52012DC0549

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IL-ĦAMES RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI (FAEŻR) SENA FINANZJARJA 2011 /* COM/2012/0549 final */


WERREJ

1........... Il-proċedura baġitarja..................................................................................................... 3

1.1........ Abbozz tal-Baġit (AB) 2011........................................................................................... 3

1.2........ Abbozz Ġdid tal-Baġit (AB) 2011.................................................................................. 3

1.3........ L-adozzjoni tal-Baġit 2011............................................................................................. 4

2........... Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet........................................................................................ 4

2.1........ Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn.................................................................... 4

2.1.1..... Programmi operattivi tal-FAEŻR..................................................................................... 4

2.1.2..... Assistenza teknika.......................................................................................................... 4

2.2........ Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament................................................................... 5

2.2.1..... Programmi operattivi tal-FAEŻR..................................................................................... 5

2.2.2..... Assistenza teknika.......................................................................................................... 5

3........... implimentazzjoni tal-baġit tal-FAEŻR tal-2011................................................................ 5

3.1........ Introduzzjoni................................................................................................................... 5

3.2........ Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn.......................................................... 6

3.2.1..... Programmi operattivi tal-FAEŻR..................................................................................... 6

3.2.2..... Assistenza teknika.......................................................................................................... 7

3.3........ Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament....................................................... 7

3.3.1..... Programmi operattivi tal-FAEŻR..................................................................................... 7

3.3.2..... Assistenza teknika........................................................................................................ 12

3.4........ Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont l-assi u l-miżura......................................................... 12

3.5........ Implimentazzjoni tal-programmi FAEŻR........................................................................ 14

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

IL-ĦAMES RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI (FAEŻR) SENA FINANZJARJA 2011

1.           Il-proċedura baġitarja

1.1.        Abbozz tal-Baġit (AB) 2011

L-Abbozz tal-Baġit (AB) 2011 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità tal-Baġit fis-27 ta’ April 2010.

L-Abbozz tal-Baġit għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) taħt l-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 kien jammonta EUR 14 431 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 12 709 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Tabella 1.

Partita tal-Baġit || Approprjazzjonijiet ta’ impenn (f'EUR) || Approprjazzjonijiet ta’ pagament (f'EUR)

05.040501 (Programmi ta’ Żvilupp Rurali) || 14 408 211 311 || 12 700 000 000

05.040502 (Assistenza teknika) || 22 440 241 || 8 900 000

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit 2011 fit-08.07.2010. Tnaqqsu b’EUR 98.0 miljun l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-programmi tal-FAEŻR meta mqabbla mal-AB tal-Kummissjoni, waqt li l-impenji baqgħu l-istess. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-13.10.2010 u b’hekk irrestawra l-proposta tal-Kummissjoni billi żied l-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’EUR 98.0 miljun. Il-proċedura ta’ Konċiljazzjoni ma ppermettietx li jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

1.2.        Abbozz Ġdid tal-Baġit (AB) 2011

Kien fl-2011 li għall-ewwel darba ġiet applikata l-proċedura ġdida tal-baġit annwali prevista fit-Trattat ta’ Lisbona. B’riżultat tal-pożizzjonijiet diverġenti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni, infetaħ perjodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum. Wara li l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ma rnexxilux jilħaq ftehim sal-15.11.2010 dwar il-Baġit 2011, il-Kummissjoni għamlet proposta ġdida għal Abbozz tal-Baġit fis-26.11.2010.

Il-proposta l-ġdida naqqset l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-FAEŻR b’EUR 772.8 miljun meta mqabbla mal-AB inizjali.

1.3.        L-adozzjoni tal-Baġit 2011

L-Awtorità tal-Baġit aċċettat l-Abbozz tal-Baġit il-ġdid tal-Kummissjoni li ġie approvat mill-Parlament permezz ta’ vot fil-15 ta' Diċembru 2010. Il-baġit ivvotat għall-FAEŻR kien jammonta għal EUR 14 431 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u għal EUR 11 909 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Tabella 2

Partita tal-Baġit || Approprjazzjonijiet ta’ impenn (f'EUR) || Approprjazzjonijiet ta’ pagament (f'EUR)

05.040501 (Programmi ta’ Żvilupp Rurali) || 14 408 211 311 || 11 900 560 364

05.040502 (Assistenza teknika) || 22 440 241 || 8 339 763

2.           Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.        Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

2.1.1.     Programmi operattivi tal-FAEŻR

Fl-2011, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli kienu jammontaw għal EUR 14.41 biljun.

L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet disponibbli għall-programmi tal-FAEŻR fl-2011 kien impenjat (EUR 14.41 biljun).

Tabella 3

Ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-2011 – FAEŻR || Partita tal-Baġit 05.040501 (ammonti f'EUR)

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2011 || 14 408 211 311

Riport mill-2010 || -

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2011 || 14 408 211 311

Approprjazzjonijiet użati fl-2011 || 14 408 211 311

2.1.2.     Assistenza teknika

L-Artikolu 69(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 jistipula li 0.25 % tar-riżorsi għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għandhom jiġu allokati għal assistenza teknika għall-Kummissjoni. Fil-baġit 2011, l-ammont disponibbli għal dan il-għan kien EUR 22.4 miljun. Fi tmiem l-2011, l-ammont totali impenjat kien EUR 5.4 miljun.

2.2.        Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

2.2.1.     Programmi operattivi tal-FAEŻR

Fl-2011 l-approprjazzjonijiet ta' pagament kienu jammontaw għal EUR 11.9 biljun mill-Baġit ivvotat flimkien ma' EUR 330 miljun ta’ approprjazzjonijiet li ma ntużawx u ġew riportati mill-2010. Minħabba l-aħħar dikjarazzjoni ta’ nefqa sottomessa mill-Istati Membri fl-2011, f'Novembru ġie identifikat ammont eċċessiv ta’ EUR 433 miljun. Dan l-ammont kien disponibbli għal politiki oħra permezz tal-Baġits ta’ Emenda 6 u 7 (EUR 395 miljun u 38 miljun rispettivament). Fi tmiem is-sena, l-approprjazzjonijiet li ma ntużawx kienu EUR 34.4 miljun, li minnhom EUR 30.5 miljun relatati mal-irkupri ġew riportati awtomatikament għall-2012.

L-ammont totali mħallas lill-Istati Membri għall-programmi tal-FAEŻR fl-2011 laħaq EUR 11.8 biljun.

Tabella 4

Ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2011 – FAEŻR || Partita tal-Baġit 05.040501 (ammonti f'EUR)

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2011 || 11 900 560 364

Riport mill-2010 || 330 019 674

Baġits ta’ emenda 6 u 7 || -432 979 875

Irkupri (dħul assenjat) || 30 866 483

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2011 || 11 828 466 646

Approprjazzjonijiet użati fl-2011 || 11 794 000 249

Ammonti li ma ntużawx fi tmiem l-2011 || 34 466 397

Riport awtomatiku (irkupri) fi tmiem l-2011 || 30 544 548

2.2.2.     Assistenza teknika

Fil-baġit 2011, l-ammont disponibbli għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien EUR 8.3 miljun. Dan l-ammont tnaqqas b’EUR 2.3 miljun permezz tat-trasferiment globali. Fi tmiem is-sena, l-ammont totali ta’ pagamenti kien EUR 3.9 miljun, li ħalla EUR 2.1 miljun li ma ntużawx.

3.           implimentazzjoni tal-baġit tal-FAEŻR tal-2011

3.1.        Introduzzjoni

Is-sena finanzjarja 2011 fil-biċċa l-kbira kienet tirrappreżenta perjodu ta’ konsolidazzjoni, fejn il-programmi tal-iżvilupp rurali kważi kollha kienu jinsabu għaddejjin b’ritmu tajjeb. Madankollu, din kienet sitwazzjoni mhux ugwali billi bosta programmi wrew diffikultajiet ta’ implimentazzjoni apparentament minħabba l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja.

3.2.        Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

3.2.1.     Programmi operattivi tal-FAEŻR

It-Tabella 5 turi l-ammonti impenjati fl-2011 għal kull Stat Membru u l-allokazzjoni stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE (modifika ta’ April 2010 li kienet għadha fis-seħħ fl-2011).

Fl-2011, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall–programmi tal-FAEŻR, EUR 14.41 biljun, kienu jikkoinċidu mal-allokazzjoni annwali billi ma kienx hemm riport mis-sena ta’ qabel. L-approprjazzjonijiet kollha disponibbli kienu impenjati (EUR 14.41 biljun).

Tabella 5

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE (il-verżjoni fis-seħħ) vs l-ammonti impenjati fi tmiem l-2011:

Partita tal-baġit: 05.040501 || || (f'EUR)

SM || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE – fondi tal-UE għall-2011 || Ammonti riportati għal impenn fl-2011 || Ammonti impenjati fis-sena tal-baġit 2011

|| (a) || (b) || (c=a+b)

AT || 556 070 574 || - || 556 070 574

BE || 73 167 519 || - || 73 167 519

BG || 398 058 913 || - || 398 058 913

CY || 22 402 714 || - || 22 402 714

CZ || 406 640 636 || - || 406 640 636

DE || 1 365 559 200 || - || 1 365 559 200

DK || 91 231 467 || - || 91 231 467

EE || 104 639 066 || - || 104 639 066

ES || 1 227 613 000 || - || 1 227 613 000

FI || 298 490 092 || - || 298 490 092

FR || 1 169 090 147 || - || 1 169 090 147

GR || 665 568 186 || - || 665 568 186

HU || 547 603 625 || - || 547 603 625

IE || 351 698 528 || - || 351 698 528

IT || 1 403 606 589 || - || 1 403 606 589

LT || 248 002 433 || - || 248 002 433

LU || 13 287 289 || - || 13 287 289

LV || 148 781 700 || - || 148 781 700

MT || 10 347 884 || - || 10 347 884

NL || 90 406 648 || - || 90 406 648

PL || 1 860 573 543 || - || 1 860 573 543

PT || 582 642 601 || - || 582 642 601

RO || 1 357 854 634 || - || 1 357 854 634

SE || 278 775 513 || - || 278 775 513

SI || 124 076 091 || - || 124 076 091

SK || 263 028 387 || - || 263 028 387

UK || 748 994 332 || - || 748 994 332

Total || 14 408 211 311 || - || 14 408 211 311

3.2.2.     Assistenza teknika

It-Tabella 6 turi l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal assistenza teknika kkunsmati fl-2011. Il-parti l-iktar importanti tirrigwarda n-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Tabella 6

Assistenza teknika - Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

Partita tal-Baġit: 05.040502 ||  (f'EUR)

Deskrizzjoni ||  Ammont impenjat

Punt ta’ kuntatt għan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ENRD) || 4 201 627

Gruppi ta' ħidma tematika ENRD || 360 000

Teknoloġija tal-informazzjoni || 302 940

Studji || 188 300

Kumitati ta’ esperti dwar l-evalwazzjoni ta' programmi tal-iżvilupp rurali || 200 000

Pubblikazzjonijiet || 97 844

Total || 5 350 711

3.3.        Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

3.3.1.     Programmi operattivi tal-FAEŻR

Fil-baġit 2011, l-ammont għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien EUR 11.9 biljun. Dan l-ammont inizjali żdied b’riport u bi dħul assenjat minn irkupri b’EUR 330 miljun u EUR 31 miljun rispettivament, waqt li l-Baġits ta’ Emenda 6 u 7 naqqsuh b’EUR 433 miljun. Għalhekk, l-approprjazzjonijiet tas-sena kienu jammontaw finalment għal EUR 11.8 biljun.

Fi tmiem l-2011, l-ammont totali mħallas għall-programmi tal-FAEŻR kien EUR 11.79 biljun. Fl-2011 il-pagamenti li saru kienu ogħla b’iktar minn 6 % meta mqabbla mal-2010.

It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tqassim tal-pagamenti li saru fl-2011 skont il-perjodu ta’ dikjarazzjoni:

Tabella 7

Pagamenti 2010 – Programmi operattivi tal-FAEŻR                                                                                                (EUR miljun)

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti Q3 2010 || 72.44

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti Q4 2010 || 3 969.73

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti Q1 2011 || 2 270.04

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti Q2 2011 || 2 184.26

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti Q3 2011 || 3 297.53

Total 2010 || 11 794.00

Ir-rimborż tal-perjodu minn Lulju sa Settembru 2011 (Q3) għal erba’ programmi tal-FAEŻR twaqqaf kompletament jew parzjalment fi tmiem is-sena minħabba li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li kien fadal għal dawn il-programmi kienu eżawriti kompletament bil-pagament ta’ talbiet preċedenti. Il-pagament kellu jistenna sakemm saru l-impenji annwali għall-2012. It-Tabella 8 turi l-erba’ programmi tal-FAEŻR konċernati u l-ammonti korrispondenti.

Tabella 8

Programmi tal-FAEŻR – Nru CCI || Q2 2011 (f’EUR) || Q3 2011 (f’EUR) || Total

Vlaanderen (2007BE06RPO001) || 238 128 || 14 772 928 || 15 011 056

Bayern (2007DE06RPO004) || || 1 870 550 || 1 870 550

Ireland National (2007IE06RPO001) || || 3 625 235 || 3 625 235

Luxembourg (2007LU06RPO001) || || 1 000 617 || 1 000 617

Total || 238 128 || 21 269 330 || 21 319 620

Il-grafika ta’ hawn taħt tirrappreżenta l-konsum ta’ kull xahar tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament matul is-sena (minn Jannar sa Diċembru 2011). Ir-ritmu ta’ konsum huwa marbut maż-żmien li jintbagħtu l-erba’ dikjarazzjonijiet ta’ pagamenti (il-31 ta’ Jannar, it-30 ta’ April, il-31 ta’ Lulju u l-10 ta’ Novembru għat-talbiet għal pagamenti li jikkorrispondu għal Q4 2010, Q1 2011, Q2 2011 u Q3 2011) rispettivament, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

Grafika 1

It-tqassim għal kull Stat Membru u għal kull perjodu ta’ dikjarazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni fis-sena tal-baġit 2011 huwa muri fit-Tabella 9. L-ammonti mill-kolonna Q3 2010 jirrigwardaw il-programmi tal-FAEŻR li eżawrew l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tagħhom għall-2010 u kellhom jistennew sal-2011 sabiex l-ammonti tagħhom jiġu rrimborżati bl-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-2011.

Tabella 9

Pagamenti li fil-fatt saru bejn l-01/01/2011 u l-31/12/2011 || || (f'EUR)

SM || Q3 2010 || Q4 2010 || Q1 2011 || Q2 2011 || Q3 2011 || Total Kumplessiv

AT || || 415 520 171 || 79 421 389 || 37 383 559 || 28 180 052 || 560 505 171

BE || 6 655 665 || 20 205 051 || 9 304 872 || 28 334 942 || 10 408 934 || 74 909 464

BG || || 31 127 912 || 36 560 060 || 27 906 988 || 27 667 619 || 123 262 579

CY || || 808 015 || 4 586 345 || 7 789 936 || 4 777 720 || 17 962 016

CZ || || 134 278 841 || 183 214 787 || 80 002 343 || 50 653 503 || 448 149 474

DE || 29 517 043 || 499 934 389 || 148 213 403 || 92 909 203 || 382 397 129 || 1 152 971 166

DK || || 18 495 694 || 11 236 246 || 10 317 646 || 9 944 567 || 49 994 154

EE || || 14 950 290 || 55 551 590 || 16 363 799 || 20 034 250 || 106 899 928

ES || || 351 338 439 || 168 599 414 || 191 438 702 || 269 634 563 || 981 011 118

FI || || 71 295 302 || 17 200 587 || 12 689 302 || 181 292 899 || 282 478 090

FR || || 191 982 200 || 106 491 239 || 122 960 384 || 319 238 557 || 740 672 381

GR || || 135 376 823 || 40 730 996 || 169 596 687 || 68 627 549 || 414 332 054

HU || || 101 803 302 || 153 963 033 || 112 292 708 || 64 626 120 || 432 685 163

IE || 32 730 873 || 127 976 742 || 57 099 836 || 24 422 704 || 105 860 433 || 348 090 588

IT || 990 232 || 544 420 549 || 176 085 598 || 167 769 673 || 213 875 222 || 1 103 141 274

LT || || 95 153 270 || 57 452 452 || 49 102 237 || 47 008 321 || 248 716 280

LU || 262 045 || 4 422 746 || 5 452 242 || 1 953 947 || 1 196 309 || 13 287 289

LV || || 50 597 292 || 33 825 961 || 35 182 165 || 40 239 987 || 159 845 406

MT || || 814 311 || 3 045 772 || 1 277 842 || 2 234 075 || 7 372 000

NL || || 25 772 466 || 3 367 208 || 11 878 089 || 14 764 135 || 55 781 898

PL || || 501 922 071 || 423 762 728 || 464 420 777 || 362 996 136 || 1 753 101 711

PT || || 105 970 964 || 81 218 413 || 82 631 901 || 218 386 715 || 488 207 992

RO || || 117 074 704 || 113 205 528 || 134 899 503 || 529 743 309 || 894 923 044

SE || || 82 331 109 || 36 841 843 || 25 829 260 || 131 257 713 || 276 259 926

SI || 2 280 860 || 40 363 416 || 17 279 226 || 38 024 200 || 13 864 277 || 111 811 978

SK || || 145 712 107 || 62 562 117 || 82 828 784 || 54 794 821 || 345 897 828

UK || || 140 080 274 || 183 770 831 || 154 052 762 || 123 826 408 || 601 730 275

Total || 72 436 718 || 3 969 728 448 || 2 270 043 718 || 2 184 260 043 || 3 297 531 322 || 11 794 000 249

L-ammont totali mħallas fl-2011, EUR 11.79 biljun jirrigwarda r-rimborżi biss. Ma sarux avvanzi fl-2011.

It-Tabella 10 fil-paġna li jmiss, tqabbel il-pagamenti tal-FAEŻR li saru fl-2011, għal kull Stat Membru, mal-pagamenti fl-2010. Il-pagamenti totali żdiedu b’6 % (EUR 11.79 biljun vs 11.12 biljun).

Tabella 10

Pagmenti li saru lill-Istati Membri – Imqabbla għas-snin 2011 u l-2010 || || || (f'EUR) ||

SM || 2010 || 2011 || Differenza 2011 vs 2010

Pagamenti interim || Prefinanzjament || Total || Pagamenti interim || Prefinanzjament || Total || (f'EUR) || (f'%)

AT || 581 822 242 || 7 987 420 || 589 809 662 || 560 505 171 || - || 560 505 171 || -29 304 491 || -5,0%

BE || 65 783 043 || 4 821 180 || 70 604 223 || 74 909 464 || - || 74 909 464 || 4 305 241 || 6,1%

BG || 275 520 008 || 2 320 500 || 277 840 508 || 123 262 579 || - || 123 262 579 || -154 577 929 || -55,6%

CY || 16 165 873 || 142 800 || 16 308 673 || 17 962 016 || - || 17 962 016 || 1 653 343 || 10,1%

CZ || 438 345 322 || 2 940 000 || 441 285 322 || 448 149 474 || - || 448 149 474 || 6 864 152 || 1,6%

DE || 1 062 399 173 || 67 702 460 || 1 130 101 633 || 1 152 971 166 || - || 1 152 971 166 || 22 869 533 || 2,0%

DK || 51 099 659 || 9 328 060 || 60 427 719 || 49 994 154 || - || 49 994 154 || -10 433 565 || -17,3%

EE || 92 516 971 || 635 460 || 93 152 431 || 106 899 928 || - || 106 899 928 || 13 747 497 || 14,8%

ES || 807 508 885 || 58 741 200 || 866 250 085 || 981 011 118 || - || 981 011 118 || 114 761 033 || 13,2%

FI || 287 003 048 || 5 256 020 || 292 259 068 || 282 478 090 || - || 282 478 090 || -9 780 978 || -3,3%

FR || 790 758 986 || 79 977 240 || 870 736 226 || 740 672 381 || - || 740 672 381 || -130 063 845 || -14,9%

GR || 404 639 436 || 13 924 680 || 418 564 116 || 414 332 054 || - || 414 332 054 || -4 232 062 || -1,0%

HU || 451 494 772 || 3 797 360 || 455 292 132 || 432 685 163 || - || 432 685 163 || -22 606 969 || -5,0%

IE || 370 374 432 || 10 823 820 || 381 198 252 || 348 090 588 || - || 348 090 588 || -33 107 664 || -8,7%

IT || 615 587 478 || 48 564 040 || 664 151 518 || 1 103 141 274 || - || 1 103 141 274 || 438 989 756 || 66,1%

LT || 240 086 941 || 1 570 380 || 241 657 321 || 248 716 280 || - || 248 716 280 || 7 058 959 || 2,9%

LU || 15 604 016 || 344 400 || 15 948 416 || 13 287 289 || - || 13 287 289 || -2 661 127 || -16,7%

LV || 156 840 158 || 928 200 || 157 768 358 || 159 845 406 || - || 159 845 406 || 2 077 048 || 1,3%

MT || 17 108 384 || 71 400 || 17 179 784 || 7 372 000 || - || 7 372 000 || -9 807 784 || -57,1%

NL || 65 410 394 || 7 467 320 || 72 877 714 || 55 781 898 || - || 55 781 898 || -17 095 816 || -23,5%

PL || 1 428 215 650 || 11 822 300 || 1 440 037 950 || 1 753 101 711 || - || 1 753 101 711 || 313 063 761 || 21,7%

PT || 447 149 827 || 9 078 860 || 456 228 687 || 488 207 992 || - || 488 207 992 || 31 979 305 || 7,0%

RO || 753 363 627 || 7 118 580 || 760 482 207 || 894 923 044 || - || 894 923 044 || 134 440 837 || 17,7%

SE || 285 271 358 || 8 918 980 || 294 190 338 || 276 259 926 || - || 276 259 926 || -17 930 412 || -6,1%

SI || 111 415 753 || 1 100 820 || 112 516 573 || 111 811 978 || - || 111 811 978 || -704 595 || -0,6%

SK || 375 746 953 || 1 924 300 || 377 671 253 || 345 897 828 || - || 345 897 828 || -31 773 425 || -8,4%

UK || 507 798 938 || 33 841 220 || 541 640 158 || 601 730 275 || - || 601 730 275 || 60 090 117 || 11,1%

Total || 10 715 031 327 || 401 149 000 || 11 116 180 327 || 11 794 000 249 || - || 11 794 000 249 || 677 819 922 || 6,1%

3.3.2.     Assistenza teknika

Fil-baġit tal-2011, l-ammont għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien EUR 8.3 miljun. It-tabella li ġejja tirrappreżenta l-pagamenti għall-assistenza teknika għal ammont totali ta’ EUR 3.9 miljun. Il-parti l-iktar importanti tirrigwarda n-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Tabella 11

Assistenza teknika - Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

Partita tal-Baġit: 05.040502 || (f'EUR)

Deskrizzjoni || Ammont imħallas

Punt ta’ kuntatt għan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ENRD) || 3 449 516

Gruppi ta' ħidma tematika ENRD || 166 690

Teknoloġija tal-informazzjoni || 159 739

Kumitat ta’ esperti dwar l-evalwazzjoni ta' programmi tal-iżvilupp rurali || 37 009

Pubblikazzjonijiet || 100 809

Total || 3 913 763

3.4.        Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont l-assi u l-miżura

It-Tabella 12 turi t-talbiet għal pagamenti ddikjarati skont l-Istat Membru u skont l-assi/il-miżura għall-iżvilupp rurali fl-2011 (minn Q4 2010 sa Q3 2011), in-nefqa kumulattiva ddikjarata mill-2007 sal-2011 (minn Q4 2006 sa Q3 2011) kif ukoll il-pjanijiet finanzjarji tal-programmi tal-FAEŻR (2007-2013; UE27).

Fl-2011, in-nefqa tibqa’ kkonċentrata fuq l-assi 2 (47.9 %), wara jiġi l-assi 1 b’31.7 %, l-assi 3 b’14.6 % u l-assi 4 b’4.3 %. Dan il-qsim mill-ġdid tan-nefqa jibqa’ xi ftit differenti mill-qsim mill-ġdid fil-pjanijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 (33.6 %, 44.4 %, 13.3 % u 6 % għal assi 1 sa 4 rispettivament).

Il-miżuri tal-assi 2 jinvolvu l-aktar pagamenti annwali (eżempju miżuri agroambjentali) waqt li l-assi 1, 3 u, b'ammont inqas l-assi 4 jirrigwardaw l-aktar il-miżuri pluriennali li jeħtieġu proċedimenti iktar fit-tul biex jiġu approvati u implimentati (eżempju proġetti ta’ investiment).

In-nefqa għall-2011, meta mqabbla mal-medja għall-ewwel erba’ snin (2007-2010), hija aktar ibbilanċjata fost l-assi u s-sehem ta’ kull assi jidher li jersaq aktar qrib tas-sehem fil-pjanijiet finanzjarji. Pereżempju, l-assi 2 jonqoas minn 50.9 % fl-2010 għal 47.9 % fl-2011, filwaqt li l-assi 3 u 4 jiżdiedu minn 9.1 % u 2.5 % fl-2010 għal 14.6 % u 4.3 % fl-2011 rispettivament.

Tabella 12.

Nefqa ddikjarata tal-FAEŻR fl-2011 (Q4 2010-Q3 2011) u Nefqa totali kumulattiva (Q4 2006-Q3 2011)

imqabbla mal-Pjanijiet Finanzjarji*

|| Nefqa ddikjarata fl-2011 (Q4 2010 sa Q3 2011) || Nefqa kumulattiva ddikjarata (Q4 2006 sa Q3 2011) || Pjanijiet Finanzjarji 2007-2013

Assi/Miżuri tal-FAEŻR ||  (EUR miljun) || (%) ||  (EUR miljun) || (%) ||  (EUR miljun) || (%)

111 Taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet informattivi || 105,3 || 0,9% || 261,8 || 0,7% || 1 023,3 || 1,1%

112 Trawwim ta’ bdiewa żgħażagħ || 474,3 || 3,9% || 1 312,4 || 3,3% || 2 809,5 || 2,9%

113 Irtirar kmieni || 331,6 || 2,7% || 1 371,7 || 3,5% || 2 600,7 || 2,7%

114 Użu ta’ servizzi ta’ konsulenza || 18,6 || 0,2% || 38,3 || 0,1% || 355,5 || 0,4%

115 Twaqqif ta' servizzi ta’ ġestjoni, ta’ għajnuna u.... || 6,6 || 0,1% || 10,6 || 0,0% || 94,5 || 0,1%

121 Modernizzar ta’ azjendi agrikoli || 1 502,4 || 12,3% || 5 040,4 || 12,7% || 11 117,4 || 11,6%

122 Titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti || 41,2 || 0,3% || 121,3 || 0,3% || 596,7 || 0,6%

123 Żieda tal-valur tal-agrikoltura u tal-forestrija... || 634,0 || 5,2% || 1 649,9 || 4,2% || 5 634,5 || 5,9%

124 Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti ġodda || 21,7 || 0,2% || 39,6 || 0,1% || 333,5 || 0,3%

125 Infrastruttura relatata mal-iżvilupp ... || 435,4 || 3,6% || 1 189,3 || 3,0% || 4 999,6 || 5,2%

126 Ristawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola || 79,1 || 0,6% || 184,0 || 0,5% || 477,6 || 0,5%

131 Ilħuq taal-istandards ibbażati fuq il-Komunità... || 5,0 || 0,0% || 49,9 || 0,1% || 81,0 || 0,1%

132 Parteċipazzjoni ta’ bdiewa fil-kwalità tal-ikel || 15,4 || 0,1% || 31,9 || 0,1% || 237,4 || 0,2%

133 Attivitajiet informattivi u promozzjonali || 13,9 || 0,1% || 26,9 || 0,1% || 192,7 || 0,2%

141 Biedja ta' semisussistenza || 81,1 || 0,7% || 472,0 || 1,2% || 966,1 || 1,0%

142 Gruppi ta’ produtturi || 25,1 || 0,2% || 81,3 || 0,2% || 323,5 || 0,3%

143 Pagamenti Diretti (BG + RO) || 0,6 || 0,0% || 2,3 || 0,0% || 131,8 || 0,1%

144 Impriżi li għaddejjin minn ristrutturar || 68,4 || 0,6% || 68,4 || 0,2% || 186,7 || 0,2%

Assi 1 || 3 859,5 || 31,7% || 11 952,1 || 30,2% || 32 162,1 || 33,4%

211 Pagamenti għal żvantaġġi naturali lil bdiewa fi ... || 997,0 || 8,2% || 4 160,9 || 10,5% || 6 247,3 || 6,5%

212 Pagamenti lil bdiewa f’żoni żvantaġġati… || 1 056,2 || 8,7% || 4 325,5 || 10,9% || 7 242,9 || 7,5%

213 Pagamenti ta’ Natura 2000 u pagamenti marbuta.. || 29,8 || 0,2% || 85,5 || 0,2% || 456,7 || 0,5%

214 Pagamenti agroambjentali || 3 077,0 || 25,3% || 12 030,1 || 30,4% || 22 537,0 || 23,4%

215 Pagamenti għal trattament xieraq tal-annimali || 64,8 || 0,5% || 207,9 || 0,5% || 547,4 || 0,6%

216 Investimenti mhux produttivi || 69,3 || 0,6% || 124,0 || 0,3% || 576,1 || 0,6%

221 L-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola || 192,5 || 1,6% || 829,1 || 2,1% || 2 194,8 || 2,3%

222 L-ewwel twaqqif ta’ sistemi agroforestali... || 0,0 || 0,0% || 0,0 || 0,0% || 18,7 || 0,0%

223 L-ewwel afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola || 28,3 || 0,2% || 65,5 || 0,2% || 330,6 || 0,3%

224 Pagamenti ta’ Natura 2000 || 4,9 || 0,0% || 11,9 || 0,0% || 98,4 || 0,1%

225 Pagamenti forestali ambjentali || 7,3 || 0,1% || 20,3 || 0,1% || 227,0 || 0,2%

226 Ristawr tal-potenzjal forestali u ... || 235,5 || 1,9% || 559,1 || 1,4% || 1 660,2 || 1,7%

227 Investimenti mhux produttivi || 72,0 || 0,6% || 185,5 || 0,5% || 758,4 || 0,8%

Assi 2 || 5 834,5 || 47,9% || 22 605,4 || 57,0% || 42 895,5 || 44,6%

311 Diversifikazzjoni f’attivitajiet mhux agrikoli || 173,8 || 1,4% || 339,0 || 0,9% || 1 388,5 || 1,4%

312 Ħolqien u żvilupp ta’ negozji || 223,9 || 1,8% || 373,7 || 0,9% || 2 070,1 || 2,2%

313 Xprunar ta’ attivitajiet turistiċi || 97,7 || 0,8% || 225,3 || 0,6% || 1 222,4 || 1,3%

321 Servizzi bażiċi għall-ekonomija u rurali ... || 451,1 || 3,7% || 771,5 || 1,9% || 3 210,4 || 3,3%

322 Tiġdid u żvilupp ta’ rħula || 661,6 || 5,4% || 1 148,8 || 2,9% || 3 252,1 || 3,4%

323 Konservazzjoni u titjib tal-wirt rurali... || 144,9 || 1,2% || 339,7 || 0,9% || 1 375,4 || 1,4%

331 Taħriġ u informazzjoni || 13,0 || 0,1% || 29,9 || 0,1% || 131,7 || 0,1%

341 Kisba ta’ kompetenzi, animazzjoni u impliment... || 16,4 || 0,1% || 51,7 || 0,1% || 147,5 || 0,2%

Assi 3 || 1 782,4 || 14,6% || 3 279,6 || 8,3% || 12 798,1 || 13,3%

411 Implimentazzjoni ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp... || 27,0 || 0,2% || 53,4 || 0,1% || 500,8 || 0,5%

412 Implimentazzjoni ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp... || 3,5 || 0,0% || 5,8 || 0,0% || 162,3 || 0,2%

413 Implimentazzjoni ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp... || 340,3 || 2,8% || 552,8 || 1,4% || 3 927,1 || 4,1%

421 Implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni || 9,1 || 0,1% || 12,4 || 0,0% || 278,0 || 0,3%

431 Tmexxija tal-grupp ta’ azzjoni lokali, kisba … || 143,9 || 1,2% || 265,4 || 0,7% || 970,2 || 1,0%

Assi 4 || 523,8 || 4,3% || 889,8 || 2,2% || 5 838,3 || 6,1%

511 Assistenza Teknika || 175,1 || 1,4% || 463,0 || 1,2% || 1 904,1 || 2,0%

611 Pagamenti Diretti (BG + RO) || -0,3 || 0,0% || 437,8 || 1,1% || 645,6 || 0,7%

Total kumplessiv || 12 175,0 || 100,0% || 39 627,8 || 100,0% || 96 243,8 || 100,0%

* Effettivament tħassar impenn ta’ EUR 419 228,61 għall-Portugall fi tmiem l-2011.

3.5.        Implimentazzjoni tal-programmi FAEŻR

Il-Grafika 2 fil-paġna li jmiss tirrappreżenta r-rata ta’ implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi tal-iżvilupp rurali (mill-bidu sal-2011, inkluż Q4 2011) imqabbla mal-approprjazzjonijiet 2007-2011. Ir-rata medja tal-implimentazzjoni finanzjarja tal-FAEŻR għall-programmi kollha tal-FAEŻR hija 74.7 %.

Il-Grafika 2 turi li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri assorbew aktar minn 65 % tal-approprjazzjonijiet 2007-2011.