ-ċittadini. Il-leġiżlazzjoni
tal-UE tippermetti t-trasferiment tad-drittijiet statutorji tas-sigurtà
soċjali tagħhom għall-Istat Membru fejn qed ifittxu
x-xogħol. Hija tipprovdi
għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tagħhom akkwistati fi
Stat Membru ieħor. In-netwerk EURES
u l-portal tiegħu jikkollega s-servizzi pubbliċi nazzjonali
għall-impjiegi u joffri informazzjoni u pariri dwar postijiet vakanti u
kundizzjonijiet tax-xogħol fi Stati Membri oħra. Madankollu,
l-għodod u l-kejl biex jitqabblu l-offerti ta’ impjiegi ma’ dawk li qed
ifittxu x-xogħol madwar l-Istati Membri jistgħu jitjiebu iktar biex
jikkontribwixxu għal suq tax-xogħol verament Ewropew. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tittrasforma
l-EURES f’għodda intra-UE għar-reklutaġġ, il-kollokament u
t-tfittxija ta’ impjieg aktar effettiva. Flimkien ma’ strumenti onlajn li jżidu t-trasparenza u
l-interoperabbiltà tal-ħiliet u l-kwalifiki, bħall-Europass u l-Qafas
Ewropew tal-Kwalifiki, id-disponibbiltà ta’ iktar servizzi permezz tal-EURES se
tiffaċilita iktar il-mobbiltà transfruntiera tal-ħaddiema. Dan se jgħin biex jitnaqqas in-nuqqas ta’
tlaqqigħ tax-xogħol b’effetti pożittivi fuq il-livelli
tal-impjiegi u l-output ekonomiku. Il-Kummissjoni
se tivvaluta l-possibbiltà għall-EURES biex tkopri wkoll apprentistati u
skemi ta’ taħriġ. Għandu jsir
iktar biex tissaħħaħ il-mobbiltà għal ċittadini ta’
pajjiżi terzi li jaħdmu fl-UE, speċjalment permezz tal-adozzjoni
malajr mill-Kunsill u l-Parlament tat-trasferiment bejn il-korporazzjonijiet
(intra-corporate transfer - ICT) u l-proposti dwar il-ħaddiema
staġjonali. Il-portabbiltà
tad-drittijiet supplimentari tas-sigurtà soċjali, inklużi
l-pensjonijiet, jikkostitwixxi fattur determinanti importanti addizzjonali
għall-mobbiltà tal-ħaddiema bejn l-Istati Membri. Kif diġà ġie enfasizzat fl-Att dwar
is-Suq Uniku ta’ April 201, sabiex jiffaċilitaw il-mobbiltà,
iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu u
jżommu d-drittijiet tal-pensjoni tax-xogħol tagħhom meta jmorru
jgħixu fi Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni hija ssodisfata li l-Kunsill qabel li jerġa’ jibda
n-negozjati dwar il-proposta leġiżlattiva emendata tal-Kummissjoni
tal-2007 fir-rigward ta’ dan l-għan. Aċċess għall-finanzi Azzjoni ewlenija 6: Ikun xprunat l-investiment fit-tul fl-ekonomija reali billi jkun
iffaċilitat l-aċċess għall-fondi ta’ investiment fit-tul. Għal
ħafna kumpaniji fl-UE, l-aċċess għall-finanzi sar
konsiderevolment iktra diffiċli minħabba l-kriżi finanzjarja
għalkemm kienet evitata kriżi tal-kreditu, anke minħabba
l-forniment eċċezzjonali ta' likwidità mill-Eurosistema
fl-aħħar tal-2011. Il-kundizzjonijiet
ta’ finanzjament baqgħu stretti speċjalment għal impriżi li
qed jibdew u l-iSMEs u f’pajjiżi li l-ekonomiji tagħhom intlaqtu
ħażin ħafna mill-kriżi. Wara l-kriżi, tnaqqis ta’ 45 % fil-ġbir ta’ fondi ta’
kapital ta’ riskju qed jillimita b’mod sinifikanti l-fondi disponibbli
għal kumpaniji innovattivi[19].
Tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklussiv jiddependi ħafna fuq
id-disponibbiltà ta’ finanzjament fuq perjodu ta’ żmien estiż. Diġà ttieħdet azzjoni fuq livell tal-UE
biex jitrawwem l-investiment għal tul ta’ żmien twil fl-ekonomija
reali, speċjalment il-provvediment ta’ finanzjament permezz ta’ strumenti
finanzjarji tal-UE[20]
u l-Bank Ewropew tal-Investiment[21],
l-Inizjattiva dwar bonds li jiffinanzjaw proġetti Ewropa 2020[22] u l-Pjan ta’ Azzjoni
tal-Kummissjoni biex jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament
għall-SMEs u li jikkombina l-miżuri finanzjarji u regolatorji. Bħala kontribut għad-diskussjonijiet
fil-Kunsill Ewropew dwar it-tkabbir u l-impjiegi, il-Kummissjoni wettqet
programm immirat ta’ programmazzjoni mill-ġdid mal-Istati Membri biex
tuża fondi strutturali għat-titjib tal-aċċess tal-SMEs
għall-finanzjament, li huwa wkoll element ewlieni għall-perjodu ta'
finanzjament li jmiss. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħabbret ukoll reviżjoni
tal-impatt ta’ rekwiżiti kapitali bankarji ġodda li jirriżultaw
mill-implimentazzjoni tal-istandards ġodda ta’ Basel III, f’ċertu
oqsma ewlenin bħall-finanzjament tal-SMEs. Madankollu, dan
it-tip ta’ ‘investiment fit-tul’ fl-ekonomija reali jibqa’ limitat. Opzjonijiet politiċi konkreti li jindirizzaw
din il-kwistjoni se jkunu valutati fil-kuntest tal-Green paper li jmiss dwar
il-finanzjament ta’ investiment fit-tul fl-ekonomija tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tressaq
proposti dwar forom possibbli ta’ fondi ta’ investiment fit-tul. Fondi ta’ investimenti jistgħu jiftħu
sorsi ġodda ta’ finanzjament għal proġetti fit-tul u għal
kumpaniji privati. Huma jistgħu
jikkostitwixxu offerta attraenti għall-investituri fil-livell
tal-konsumatur li jixtiequ jinvestu fit-tul, jiddeversifikaw ir-riskju u
jippreferu redditi stabbli u kontinwi b’inqas volatilità, sakemm ikun
żgurat il-livell neċessarju ta’ protezzjoni tal-investitur. Il-kapital
tar-riskju huwa element kruċjali għall-finanzjament mill-banek meta
jiġu biex jipprovdu finanzjament għal kumpanji żgħar
b'potenzjal ta’ tkabbir. Skont l-SMA
I, il-Kummissjoni pproponiet Regolament biex tiffaċilita l-ġbir ta’
kapital u l-investiment tiegħu fuq livell transfruntier b'fondi ta’
kapital tar-riskju. Għal dan
il-għan, fl-2012 il-Kummissjoni se ttemm l-eżaminazzjoni tagħha
tal-ostakoli fiskali possibbli għall-investiment transfruntier ta’ kapital
tar-riskju, li abbażi tiegħu se tqis il-passi li jmiss bl-għan
li tippreżenta soluzzjonijiet fl-2013, filwaqt li fl-istess ħin
tipprevjeni l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa[23]. L-ambjent tan-negozju Azzjoni ewlenija 7: L-immodernizzar tar-regoli tal-insolvenza tal-UE biex tkun
iffaċilitata s-sopravivenza tan-negozji u biex joffru tieni ċans lill-imprendituri Negozji li joperaw
fl-Ewropa jibbenefikaw minn ambjent tan-negozju kumplessivament pożittiv,
li l-UE qed ittejjeb iktar permezz tal-aġenda tagħha ta’
regolamentazzjoni aħjar. Madankollu,
hemm aktar x'jista' jsir. L-Ewropa
teħtieġ liġijiet tal-insolvenza moderni li jgħinu
lill-kumpaniji bażikament sodi jissopravivu, jinkoraġġixxu
lill-imprendituri jieħdu riskji raġonevoli u jippermettu
lill-kredituri jsellfu b’termini iktar favorevoli. Liġi moderna tal-insolvenza tippermetti lill-imprendituri jkollhom
it-tieni ċans u tiżgura proċeduri rapidi ta’ kwalità għolja
fl-interess kemm tad-debituri kif ukoll tal-kredituri. Għaldaqstant jeħtieġ li nistabbilixxu kundizzjonijiet
għar-rikonoxximent fl-UE kollha tal-iskemi nazzjonali ta’ insolvenza u
l-maħfra ta’ dejn, filwaqt li nippermettu lill-impriżi li
għandhom problemi finanzjarji biex jerġgħu jsiru
parteċipanti kompetittivi fl-ekonomija. Jeħtieġ li niżguraw proċeduri ta’ insolvenza
sempliċi u effiċjenti, kull fejn hemm assi jew debiti f’diversi Stati
Membri. Huma meħtieġa
regoli għall-insolvenza ta’ gruppi ta’ kumpaniji li jimmassimizzaw
iċ-ċansijiet tagħhom ta’ sopravivenza. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta
leġiżlattiva li timmodernizza r-Regolament Ewropew dwar l-Insolvenza. Madankollu
jeħtieġ li mmorru oltre minn hekk. Bħalissa, f’ħafna mill-Istati Membri ftit hemm tolleranza
għal fallimenti u r-regoli attwali ma jippermettux li innovaturi onesti
jfallu ‘malajr u bl-irħis’. Jeħtieġ
li nibdew inħarsu lejn miżuri u inċentivi għall-Istati
Membri biex ineħħu l-istigma ta’ falliment assoċjata ma’
insolvenza u li nnaqqsu perjodi twal iżżejjed tal-maħfra
tad-dejn. Jeħtieġ li
nikkunsidraw ukoll kif l-effiċjenza tal-liġijiet nazzjonali
tal-insolvenza jistgħu jkunu mtejba iktar bl-għan li noħolqu
kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji, l-imprendituri u l-persuni privati
fis-suq intern. Għal dan
l-għan, il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni flimkien
mar-reviżjoni tar-Regolament Ewropew dwar l-Insolvenza. Huma
meħtieġa azzjonijiet addizjonali li jtejbu iktar l-ambjent
tan-negozju. Sistemi fiskali
nazzjonali diverġenti jikkawżaw piż amministrattiv
lill-kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri tal-UE. Il-fatt li kull Stat Membru japplika regoli u proċeduri tal-VAT
differenti, jikkawża problemi partikolari[24],
mhux l-inqas għall-SMEs li jixtiequ li joperaw fi Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni għaldaqstant ħabbret li
se tipproponi l-introduzzjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-VAT standard biex
tippermetti lin-negozji, fuq bażi fakultattiva, jimlew dikjarazzjoni
tal-VAT standard minflok formola tal-VAT differenti f’kull Stat Membru[25]. Il-mutur
tat-tkabbir ekonomiku qed dejjem iktar ikun l-investimenti f’assi mhux
tanġibbli, bħar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D),
il-privattivi u l-għarfien espert. Dan jirrikjedi titjib fl-ambjent tan-negozju biex ikun żgurat li
jippromwovi u jipproteġi b’mod effettiv il-kreattività u l-innovazzjoni. Apparti l-ftehim milħuq fil-Kunsill Ewropew
ta’ Ġunju, l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta’
privattivi unitarji fl-UE, akkumpanjata b'ġurisdizzjoni speċjalizzata
unika, azzjoni ewlenija skont l-Att dwar is-Suq Uniku ta' April 2011, tkun
pass fundamentali f'dik id-direzzjoni. Dan għandu jippermetti l-ewwel reġistrazzjoni ta’ effett
unitarju ta’ privattiva Ewropea sar-rebbiegħa 2014, u b'hekk jitnaqqsu
l-ispejjeż tal-privattivi fl-Unjoni Ewropea u dawk assoċjati ma’
litigazzjoni dwar privattivi. Sabiex
ikun inkoraġġit l-investiment f’assi mhux tanġibbli fuq
naħa waħda, u biex kumpaniji innovattivi jkunu mgħejuna jsarrfu l-isforzi
tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp f’benefiċċji
kompetittivi fuq in-naħa l-oħra, is-servizzi tal-Kummissjoni se
jeżaminaw il-kwistjoni tal-metodi ta’ valwazzjoni tal-proprjetà
intellettwali u se jikkunsidraw li jindirizzaw il-qafas legali frammentat
ħafna għall-protezzjoni tas-sigriet kummerċjali bil-għan li
jkun iktar sikur u irħas għan-negozji u l-korpi tar-riċerka biex
joħorġu liċenzji, jitrasferixxu u jaqsmu għarfien u
informazzjoni ta’ valur fis-suq intern kollu. 2.3. L-appoġġ għall-ekonomija diġitali fl-Ewropa; L-ekonomija
diġitali qed tibdel drastikament is-Suq Uniku. Permezz tal-innovazzjoni, il-veloċità u l-kopertura transfruntiera
tagħha, għandha potenzjal li tpoġġi l-integrazzjoni tas-Suq
Uniku fuq livell ġdid. Il-viżjoni
tal-Kummissjoni hija ekonomija diġitali li trendi benefiċċji
soċjali u ekonomiċi sostenibbli bbażati fuq servizzi onlajn
moderni u konnessjonijiet veloċi tal-internet. Iċ-ċittadini u n-negozji kollha għandu jkollhom
l-opportunità li jkunu parti mill-ekonomija diġitali, filwaqt li fl-istess
ħin ikunu protetti mill-kummerċ illegali. F’xi wħud mill-ekonomiji ewlenin, l-ekonomika tal-internet
diġà ammontat għal 21 % tat-tkabbir tal-PDG
fil-perjodu 2006-2011[26]. L-ekonomija diġitali għandha effetti
ta’ kontaġju addizzjonali qawwija, li jtejbu l-produttività u li jipprovdu
soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi soċjetali
bħat-tixjiħ demografiku, l-inklużjoni u l-edukazzjoni. Huma
meħtieġa sforzi addizzjonali biex jintlaħqu malajr l-objettivi
stipulati fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[27] u l-Komunikazzjoni dwar
il-Kummerċ elettroniku u s-Servizzi Onlajn[28]. Il-progress fl-indirizzar tal-frammentazzjoni tas-servizzi onlajn tul
il-fruntieri nazzjonali, l-indirizzar tal-isfida tal-investiment fin-netwerk
b’veloċità qawwija u t-teħid ta’ benefiċċji
mill-amministrazzjoni pubblika mingħajr karti huma l-passi importanti li
jmiss. Is-settur tas-servizzi Azzjoni ewlenija 8: Appoġġ għas-servizzi online billi s-servizzi
tal-ħlasijiet isiru aktar effiċjenti fl-UE. Fis-settur
tas-servizzi, is-servizzi online joffru opportunitajiet partikolari. It-twettiq ta’ dawn il-vantaġġi se
jirrikjedi l-kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa, speċjalment transfruntieri. Kif diġà kien enfasizzat fl-Att dwar is-Suq
Uniku ta’ April 2011, is-servizzi ta’ ħlasijiet u s-servizzi ta’ kunsinna
għal oġġetti ordnati online jirrikjedu attenzjoni partikolari. B’35 % tal-utenti tal-internet ma jixtrux
online minħabba li jiddubitaw il-metodi ta’ ħlas u minħabba
l-ostakli li baqa’ għad-dħul fis-suq[29],
it-titjib tal-ħlasijiet huwa l-ewwel prijorità. Għandhom ikunu indirizzati għadd ta’ kwistjonijiet
bħall-armonizzazzjoni insuffiċjenti, il-kompetizzjoni ineffettiva
f’xi oqsma ta’ ħlasijiet bil-kards u bl-internet u n-nuqqas ta’
inċentivi għall-istandardizzazzjoni teknika, pereżemju fil-qasam
tal-ħlasijiet bil-mowbajl. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni
tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas. Se tressaq ukoll proposta leġiżlattiva dwar tariffi ta’
interkambju multilaterali għal ħlasijiet bil-kards. Servizzi
effiċjenti, affidabbli u affordabbli ta’ kunsinna ta’ pakketti għal
oġġetti ordnati onlajn jikkostitwixxu prijorità addizzjonali u
fl-2013, il-Kummissjoni se tieħu deċiżjonijiet dwar il-passi li
jmiss wara konsultazzjoni pubblika. Kif tħabbar
fl-Att dwar is-Suq Uniku ta’ April 2011, sabiex tisfrutta l-potenzjal
għat-tkabbir tad-Direttiva dwar is-Servizzi sal-2015, f’Ġunju ta’ din
is-sena, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta' azzjoni[30]. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu flimkien biex
jimplimentaw b’mod immedjat l-azzjonijiet tiegħu, kif mitlub mill-Kunsill
Ewropew. Għandhom jagħtu
attenzjoni partikolari għall-konformità sħiħa mad-Direttiva dwar
is-Servizzi u sabiex jiġi massimizzat l-effett ekonomiku tagħha,
il-Karta ppjanata għall-Punti ta’ Kuntatt Uniċi totalment
elettroniċi u l-evalwazzjoni reċiproka tar-regoli li jikkontrollaw
il-professjonijiet regolati. Għandhom
jiżguraw ukoll l-applikazzjoni sħiħa tal-klawsola ta’
‘nondiskriminazzjoni’ tad-Direttiva dwar is-Servizzi, li tgħid li
l-fornituri tas-servizzi ma jistgħux jagħmlu differenza bejn
il-konsumaturi tagħhom abbażi tan-nazzjonalità tagħhom jew
tal-post ta' residenza tagħhom sakemm dan ma jkunx oġġettivament
iġġustifikat. Fil-kuntest
tal-Pjan ta’ Azzjoni fil-Livell tal-Konsumatur Ewropew, il-Kummissjoni se
żżid il-ħidma tagħha biex tidentifika u tiġġieled
il-prattiki kummerċjali inġusti, f’konformità mal-impenn tagħha
fl-Att dwar is-Suq Uniku ta' April 2011. Tali prattiki huma partikolarment ta’ detriment għall-SMEs. Fin-nuqqas ta’ progress sodisfaċenti biex
ikunu eliminati prattiki kummerċjali inġusti, inkluż fil-kuntest
tal-Forum ta’ Livell Għoli għall-Funzjonament Aħjar tal-Katina
tal-Provvista tal-Ikel, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-passi xierqa li jmiss
fl-2013. Suq Uniku diġitali Azzjoni ewlenija 9: Jitnaqqsu l-ispejjeż u tiżdied l-effiċjenza fit-tnedija
u l-użu ta’ infrastruttura ta' komunikazzjoni b'veloċità qawwija. L-aċċess
għall-broadband b’veloċità qawwija huwa fattur kruċjali
għall-innovazzjoni, il-kompetittività u l-impjieg. Żieda ta’ 10 % fil-penetrazzjoni tal-broadband, tista’
tirriżulta f’żieda ta’ bejn 1 % u 1.5 % tal-PDG kull sena[31] u 1.5 % gwadann
mill-produttività tax-xogħol[32]. Innovazzjoni indotta mill-broadband fil-kumpaniji
toħloq l-impjiegi u għandha l-potenzjal li sal-2020
tiġġenera 2 miljun impjieg ieħor[33]. Madankollu, minkejja l-progress li sar, l-UE għadha qed tbati minn
nuqqas ta’ investiment fit-tnedija u l-użu ta’ netwerks tal-broadband
b’veloċità qawwija fis-Suq Uniku kollu u għadha lura biex tilħaq
il-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Internet b'veloċità
qawwija[34]. Is-Suq Uniku jista’ jgħin biex ikun
aċċellerat sostanzjalment il-progress billi jindirizza kawża
sottostanti ewlenija ta’ dan in-‘nuqqas’ ta’ investiment, jiġifieri
spejjeż għoljin tal-inġinerija ċivili li jistgħu
jammontaw sa 80 % tal-ispejjeż totali f’dan il-qasam u li
jistgħu jitnaqqsu b'sa kwart sempliċiment permezz tal-użu
mill-ġdid tal-infrastruttura eżistenti minn servizzi differenti[35]. Il-Kummissjoni se tipproponi regoli komuni li jippermettu
lill-operaturi jisfruttaw b’mod sħiħ il-potenzjal tat-tnaqqis
tal-ispejjeż jekk jużaw il-broadband. L-adozzjoni rapida mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-proposta
tal-Kummissjoni tal-Faċilità Nikollegaw l-Ewropa se tgħin l-introduzzjoni
effiċjenti ta’ broadband b’veloċità qawwija u infrastrutturi
tas-servizz diġitali billi l-baġit tal-UE jintuża b’mod
effiċjenti għall-ingranaġġ tal-investiment privat f’settur
ewlieni tal-ekonomija. Sabiex nilħqu
l-viżjoni tagħna ta’ Suq Uniku Diġitali, l-UE trid tindirizza
malajr għadd ta’ kwistjonijiet ulterjuri, inkluż l-aħjar
użu tal-ispettru fis-Suq Uniku u għandha tkompli tirrifletti fuq
il-ħtieġa li tadatta iktar il-liġi tal-UE dwar
it-telekomunikazzjonijiet u l-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur. Il-Kummissjoni qed tippjana li tipproċedi
dwar din il-kwistjoni tal-aħħar, billi tibda bis-segwitu tal-Green
Paper dwar id-distribuzzjoni onlajn tax-xogħlijiet awdjoviżwali u
l-konklużjoni rapida tal-analiżi tad-Direttiva dwar id-Drittijiet
tal-Awtur tal-2001. Il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku Azzjoni ewlenija 10: Il-fatturazzjoni elettronika ssir il-mod standard tal-fatturazzjoni
għall-akkwist pubbliku. Bidla lejn amministrazzjoni pubblika mingħajr karti, b’mod
partikolari fil-livell transfruntier, għandha tkun objettiv fuq perjodu
ta' żmien medju għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri. L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[36] tinkludi talba għal
żieda fl-użu tas-servizzi elettroniċi tal-Gvern b'50 %
taċ-ċittadini tal-UE u b'80 % tan-negozji tal-UE sal-2015. Qasam partikolarment promettenti huwa
l-fatturazzjoni elettronika li l-Kummissjoni talbet li ssir il-mod
tal-fatturazzjoni predominanti fl-UE sal-2020[37]. L-introduzzjoni
ta’ miżuri leġiżlattivi li jagħmlu l-fatturazzjoni
elettronika prattika standard fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, se
tpoġġi l-akkwist pubbliku “fuq quddiem nett” għall-fatturazzjoni
elettronika u se jkun il-pijunier tal-użu wiesa’ tagħha. Azzjoni f’dan il-qasam se tagħmel
il-proċeduri wara l-għoti fl-akkwist pubbliku iktar effiċjenti u
irħas għall-partijiet involuti kif ukoll għall-kontribwenti. Se tikkontribwixxi wkoll biex jitnaqqas
id-dewmien fil-ħlasijiet mill-amministrazzjonijiet pubbliċi. Fil-każ tas-settur pubbliku, stima
preliminari tindika li fil-ftit snin li ġejjin, jista’ jkun hemm iffrankar
potenzjali ta’ EUR 1 biljun kull sena jekk il-fatturi kollha jkunu
ppreżentati f’format elettroniku[38].
Barra minn hekk,
jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex tkun evitata frammentazzjoni
ulterjuri tas-Suq Uniku, minħabba l-istabbiliment li għaddej ta’
sistemi nazzjonali ta' fatturazzjoni elettronika li jaħdmu abbażi ta’
standards differenti, ħafna drabi nazzjonali. Dan iżid il-kumplessità u l-ispejjeż għad-ditti li
jidħlu f'kuntratti transfruntieri mal-awtoritajiet pubbliċi fl-UE. Għaldaqstant, fl-2013 il-Kummissjoni se
tipproponi azzjonijiet konkreti biex tilħaq dawn l-objettivi. It-tranżizzjoni
lejn fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku se tikkumplimenta
l-modernizzazzjoni li għaddejja tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku[39], azzjoni ewlenija skont l-Att
dwar is-Suq Uniku ta’ April 2011. L-awtoritajiet pubbliċi li diġà jiddependu fuq mezzi
elettroniċi għall-akkwist ta’ oġġetti, servizzi u
xogħlijiet irrappurtaw iffrankar ta’ bejn 5 % u 20 %. L-introduzzjoni tal-akkwist elettroniku fl-UE
kollha tista’ tiffranka lill-baġits pubbliċ fl-UE, tal-anqas
EUR 100 biljun kull sena[40]. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni pproponiet
it-tranżizzjoni sħiħa għall-akkwist elettroniku qabel
l-għoti sa nofs l-2016[41]. Il-Kunsill u l-Parlament għandhom jadottaw
il-proposta mingħajr dewmien. 2.4. It-tisħiħ tal-imprenditorjat soċjali, il-koeżjoni u
l-kunfidenza tal-konsumatur. Peress li
l-kriżi ekonomika qed tolqot l-agħar lill-iktar partijiet vulnerabbli
tas-soċjetajiet u t-territorji tagħna, hija l-viżjoni
tal-Kummissjoni li l-politiki tas-Suq Uniku jrendu tkabbir inklussiv
mingħajr diskriminazzjoni, jippermettu parteċipazzjoni ekonomika u
soċjali u jixprunaw il-koeżjoni territorjali. F’Lulju 2012, ir-rata medja tal-qgħad fl-UE kienet
10.4 %[42]
u madwar 81 miljun ċittadin Ewropew jinsabu fir-riskju tal-faqar[43], fatturi li jenfasizzaw
l-urġenza li tittieħed azzjoni. Il-politiki tas-Suq Uniku għandhom jgħinu biex jiġu
indirizzati l-għeruq tal-esklużjoni fis-soċjetajiet tagħna. L-ekonomija
soċjali u l-impriżi soċjali huma atturi ewlenin li jrendu
innovazzjoni soċjali, inklussività u fiduċja. Il-Kultivazzjoni tal-kunfidenza fis-Suq Uniku u t-tisħiħ
tal-ekonomija soċjali tas-suq jirrikjedu li jkun hemm kumpaniji
innovattivi u b’responsabbiltà għolja li jistgħu jkollhom impatt
pożittiv fuq is-soċjetà u l-ambjent. Il-kunfidenza hija importanti wkoll għall-konsumaturi biex
jagħmlu użu sħiħ mis-Suq Uniku u jħossuhom sikuri li
jikkunsmaw oġġetti u servizzi li jixtru domestikament jew minn Stat
Membru ieħor. Konsumaturi Azzjoni ewlenija 11: Titjib tas-sikurezza tal-prodotti li jiċċirkulaw fl-UE
permezz ta’ koerenza aħjar u infurzar tar-regoli tas-sikurezza
tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq L-UE għandha
netwerk veloċi, effiċjenti u affidabbli biex tiżgura konformità
mar-regoli tas-sikurezza. Madankollu,
l-koerenza u l-infurzar tal-mekkaniżmi eżistenti jistgħu
jitjiebu iktar. F’Suq Uniku li fih
il-prodotti jiċċirkolaw liberament fis-27 territorju nazzjonali,
is-sorveljanza tas-suq jeħtieġ li tkun ikkoordinata ħafna biex tippermetti
intervent malajr f’żona kbira, Is-sorveljanza
tas-suq għandha tippermetti li prodotti mhux sikuri jew b’xi mod
perikolużi jkunu identifikati, jinżammu jew jitneħħew
mis-suq u biex operaturi diżonesti u kriminali jkunu kkastigati. Għandha taġixxi wkoll bħala
deterrent b’saħħtu. Il-Kummissjoni se
tipproponi pakkett ta’ miżuri leġiżlattivi u mhux
leġiżlattivi li se jipprovdi lill-konsumaturi b’Suq Uniku iktar
omoġenu għal prodotti sikuri u konformi u protezzjoni aħjar
tas-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent. Fl-istess ħin se jnaqqas l-ispejjeż tal-konformità
għan-negozji u se jgħin biex tiġi eliminata kompetizzjoni minn
operaturi diżonesti, b’mod partikolari permezz ta’ koordinazzjoni
aħjar tat-testijiet dwar is-sikurezza tal-prodott fuq il-fruntieri esterni
tal-UE. Barra minn hekk,
il-konsumaturi qed jitolbu ammont ikbar ta’ informazzjoni dwar
l-oġġetti li jixtru. It-trasparenza
u l-komparabbiltà ta’ informazzjoni huma fatturi ewlenin li jippermettu
lill-konsumaturi jagħmlu għażliet intelliġenti. Kif imħabbar fl-Att dwar is-Suq Uniku ta’
April 2011, il-Kummissjoni se tipproponi metodoloġija li tikkalkula
l-impatt ambjentali (inklużi gassijiet b’effett ta’ serra) ta’ prodotti u
kif din tista’ tkun ippreżentata lill-konsumaturi. Il-koeżjoni soċjali u l-imprenditorjat soċjali Azzjoni ewlenija 12: Iċ-ċittadini kollha tal-UE jingħataw aċċess
għal kont bażiku ta’ ħlasijiet, ikun żgurat li t-tariffi
tal-kontijiet bankarji huma trasparenti u komparabbli, u jkun iffaċilitat
il-bdil tal-kontijiet bankarji L-aċċess
għall-kontijiet ta’ ħlasijiet u servizzi bankarji oħra saru
essenzjali għall-parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika u
soċjali, iżda għadha sseħħ diskriminazzjoni,
pereżempju abbażi ta’ residenza, nazzjonalità jew livell baxx ta’
riżorsi. Bis-saħħa ta’
firxa ta’ servizzi marbuta miegħu, kont ta’ ħlasijiet għandu
rwol importanti fl-integrazzjoni taċ-ċittadini fil-komunità
soċjali u ekonomika usa’. Għaldaqstant,
jeħtieġ li tingħata għajnuna liċ-ċittadini li
jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex jiftħu kont tal-bank sabiex
ikunu ffaċilitati l-mobbiltà u l-koeżjoni soċjali u
territorjali. Barra minn hekk,
l-evidenza ta’ problemi persistenti fir-rigward taċ-ċarezza
tal-informazzjoni dwar it-tariffi bankarji, tagħmilha diffiċli
għaċ-ċittadini tal-UE biex jagħmlu għażliet
infurmati. Konsegwentement,
il-konsumaturi għandhom it-tendenza li joqgħodu lura milli jibdlu
l-kontijiet peress li l-offerti huma diffiċli li jiġu pparagunati. Il-Kummissjoni se tagħmel proposti
leġiżlattivi biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet. Fl-Inizjattiva ta’
Negozju Soċjali ta’ Ottubru 2011[44],
il-Kummissjoni stabbilixxiet pjan ta’ azzjoni biex isaħħaħ
ir-rwol tan-negozji soċjali fis-Suq Uniku, kif imħabbar fl-Att dwar
is-Suq Uniku ta’ April 2011. Il-pjan
ta’ azzjoni bħalissa qed jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib
mal-grupp ta’ esperti dwar in-negozju soċjali u l-partijiet interessati
rilevanti. Fil-bidu tal-2014,
il-Kummissjoni se tagħti rendikont tal-progress li sar u se tiddiskuti
x’hemm bżonn isir iktar biex tippromwovi l-imprenditorjat soċjali. Fl-1 ta’ Ottubru 2012,
il-Kummissjoni nidiet il-Premju għall-Innovazzjoni Soċjal Diogo
Vasconcelos. Fil-qasam
tal-imprenditorjat soċjali, l-iktar kwistjoni urġenti bħalissa
hija l-iżvilupp ta’ għodod li jsaħħu l-fiduċja
fl-impriżi soċjali u l-viżibbiltà tagħhom. Jeħtieġ li jsir ftehim fuq għodod
ġodda li juru lill-konsumaturi, lill-bankiera, lill-investituri u
l-awtoritajiet pubbliċi r-redditu pożittiv tal-impriżi
soċjali. Il-Kummissjoni se
tiżviluppa metodoloġija biex tkejjel il-benefiċċji soċjoekonomiċi
maħluqa mill-impriżi soċjali. L-iżvilupp ta’ strumenti rigorużi u sistematiċi
tal-impatt tal-impriżi soċjali fuq il-komunità, filwaqt li ma
tifgahomx bil-burokrazija, hija essenzjali biex turi li l-flus investiti
fl-impriżi soċjali jrendu ħafna dħul u tfaddil
(pereżempju taxxi jew ħolqien ta’ impjiegi). Fost l-oħrajn, se jkunu meħtieġa metodoloġiji li
jkejlu l-impatti soċjali għall-implimentazzjoni tal-proposta ta’
Fondi Ewropej għall-Imprenditorjat Soċjali jew għall-istrument
finanzjarju dwar l-appoġġ għall-imprenditorjat soċjali
taħt il-Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni, li
bħalissa qed ikun innegozjat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Peress li
l-involviment proattiv tal-ħaddiema fil-kumpaniji tagħhom għandu
impatt qawwi fuq ir-responsabbiltà soċjetali u l-produttività
tagħhom, il-Kummissjoni se tiffoka wkoll l-attenzjoni tagħha fuq
il-kwistjoni tal-kooperattivi u s-sjieda ta’ ishma mill-impjegati. Fl-aħħar
nett, id-diżabbiltà, inkluża d-diżabbiltà assoċjata
max-xjuħija, ma għandhiex tipprevjeni individwi u gruppi milli
jibbenefikaw mis-Suq Uniku. Il-Kummissjoni
bħalissa qed taħdem fuq inizjattiva li ssaħħaħ
l-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għal oġġetti u
servizzi fis-Suq Uniku. 3. KONKLUŻJONI L-Att dwar is-Suq
Uniku II jistabbilixxi tnax-il prijorità immedjata, li l-Kummissjoni se tiffoka
fuqhom biex tappoġġja t-tkabbir, l-impjieg u l-kunfidenza fis-Suq
Uniku. Huma jikkostitwixxu l-passi li
jmiss lejn il-viżjoni tagħna tal-ekonomija soċjali tas-suq
kompetittiva ħafna. Jeħtieġ
li nieħdu azzjoni flimkien, b’mod partikolari fost l-istituzzjonijiet
Ewropej flimkien mal-Istati Membri, biex jiġu implimentati malajr kemm
jista’ jkun. Il-Kummissjoni timpenja
ruħha li tippreżenta l-proposti leġiżlattivi kollha
tagħha sar-rebbiegħa 2013 u l-azzjonijiet mhux leġiżlattivi
ewlenin kollha mhux aktar tard mill-aħħar ta’ dik is-sena. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u
l-Kunsill biex jgħaġġlu l-azzjonijiet leġiżlattivi
ewlenin kollha u jadottahom bħala prijorità sar-rebbiegħa 2014. Jekk jiġi
implimentat malajr, l-Att dwar is-Suq Uniku II, flimkien
mal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku I, se jiftaħ perkorsi
ġodda lejn it-tkabbir, l-impjieg u l-koezjoni soċjali għal
500 miljun ċittadin Ewropew. Se juri d-determinazzjoni tal-Ewropa li toħloq tkabbir ġdid
permezz ta’ aġenda komuni biex tingħeleb il-kriżi. Jeħtieġ li flimkien nieħdu azzjoni
malajr u b’ambizzjoni. Ma
għandniex ħin x’nitilfu. ANNESS
I: LISTA TA' AZZJONIJIET EWLENIN TAL-ATT DWAR IS-SUQ
UNIKU II || Xprun || Azzjoni Ewlenija || Proposta mill-Kummissjoni L-iżvilupp ta’ netwerks integrati b’mod sħiħ fis-Suq Uniku 1 || Transport bil-ferrovija || Adozzjoni tar-raba’ pakkett dwar it-trasport ferrovjarju biex titjieb il-kwalità u l-kosteffiċjenza tas-servizzi għall-passiġġieri ferrovjarji || Proposta leġiżlattiva li għandha tiġi ippreżentata fir-raba’ kwart tal-2012 2 || It-Trasport Marittimu || Adozzjoni tal-pakkett “Blue Belt” għall-istabbiliment ta’ Suq Uniku ta' veru għat-trasport marittimu || Pakkett ta’ miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ppreżentat fit-tieni kwart tal-2012 3 || Trasport bl-ajru || Aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew permezz ta’ pakkett ġdid ta’ azzjonijiet. || Pjan ta’ Azzjoni b’miżuri leġiżlattivi li għandu jiġi ppreżentat fit-tieni kwart tal-2013 4 || Enerġija || Implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex ikunu mtejba l-implimentazzjoni u l-infurzar tat-tielet pakkett tal-enerġija || Pjan ta’ azzjoni li għandu jiġi ppreżentat fir-raba’ kwart tal-2012 It-trawwim tal-mobbiltà transfruntiera taċ-ċittadini u n-negozji; 5 || Mobbiltà taċ-ċittadini || L-iżvilupp tal-portal tal-EURES f’għodda verament Ewropea għall-kollokament f’impjieg u reklutaġġ. || Deċiżjoni leġiżlattiva li għandha tittieħed mill-Kummissjoni fir-raba' kwart tal-2012 6 || Aċċess għall-finanzi || Ikun xprunat l-investiment fit-tul fl-ekonomija reali billi jkun iffaċilitat l-aċċess għall-fondi ta’ investiment fit-tul. || Proposta leġiżlattiva li għandha tiġi ppreżentata fit-tieni kwart tal-2013 7 || L-ambjent tan-negozju || L-immodernizzar tar-regoli tal-insolvenza tal-UE biex tkun iffaċilitata s-sopravivenza tan-negozji u biex joffru t-tieni ċans lill-imprendituri || Proposta leġiżlattiva u Kommunikazzjoni li għandhom jiġu ppreżentati fir-raba’ kwart tal-2012 L-appoġġ għall-ekonomija diġitali fl-Ewropa; 8 || Is-settur tas-servizzi || Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlasijiet u t-tfassil ta’ proposta dwar tariffi ta’ interkambju multilaterali sabiex is-servizzi ta’ ħlasijiet fl-UE jsiru aktar effiċjenti || Proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-tieni kwart tal-2013 9 || Suq diġitali uniku: || Adozzjoni ta’ regoli biex jonqsu l-ispejjeż u tiżdied l-effiċjenza fil-mobilitazzjoni ta’ broadband b’veloċità għolja || Proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-ewwel kwart tal-2012 10 || L-akkwist pubbliku u l-fatturazzjoni elettronika || Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tagħmel il-fatturazzjoni elettronika l-mod standard tal-fatturazzjoni għall-akkwist pubbliku. || Proposta leġiżlattiva li għandha tiġi ppreżentata fit-tieni kwart tal-2013 It-tisħiħ tal-imprenditorjat soċjali, il-koeżjoni u l-kunfidenza tal-konsumatur. 11 || Konsumaturi || Titjib tas-sikurezza tal-prodotti li jiċċirkulaw fl-UE permezz ta’ Direttiva riveduta dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti; Regolament uniku ġdid dwar is-Sorveljanza tas-Suq u pjan ta’ azzjoni marbut miegħu || Pakkett ta’ miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li għandu jkun ippreżentat fir-raba’ kwart tal-2012 12 || Il-koeżjoni soċjali u l-imprenditorjat soċjali || Adozzjoni ta’ inizjattiva leġiżlattiva li tagħti liċ-ċittadini kollha tal-UE aċċess għal kont bażiku ta’ ħlasijiet, ikun żgurat li t-tariffi tal-kontijiet bankarji huma trasparenti u komparabbli, u jkun iffaċilitat il-bdil tal-kontijiet bankarji || Proposta leġiżlattiva li għandha tiġi ppreżentata fir-raba’ kwart tal-2012 ANNESS II: Att
dwar is-Suq Uniku I: Status tal-Azzjonijiet Xprun || Azzjoni || Riżultat/Status L-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs || AZZJONI EWLENIJA Introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar fondi ta’ kapital ta’ riskju || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fis-7 ta’ Diċembru 2011. Adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Aċċess tal-SMEs għall-Finanzjament || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Pjan ta’ Azzjoni fis-7 ta’ Diċembru 2011 Reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trasparenza || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fil-25 ta’ Ottubru 2011. Reviżjoni tar-Regolament li jimplimenta d-Direttiva dwar il-Prospett || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fit-30 ta’ Marzu 2012. Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-20 ta’ Ottubru 2011. Reviżjoni tad-Direttiva MiFID || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-20 ta’ Ottubru 2011. Il-mobilità taċ-ċittadini || AZZJONI EWLENIJA Reviżjoni tas-sistema għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fid-19 ta' Diċembru 2011. Tkun ippubblikata White Paper dwar il-Pensjonijiet: || Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat White Paper fis-16 ta’ Frar 2012. Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar drittijiet supplimentari tal-pensjoni (portabbiltà) || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fid-9 ta’ Ottubru 2007. Reviżjoni tad-Direttiva IORPs || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji proposta leġiżlattiva Jinħoloq Passaport tal-Ħiliet Ewropej || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji Passaport. Adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar tagħlim mhux formali u informali || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fil-5 ta’ Settembru 2012. Drittijiet tal-proprjetà intelletwali || AZZJONI EWLENIJA Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi protezzjoni ta’ privattivi unitarji || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposti leġiżlattivi fit-13 ta’ April 2011. Esplorazzjoni tal-iżvilupp tal-istrument ta’ valorizzazzjoni tal-IPR || Il-Kummissjoni Ewropea qed tesplora l-opzjonijiet għall-iżvilupp ta’ tali strument Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar immaniġġjar kollettiv ta’ drittijiet || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fil-11 ta’ Lulju 2012. Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar xogħlijiet orfni || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-24 ta’ Mejju 2011 Tisħiħ tar-rwol tal-Osservatorju tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija || Regolament adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fid-19 ta’ April 2012, wara proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fl-24 ta’ Mejju 2011 Mitigazzjoni iktar effettiva tal-piraterija u l-falsifikazzjoni || Il-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel konsultazzjonijiet dwar il-passi li jmiss. Preżentazzjoni ta’ proposta leġiżlattiva sabiex jiġi emendat ir-regolament eżistenti dwar id-dwana || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-24 ta’ Mejju 2011. Immodernizzar tas-sistema Ewropea tal-marka kummerċjali || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji proposta leġiżlattiva Konsumaturi || AZZJONI EWLENIJA Adozzjoni ta’ leġiżlazzjonijiet dwar soluzzjonijiet alternattivi tat-tilwim/ soluzzjonijiet onlajn tat-tilwim || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fid-29 ta’ Novembru 2011. Isir xogħol fuq l-approċċ Ewropew dwar rimedju kollettiv || Il-Kummissjoni Ewropea qed tikkunsidra opzjonijiet politiċi Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji proposta leġiżlattiva. Jitħejja Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Sorveljanza tas-Suq || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji Pjan ta’ Azzjoni. Proposta għal inizjattiva dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji inizjattiva. Pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni fid-19 ta’ Diċembru 2011 Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ivjaġġar b’Kollox Inkluż || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji proposta leġiżlattiva. Tkun żgurata t-trasparenza tat-tariffi bankarji || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji proposta leġiżlattiva. Tiġi ppreżentata leġiżlazzjoni biex ikunu protetti mutwatarji fis-swieq ipotekarji || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fil-31 ta’ Marzu 2011. Is-settur tas-servizzi || AZZJONI EWLENIJA Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-1 ta’ Ġunju 2011. Tkun żgurata l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni fit-8 ta’ Ġunju 2012. Issir verifika tal-prestazzjoni sabiex tkun iċċekjata l-applikazzjoni konġunta abbażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja kif implimentata u applikata mill-Istati Membri f’setturi ewlenin (kostruzzjoni, turiżmu, servizzi tan-negozju) || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni fit-8 ta’ Ġunju 2012. Titnieda inizjattiva sabiex ikunu miġġielda prattiki kummerċjali inġusti || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji Komunikazzjoni. Jitwaqqaf Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Servizzi tan-Negozju || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji biex twaqqaf Grupp ta' Livell Għoli Netwerks || AZZJONI EWLENIJA Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-enerġija u t-trasport biex ikunu introdotti proġetti strateġiċi || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposti leġiżlattivi fid-19 ta’ Ottubru 2011. Adozzjoni tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi programm ta' politika tal-ispettru tar-radju || Deċiżjoni adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-15 ta’ Frar 2012, wara proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fl-20 ta’ Settembru 2010. Suq diġitali uniku: || AZZJONI EWLENIJA Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar il-firem elettroniċi, l-identifikazzjoni elettronika u l-awtentifikazzjoni elettronika || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-4 ta’ Ġunju 2012. Jiġu ppreżentati proposti dwar it-tariffi tar-roaming || Kien adottat Regolament mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-30 ta’ Mejju 2012, wara proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fis-6 ta’ Lulju 2011. Jiġi ppreżentat pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Pjan ta’ Azzjoni fil-11 ta’ Jannar 2012. Tiġi ppreżentata gwida lill-Istati Membri dwar l-identifikazzjoni ta’ diskriminazzjoni mhux ġustifikata tal-konsumaturi abbażi ta’ nazzjonalità/pajjiż ta’ residenza || Il-Kummissjoni ppreżentat Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal bħala parti mill-pakkett tas-servizzi fit-8 ta’ Ġunju 2012. Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fit-12 ta’ Diċembru 2011. Imprenditorjat soċjali || AZZJONI EWLENIJA Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ fondi ta’ investiment soċjali || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fis-7 ta’ Diċembru 2011. Introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fit-8 ta’ Frar 2012. Titnieda l-Inizjattiva Negozju Soċjali || Il-Kummissjoni Ewropea nidiet l-inizjattiva fil-25 ta’ Ottubru 2011 Tiġi adottata Komunikazzjoni dwar CSR || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni fil-25 ta’ Ottubru 2011. Proposta leġiżlattiva dwar rappurtar finanzjarju mill-kumpaniji || Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji proposta leġiżlattiva. Tassazzjoni || AZZJONI EWLENIJA Reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fit-13 ta’ April 2011. Introduzzjoni tas-BKKTK || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fis-16 ta’ Marzu 2011. Jiġu identifikati elementi tal-Istrateġija tal-VAT || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni fis-6 ta’ Diċembru 2011. Jiġu solvuti problemi ta’ tassazzjoni transfruntiera għaċ-ċittadini || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar modi kif tiġi indirizzata t-tassazzjoni doppja fil-11 ta' Novembru 2011 u Komunikazzjoni u Rakkomandazzjoni dwar it-taxxa tas-suċċessjoni fil-15 ta' Diċembru 2011. Il-koeżjoni soċjali || AZZJONI EWLENIJA Introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema u dwar il-kjarifika tal-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment/servizzi biswit id-drittijiet soċjali fundamentali || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposti leġiżlattivi fil-21 ta’ Marzu 2012 iżda sussegwentement irtirat il-proposta dwar il-kjarifika tal-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment/servizzi biswit drittijiet soċjali fundamentali. Preżentazzjoni ta’ Komunikazzjoni dwar SGEIs || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni fl-20 ta’ Diċembru 2011. Reviżjoni tal-pakkett post-Altmark || Deċiżjoni leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea adottata fl-20 ta’ Diċembru 2011. Preżentazzjoni ta’ inizjattiva dwar aċċess għal kont bażiku ta’ ħlasijiet || Il-Kummissjoni Ewropea adottat Rakkomandazzjoni fit-18 ta’ Lulju 2011. L-ambjent tan-negozju || AZZJONI EWLENIJA Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tissimplifika d-Direttiva tal-Kontabbiltà || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fil-25 ta’ Ottubru 2011. Adozzjoni ta’ Direttiva li tissimplifika l-obbligi tar-rappurtar finanzjarju speċifikament tal-mikroentitajiet || Kienet adottata Direttiva mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fl-14 ta’ Marzu 2012, wara proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fis-26 ta’ Frar 2009. Adozzjoni tal-Istatut Ewropew tal-Kumpaniji Privati || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fil-25 ta’ Ġunju 2008. Introduzzjoni ta’ strument ġuridiku Ewropew fakultattiv għall-kuntratti || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fil-11 ta’ Ottubru 2011. Adozzjoni ta’ Regolament li jissimplifika l-irkupru transfruntier ta’ dejn || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-20 ta’Lulju 2011. Akkwist Pubbliku || AZZJONI EWLENIJA Reviżjoni tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-20 ta’ Diċembru 2011. Introduzzjoni ta’ direttiva (ta’ emenda) dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fl-20 ta’ Ottubru 2011. Introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-akkwist minn pajjiżi terzi || Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva fil-21 ta’ Marzu 2012. [1] Kalkoli tal-Kummissjoni Ewropea li saru
permezz tal-mudell makroekonomiku QUEST II. Għal aktar dettalji dwar
il-mudell, jekk jogħġbok ikkonsulta [2] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Att
dwar is-Suq Uniku It-tnax-il xprun biex jiġi stimulat it-tkabbir u
r-rinfurzar tal-fiduċja. Flimkien għal tkabbir ġdid”,
COM(2011) 206 finali. [3] Mario Monti “Strateġija ġdida
għas-Suq Uniku”; Rapport għall-President tal-Kummissjoni Ewropea; 9
ta’ Mejju 2010 [4] Il-Parlament Ewropew: “Ir-realizzazzjoni
tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (ir-Rapport Grech)
A7-0132/2010 [5] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew; 23 ta’
Ottubru 2011; EUCO 52/11 [6] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Governanza
aqwa tas-Suq Uniku”, COM(2012) 259. [7] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew
tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar l-Att dwar is-Suq Uniku: Il-Passi
li Jmiss għat-Tkabbir’ (2012/2663 (RSP)) [8] Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew dwar l-Azzjonijiet Ewlenin lejn Att dwar is-Suq Uniku II; CESE 1575/2012 [9] Kummissjoni Ewropea: ‘Is-Suq Uniku mil-lenti taċ-ċittadini;’ http://ec.europa.eu/internal_market/strategy/docs/20concerns/publication_en.pdf [10] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Politika Industrijali Integrata għall-Era
tal-Globalizzazzjoni”; COM (2010)614 [11] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: "Aġenda Diġitali
għall-Ewropa" COM (2010)245 [12] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: "Unjoni tal-Innovazzjoni" COM (2010)546 [13] L-azzjonijiet kollha proposti li l-Kummisjoni
għandha titratta f’dan id-dokument, huma konsistenti u kompatibbli mal-QFM
attwali (2007-2013) u l-proposta għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali
ġdid 2014-2020. [14] Espressi f’termini ta’ tunnellati/km
abbażi ta’ dejta tal-EUROSTAT. [15] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Opportunitajiet ta’ Tkabbir Blu għal
tkabbir sostenibbli tat-trasport bil-baħar u marittimu" [traduzzjoni
mhux uffiċjali] COM(2012) 494. [16] Abbażi ta' estimi dokumentati f’rapporti
mill-Korp tar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew u
l-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni. [17] Studju dwar il-funzjonament tas-suq
tal-elettriku fil-livell tal-konsumatur għall-konsumaturi tal-UE; [18] Sal-2020, is-sistema tal-enerġija
tal-Ewropa tirrikjedi investimenti ta’ madwar EUR 1 triljun, li minnhom
EUR 200 biljun huma meħtieġa għan-netwerks tal-elettriku u
tal-gass biss; http://ec.europa.eu/energy/publications/doc/2011_energy2020_en.pdf [19] Rapport tal-President tal-grupp ta’ esperti
dwar it-tlaqqigħ transfruntier ta’ ditti innovattivi ma’investituri
adattati Kummissjoni Ewropea 2012; [20] B’mod partikolari taħt il-politika ta’
koeżjoni. [21] Mill-bidu tal-kriżi finanzjarja fl-2008,
il-Bank Ewropew għall-Investiment ipprovda EUR 40 biljun
f’finanzjament għal iktar minn 210 000 SMEs. Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Pjan ta' azzjoni għat-titjib tal-aċċess
għall-finanzi għall-SMEs”; COM(2011)
870 finali. [22] L-għan tal-Inizjattiva dwar bonds li
jiffinanzjaw proġetti tal-Ewropa 2020 huwa li jattira investituri
istituzzjonali lejn il-finanzjament mis-suq kapitali ta’ proġetti ta’
infrastruttura. F’Lulju 2012, l-UE
nidiet fażi pilota tal-Inizjattiva tal-UE-BEI dwar Bonds li jiffinanzjaw
proġetti. [23] Il-Kummissjoni nidiet konsultazzjoni pubblika Ara: http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/consultations/tax/2012_venture_capital_en.htm [24] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Programm ta' Azzjoni
għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE - Il-Pjanijiet
għat-Tnaqqis Settorjali u l-Azzjonijiet tal-2009” COM(2009)544, kif ukoll: http://ec.europa.eu/enterprise/policies/better-regulation/documents/ab_studies_2009_en.htm. [25] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Dwar il-futur tal-VAT”; COM (2011)851 [26] McKinsey Global Institute, "Internet
matters, the net's sweeping impact on growth, jobs and prosperity",
Mejju 2011. [27] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”
− COM(2010) 245 finali. [28] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Qafas koerenti għall-bini ta’ fiduċja
fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi
online”, COM(2011) 942. [29] Stħarriġ Komunitarju tal-Eurostat
dwar l-użu tal-ICT mill-Unitajiet Domestiċi u l-Individwi (2009). [30] L-applikazzjoni sħiħa mill-Istati
Membri kollha tiġġenera tkabbir ekonomiku ta’ 2.6 % tal-PGD. Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Sħubija għal tkabbir ġdid
fis-servizzi 2012-2015”, COM(2012) 261. Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar il-progress li jkun sar
bl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi fil-kuntest
tal-Istħarriġ tal-2013 dwar it-Tkabbir Annwali. [31] Czernich, N., Falck, O., Kretschmer, T., and
Woessman, L. (2009) Broadband infrastructure and economic growth (CESinfo
Working Paper no. 2861 [32] Booz & Company (2012) Maximising the
impact of Digitalisation
http://www.booz.com/media/uploads/BoozCo_Maximizing-the-Impact-of-Digitization.pdf [33] Stima tal-Kummissjoni bbażata fuq studji
nazzjonali ((Liebenau, J., Atkinson, R., Karrberg, P., Castro, D. and Ezell,
S., 2009, The UK Digital Road to Recovery; Katz R.L. et al , 2009, The Impact of Broadband on Jobs and the
German Economy) [34] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Aġenda diġitali għall-Ewropa”,
COM (2010) 245 [35] Analysys Mason (2008), The costs of deploying
fibre-based next-generation broadband infrastructuret [36] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Aġenda diġitali għall-Ewropa”,
COM (2010) 245 [37] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Nisfruttaw il-vantaġġi tal-iffatturar
elettroniku għall-Ewropa”, COM (2010)712 [38] Din
iċ-ċifra hija bbażata fuq l-istimi proprji tal-Kummissjoni
bbażati fuq dejta disponibbli pubblikament. L-impatt reali ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni f’dan il-qasam jista’
jkun differenti minn din iċ-ċifra. [39] Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
l-akkwist pubbliku, COM/2011/896 finali, u Proposta għal Direttiva
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li
joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u
postali, COM(2011) 895 finali, azzjoni ewlenija tal-Att dwar is-Suq Uniku I [40] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Strateġija għall-akkwist elettroniku”
− COM(2012) 179 finali. [41] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Strateġija għall-akkwist elettroniku”
− COM(2012) 179 finali. [42] Eurostat. [43]Eurostat EU-SILC, sena ta’ referenza 2010 [44] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “Inizjattiva għan-Negozju Soċjali”,
COM(2011) 682.