52012DC0462

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2011 /* COM/2012/0462 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2011

WERREJ

1........... Introduzzjoni................................................................................................................... 4

2........... Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-FEG fl-2011............................................................... 4

3........... Segwitu għar-Rapport Annwali tal-2010 dwar l-attivitajiet tal-FEG.................................. 5

4........... Analiżi tal-Attivitajiet tal-FEG fl-2011............................................................................. 6

4.1........ Applikazzjonijiet riċevuti................................................................................................. 6

Tabella 1 — Applikazzjonijiet riċevuti fl-2011............................................................................... 6

4.1.1..... Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont l-Istati Membri u s-setturi................................. 7

4.1.2..... Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont l-ammont mitlub............................................... 7

4.1.3..... Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont in-numru ta’ ħaddiema fil-mira għal assistenza... 7

4.1.4..... Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont l-ammont mitlub għal kull ħaddiem.................... 8

4.1.5..... Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont il-kriterju ta’ intervent....................................... 8

4.2........ Kontribuzzjonijiet mogħtija.............................................................................................. 8

Tabella 2 — Dettalji tal-kontribuzzjonijiet mogħtija fl-2011............................................................ 9

Tabella 3 — Kontribuzzjonijiet tal-FEG mogħtija l-2011: Profil tal-ħaddiema............................... 10

4.2.1..... Azzjonijiet iffinanzjati bl-assistenza tal-FEG................................................................... 11

4.2.2..... Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE)........................................................................................................................... 11

4.3........ Każijiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG........ 12

4.4........ Riżultati miksuba mill-FEG............................................................................................ 12

4.4.1..... Rapporti finali riċevuti mill-Istati Membri fl-2011 dwar l-implimentazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji          13

4.4.2..... Sommarju tar-riżultati u l-prattiki tajba rrapportati fl-2011............................................. 13

Tabella 4 — Rapporti finali riċevuti fl-2011 — ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati.................................. 14

4.4.3..... Dettalji dwar il-miżuri implimentati, kif ikkomunikat fir-Rapporti Finali riċevuti fl-2011.... 14

4.5........ Reviżjoni ta’ wara l-2013.............................................................................................. 17

4.6........ Rapport finanzjarju....................................................................................................... 17

4.6.1..... Fondi kkontribwiti mill-FEG.......................................................................................... 17

4.6.2..... Nefqa għal assistenza teknika........................................................................................ 18

Tabella 5 — Nefqa għal assistenza teknika 2011......................................................................... 18

4.6.3..... Irregolaritajiet irrapportati jew magħluqa........................................................................ 19

4.6.4..... Stralċ ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG.............................................................. 19

Tabella 6 — Każijiet stralċati fl-2011.......................................................................................... 19

4.6.5..... Rimborżi oħrajn............................................................................................................ 20

4.7........ Attivitajiet ta’ assistenza teknika mwettqa mill-Kummissjoni........................................... 20

4.7.1..... Informazzjoni u reklamar............................................................................................... 20

4.7.2..... Laqgħat mal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati tal-FEG.................................. 22

4.7.3..... Iddisinjar ta’ formola elettronika għal applikazzjonijiet.................................................... 22

4.7.4..... It-tieni Ħarsa Ġenerali Statistika tal-EGF 2007-2011.................................................... 22

4.7.5..... Evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-FEG....................................................................... 23

5........... Xejriet.......................................................................................................................... 24

6........... Konklużjoni.................................................................................................................. 29

Anness 1 — Applikazzjonijiet għall-FEG imqassma skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi sal-31 ta’ Diċembru 2011 (97 applikazzjoni)...................................................................... 31

Anness 2 — Ħarsa ġenerali lejn l-applikazzjonijiet tal-FEG sal-31 ta’ Diċembru 2011 imqassmin skont l-Istati Membri u t-Tip ta’ Applikazzjoni (kriterji tal-Artikolu 1).................................................................. 35

1.           Introduzzjoni

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1] biex juri solidarjetà u jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali. Tfassal bħala mezz ta’ rikonċiljazzjoni tal-benefiċċji ġenerali fit-tul tal-kummerċ miftuħ f’termini ta’ tkabbir u impjiegi mal-effetti avversi f’perjodu qasir li jista’ jkollha l-globalizzazzjoni, speċjalment fuq l-impjieg tal-iktar ħaddiema vulnerabbli u b’ħiliet baxxi. Ir-regoli ġew emendati mir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tat-18 ta’ Ġunju 2009[2] bħala tweġiba iktar effettiva għall-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jeħtieġ li ta' kull sena, il-Kummissjoni tibgħat rapport kwantitattiv u kwalitattiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-FEG fis-sena ta’ qabel. Ir-rapport għandu jiffoka primarjament fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b’mod partikolari, għandu jkun fih informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet ippreżentati, id-deċiżjonijiet adottati u l-azzjonijiet iffinanzjati, inklużi l-kumplimentarjetà tagħhom ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-istralċ tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru. Għandu jiddokumenta wkoll it-talbiet li ġew miċħuda minħabba nuqqas ta’ approprjazzjonijiet suffiċjenti jew minħabba ineliġibilità.

2.           Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-FEG fl-2011

Fl-2011, il-Kummissjoni rċiviet 26 applikazzjoni għal kontribuzzjonijiet mill-FEG, li kienu ftit inqas minn dawk li rċeviet fl-2010 (31 applikazzjoni). Id-dettalji dwar l-applikazzjonijiet jingħataw fit-Taqsima 4.1 u fit-Tabella 1.

L-Awtorità Baġitarja ħadet 22 deċiżjoni biex timmobilizza l-FEG fl-2011 li ammontaw għal total ta’ EUR 128 167 758, li hija żieda ta’ 54,1 % f’termini ta’ kofinanzjament tal-FEG meta mqabbel mal-2010. Id-dettalji dwar il-kontribuzzjonijiet mogħtija huma stabbiliti fit-Taqsima 4.2 u fit-Tabelli 2 u 3.

Fl-2011, il-Kummissjoni rċeviet erba’ rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzjonijiet tal-FEG. Id-dettalji tar-riżultati jingħataw fit-Taqsima 4.4 u fit-Tabella 4. Ġew stralċati ħames kontribuzzjonijiet tal-FEG li ngħataw fis-snin ta’ qabel (dettalji fit-Taqsima 4.6.4 u fit-Tabella 6). Id-dettalji tal-assistenza teknika b'inizjattiva tal-Kummissjoni (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar il-FEG) huma mogħtija fit-Taqsima 4.6.2 u fit-Tabella 5.

Fl-2011, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill proposta biex testendi d-"deroga għall-kriżi" temporanja (applikabbli għall-applikazzjonijiet tal-FEG ippreżentati sat-30.12.2011) sa tmiem l-2013. Id-dettalji jingħataw fit-Taqsima 3. Il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu 2014-2020. Id-dettalji huma mogħtija fit-Taqsima 4.5.

3.           Segwitu għar-Rapport Annwali tal-2010 dwar l-attivitajiet tal-FEG

Regolament (KE) Nru 546/2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

L-emenda tal-2009 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 bil-modifiki temporanji u permanenti tagħha ġabet magħha titjib notevoli għall-FEG, billi tipprovdi kundizzjonijiet aħjar għall-Istati Membri sabiex japplikaw għall-kofinanzjament tal-FEG b’appoġġ tat-tweġibiet tagħhom għall-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq l-impjiegi.

Il-mod ta' kif wieħed japplika għall-FEG tħaffef ħafna bis-saħħa tad-"deroga għall-kriżi" temporanja[3] li tippermetti lill-FEG sabiex jassisti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u billi l-kontribuzzjoni tal-FEG żdiedet minn 50 % għal 65 % tal-ispejjeż totali. Il-bidliet permanenti, jiġifieri t-tnaqqis tal-livell limitu minn 1 000 għal 500 sensja u l-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni minn 12 għal 24 xahar mid-data ta’ applikazzjoni ħallew impatt pożittiv ukoll: l-Istati Membri setgħu jitolbu l-appoġġ mill-FEG għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn impriżi żgħar u setgħu jipprogrammaw appoġġ iktar fit-tul għall-ħaddiema milli kien isir fl-imgħoddi. L-impatt tat-tul itwal tal-appoġġ mill-FEG fuq l-impjiegi u l-impjegabbiltà tal-ħaddiema mogħtija s-sensja sejjer jidher wara t-tlestija tal-proġetti.

Fl-ewwel perjodu ta' tliet xhur tal-2011, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-korpi implimentattivi u l-imsieħba soċjali dwar jekk għandhiex tiġi estiża d-"deroga għall-kriżi" wara l-2011 u, b’mod parallel, dwar il-ġejjieni tal-FEG wara l-2013 (ara wkoll it-Taqsima 4.5). F’Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat proposta[4] biex id-"deroga għall-kriżi" tiġi estiża sa tmiem l-2013, ħaġa li ġiet approvata għal kollox mill-Parlament Ewropew fil-21 ta’ Settembru 2011. Madankollu, minkejja dibattiti estensivi fil-Kunsill u bosta soluzzjonijiet ta’ kompromess, il-proposta tal-Kummissjoni ma kisbitx maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill. Billi ma ntlaħaq ebda qbil politiku dwar l-estensjoni tad-"deroga għall-kriżi", mill-31 ta’ Diċembru 2011, l-applikazzjonijiet għall-appoġġ mill-FEG setgħu jiġu ġġustifikati biss għal raġunijiet ta’ bidliet strutturali fix-xejriet kummerċjali globali, u r-rata ta’ kofinanzjament tnaqqset għall-50 % oriġinali tal-ispejjeż eliġibbli totali.

Tħaffif tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet tal-FEG: proċedura għall-preżentazzjoni ta’ proposti lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew

Il-kontribuzzjonijiet tal-FEG mogħtija fl-2011 ġew ipproċessati skont il-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ġodda tal-FEG li ġew stabbiliti lejn tmiem l-2009. L-isforzi li bdew fl-2010 sabiex jitħaffef il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet skont ir-regoli ta’ dan ir-Regolament issoktaw fl-2011, u b’mod partikolari fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet ta’ wara l-2011 u l-2013. Saru tħejjijiet għal seminar speċifiku għar-rappreżentanti tal-Istati Membri (li seħħ f’Marzu 2012) sabiex jiġu indirizzati bosta kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni effettiva tal-Fond.

4.           Analiżi tal-Attivitajiet tal-FEG fl-2011

4.1.        Applikazzjonijiet riċevuti

Is-26 applikazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni fl-2011 (ara t-Tabella 1) kienu ħamsa inqas mill-2010 (31 applikazzjoni[5]). Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009, adottat fit-18 ta’ Ġunju 2009, japplika għal dawn kollha (jiġifieri rata ta’ kofinanzjament ta’ 65 %, perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 24 xahar mid-data ta’ applikazzjoni, eċċ.). Lejn tmiem l-2011 ġiet osservata żieda sinifikanti fl-applikazzjonijiet relatati mal-kriżi, u dan juri li l-Istati Membri fittxew li jibbenefikaw kemm setgħu mid-dispożizzjonijiet imtejba tad-"deroga għall-kriżi" qabel l-iskadenza tagħha fi tmiem Diċembru 2011: 12 mit-18-il applikazzjoni ppreżentati mill-Istati Membri f’Diċembru 2011 kienu relatati mal-kriżi.

Is-26 applikazzjoni ġew ppreżentati minn 10 Stati Membri, li fil-mira tagħhom kellhom 16 870 ħaddiem li ngħataw is-sensja, u li talbu total ta’ EUR 77 546 044 mill-FEG. L-ammonti li għadhom mhumiex approvati huma indikattivi, hekk kif għadhom jistgħu jinbidlu matul il-fażi ta’ valutazzjoni. Żewġ Stati Membri kienu applikanti ġodda fl-2011: il-Greċja u r-Rumanija.

Tabella 1 — Applikazzjonijiet riċevuti fl-2011

4.1.1.     Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont l-Istati Membri u s-setturi

Is-26 applikazzjoni relatati ma’ 20 settur[6]. Tmienja minn dawn huma setturi li għalihom ġiet ippreżentata applikazzjoni tal-FEG għall-ewwel darba fl-2011: huma mmarkati b’linja taħthom fil-lista ta’ hawn taħt.

L-Awstrija (tliet applikazzjonijiet: trasport tat-triq, prodotti tat-tabakk, attivitajiet ta’ ħidma soċjali), id-Danimarka (żewġ applikazzjonijiet: tagħmir elettroniku, settur tat-tarzna), il-Ġermanja (applikazzjoni waħda: settur awtomobilistiku), il-Greċja (applikazzjoni waħda: kummerċ fil-livell tal-konsumaturi), l-Italja (seba’ applikazzjonijiet: kostruzzjoni ta’ bini, ċeramika, apparat domestiku, servizzi tal-ICT, irfigħ f’imħażen u ħżin, apparat elettroniku, muturi), il-Pajjiżi l-Baxxi (tliet applikazzjonijiet: kostruzzjoni ta’ bini, attivitajiet ta’ kostruzzjoni speċjalizzata, metalli bażiċi), il-Portugall (applikazzjoni waħda: settur awtomobilistiku), ir-Rumanija (applikazzjoni waħda: telefowns ċellulari), Spanja (sitt applikazzjonijiet: kostruzzjoni ta’ bini, l-industrija tal-ħdim tal-metall, manifattura taż-żraben, ħidma ta’ mastrudaxxi u xogħol fuq l-injam), l-Isvezja (applikazzjoni waħda: prodotti farmaċewtiċi).

4.1.2.     Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont l-ammont mitlub

Kull Stat Membru li applika għal appoġġ mill-FEG irid ifassal pakkett koordinat ta’ miżuri li jkun l-iktar wieħed li jixraq għall-profil tal-ħaddiema fil-mira, u jrid jiddeċiedi fuq l-ammont ta’ assistenza li jixtieq jitlob. Ir-Regolament tal-FEG la jirrakkomanda u lanqas jillimita l-ammont totali mitlub, iżda l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ applikazzjoni tista’ tqajjem kwistjonijiet li jġiegħlu lill-Istat Membru jirrevedi l-pakkett propost ta’ servizzi personalizzati, u b’hekk taffettwa l-ammont mitlub.

Il-kontribuzzjonijiet tal-FEG mitluba fl-2011 varjaw bejn EUR 1 125 605 u EUR 6 838 650 (medja ta’ EUR 2 982 540).

4.1.3.     Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont in-numru ta’ ħaddiema fil-mira għal assistenza

In-numru totali ta’ ħaddiema fil-mira tal-miżuri proposti għal kofinanzjament mill-FEG kien ta’ 16 870, li hu madwar 72 % tan-numru totali ta’ ħaddiema li tkeċċew (ġew iddikjarati madwar 23 500 sensja mill-10 Stati Membri fis-26 applikazzjoni ppreżantati). In-numri varjaw bejn 153 sa 1 517-il ħaddiem fil-mira, bi tliet applikazzjonijiet li fil-mira tagħhom kellhom iktar minn 1 000 ħaddiem u sitt applikazzjonijiet li fil-mira tagħhom kellhom inqas minn 500 ħaddiem. In-numru ta' ħaddiema affettwati minn każ ta’ sensja u n-numru fil-mira għal appoġġ mill-FEG jista’ jvarja, għaliex l-Istat Membru applikant jista’ jiddeċiedi li jiffoka l-assistenza mill-FEG fuq gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema biss, bħal dawk li jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet eċċezzjonali biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol u/jew dawk li l-aktar li għandhom bżonn tal-assistenza. Uħud mill-ħaddiema affettwati jistgħu jirċievu assistenza barra l-FEG, filwaqt li oħrajn jistgħu jsibu xogħlijiet ġodda waħedhom jew jistgħu jiddeċiedu li jirtiraw kmieni, li jfisser li ma jkunux fil-mira tal-miżuri tal-FEG.

4.1.4.     Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont l-ammont mitlub għal kull ħaddiem

Il-pakkett ta’ servizzi individwalizzati li l-Istati Membri jistgħu jipproponu għall-ħaddiema mogħtija s-sensja kkonċernati jaqa' fid-diskrezzjoni tagħhom, fi ħdan it-termini tar-Regolament. Għaldaqstant, l-ammont mitlub għal kull ħaddiem affettwat jista’ jvarja skont il-gravità tal-avveniment ta’ għoti tas-sensji, is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol affettwat, iċ-ċirkostanzi individwali tal-ħaddiema fil-mira, il-miżuri diġà pprovduti mill-Istat Membru, u l-ispiża għall-għoti tas-servizzi fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat. Dan jispjega għaliex l-ammonti proposti għal kull ħaddiem fl-2011 varjaw bejn ftit iktar minn EUR 1 200 u iktar minn EUR 19 000.

4.1.5.     Applikazzjonijiet riċevuti mqassmin skont il-kriterju ta’ intervent

Mis-26 applikazzjoni ppreżentata, 20 (77 %) kienu maħsuba sabiex jappoġġaw lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika (l-Artikolu 1(1a) tar-Regolament emendat tal-FEG), filwaqt li s-sitt applikazzjonijiet fadal (23 %) kienu maħsuba biex iwieġbu għal bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali minħabba l-globalizzazzjoni.

Tmien applikazzjonijiet kienu bbażati fuq l-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-FEG, 15 kienu bbażati fuq l-Artikolu 2(b), żewġ applikazzjonijiet rreferew għall-Artikolu 2(c), hekk kif kienu jikkonċernaw ċirkostanzi eċċezzjonali, u applikazzjoni waħda rreferiet għall-Artikolu 2(c), hekk kif kienet tikkonċerna suq tax-xogħol żgħir.

4.2.        Kontribuzzjonijiet mogħtija

Fl-2011, l-Awtorità tal-Baġit ħadet 22 deċiżjoni biex il-FEG jibda jikkofinanzja miżuri tal-politiki dwar is-suq tax-xogħol (ara t-Tabelli 2 u 3 għal ħarsa ġenerali u analiżi tal-profili tal-ħaddiema). Ħamsa minn dawn l-applikazzjonijiet ikkonċernati saru fl-2011, filwaqt li 16-il applikazzjoni kkonċernata daħlu fl-2010 u waħda saret bħala tweġiba għal applikazzjoni li daħlet fl-2009. Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009, adottat fit-18 ta’ Ġunju 2009, japplika għall-kontribuzzjonijiet kollha li ngħataw (jiġifieri rata ta’ kofinanzjament ta’ 65 %, perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 24 xahar mid-data ta’ applikazzjoni, eċċ.).

It-22 kontribuzzjoni mogħtija kienu mmirati għal 21 213-il ħaddiem li ngħataw is-sensja fi 12-il Stat Membru b’total ta’ EUR 128 167 758 imħallas mill-FEG (25,6 % tal-ammont annwali massimu disponibbli għall-FEG). Dan jirrappreżenta żieda ta’ 54,1 % f’termini ta’ kofinanzjament mill-FEG meta mqabbel mal-2010 (EUR 83 171 941 għal 30 kontribuzzjoni mogħtija[7]).

Tabella 2 — Dettalji tal-kontribuzzjonijiet mogħtija fl-2011

Tabella 3 — Kontribuzzjonijiet tal-FEG mogħtija l-2011: Profil tal-ħaddiema

4.2.1.     Azzjonijiet iffinanzjati bl-assistenza tal-FEG

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jistabbilixxi li l-FEG jista’ jikkofinanzja biss miżuri attivi tas-swieq tax-xogħol bil-għan li jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jerġgħu jibdew jaħdmu. Barra minn hekk, jiddikjara li l-FEG jista’ jiffinanzja l-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, tagħrif, reklamar u kontroll ta’ Stat Membru għall-użu tal-finanzjament ("attivitajiet ta’ implimentazzjoni", li qabel kienu msejħa "assistenza teknika").

Il-miżuri approvati għat-22 kontribuzzjoni tal-FEG mogħtija fl-2011 kellhom l-għan li jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol lil 21 213-il ħaddiem li ngħataw is-sensja. Kienu jikkonsistu primarjament f’assistenza fit-tiftix tax-xogħol u ġestjoni tal-każ intensivi u personalizzati inkluża riċerka għas-sejbien ta’ xogħol ma’ impjegaturi potenzjali, varjetà ta’ taħriġ vokazzjonali, miżuri ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, bosta inċentivi/gratifiki finanzjarji temporanji tul l-eżistenza tal-miżuri ta’ appoġġ attivi sal-perjodu ta’ integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol, xi pariri matul il-fażi inizjali fl-impjieg il-ġdid u tipi ta’ attivitajiet oħrajn bħall-promozzjoni tal-intraprenditorija/ħolqien tan-negozji, impjiegi appoġġati u inċentivi ta’ darba għall-għoti ta’ impjieg/reklutaġġ.

Meta fasslu l-pakketti ta’ appoġġ tagħhom, l-Istati Membri ħadu f’kunsiderazzjoni l-isfondi, l-esperjenzi u l-livelli edukattivi tal-ħaddiema, l-abilità tagħhom li jkunu mobbli u aġġornati jew l-opportunitajiet mistennija tax-xogħol fir-reġjuni kkonċernati.

4.2.2.     Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

Il-FEG huwa mfassal sabiex permezz ta’ miżuri attivi tas-swieq tax-xogħol iżid l-impjegabbiltà u jiżgura l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg malajr għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja, u b’hekk jimxi id f’id mal-FSE, li huwa strument importanti għall-promozzjoni tal-impjiegi fl-UE. Ġeneralment, il-kumplimentarjetà taż-żewġ Fondi tinstab fl-abilità tagħhom li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet minn żewġ perspettivi ta’ żmien differenti: filwaqt li l-FEG jipprovdi assistenza mfassla eżatta għall-ħaddiema mogħtija s-sensja bħala tweġiba għal avveniment speċifiku ta’ għoti ta’ sensji tal-massa fuq skala Ewropea, il-FSE jappoġġa għanijiet strateġiċi u fit-tul (eż. iżid il-kapital uman, ġestjoni tal-bidla) permezz ta’ programmi pluriennali pprogrammati minn qabel, li r-riżorsi tagħhom, normalment, ma jkunux jistgħu jiġu allokati mill-ġdid biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkaġunati minn sensji tal-massa. Xi kultant, il-miżuri tal-FEG u l-FSE jintużaw biex jikkumplimentaw lil xulxin sabiex jipprovdu soluzzjonijiet għal perjodu ta' żmien qasir u fit-tul. Il-kriterju deċiżiv huwa l-potenzjal tal-istrumenti disponibbli sabiex jgħinu lill-ħaddiema b’mod effettiv, u huwa f’idejn l-Istati Membri li jagħżlu — u li jipprogrammaw — l-istrumenti u l-azzjonijiet li jkunu l-iktar xierqa għall-kisba tal-għanijiet fil-mira.

Il-kontenut tal-"pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati" li jrid jiġi kkofinanzjat mill-FEG għandu jkun ibbilanċjat ma’ azzjonijiet oħrajn u għandu jimxi id f’id magħhom. Il-miżuri kkofinanzjati mill-FEG jistgħu jmorru ferm lil hinn mill-miżuri u l-azzjonijiet standard, u l-esperjenza wriet li l-FEG jippermetti lill-Istati Membri sabiex joffru lill-ħaddiema li rċevew is-sensja assistenza mfassla b’mod iktar personalizzat u iktar profonda milli kien ikun possibbli mingħajr il-FEG, inklużi miżuri li normalment ma kienx ikollhom aċċess għalihom (eż. edukazzjoni tat-tieni jew tat-tielet livell). Il-FEG jippermetti lill-Istati Membri sabiex jiffokaw b’mod iktar partikolari fuq il-persuni vulnerabbli, bħal dawk b’ħiliet baxxi jew dawk bi sfond ta’ migrazzjoni, u biex jipprovdu appoġġ bi proporzjon bejn konsulent u ħaddiem aħjar u/jew fuq perjodu ta’ żmien itwal minn dak li kien ikun possibbli mingħajr il-FEG. Dan kollu jkabbar il-prospetti tal-ħaddiema biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom.

Eżempji speċifiċi ta’ kumplimentarjetà tajba bejn il-Fondi Strutturali u l-FEG jistgħu jinstabu f’każ wieħed ippeżentat mid-Danimarka (settur tat-tarzna) u fi tliet każijiet ippreżentati mill-Irlanda relatati mas-settur tal-kostruzzjoni. Rigward l-ewwel każ (EGF/2010/025 DK/Odense Steel Shipyard), il-miżuri tal-FEG tfasslu sabiex jikkumplimentaw l-azzjonijiet meħuda mill-Forum reġjonali għat-Tkabbir li għandu l-għan li jippromwovi industriji tat-tkabbir ġodda fiż-żona fuq perjodu ta' żmien twil, u li jirċievi finanzjament mill-FSE u l-FEŻR. Barra minn hekk, din il-kontribuzzjoni tal-FEG qiegħda tintuża mid-Danimarka biex jiġi ttestjat it-taħriġ f’setturi ġodda u f'metodi ġodda ta’ forniment, għal inklużjoni potenzjali fi programmi popolari jekk l-implimentazzjoni tal-FEG tagħti riżultati li jirnexxu.

Rigward l-iktar każijiet Irlandiżi riċenti (EGF/2010/019, EGF/2010/020, EGF/2010/021) u dawk sussegwenti, mill-2010 il-FEG ġie inkluż fil-proċess tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ għall-Koordinazzjoni tal-Fondi tal-UE skont il-Qafas ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali, ippresedut mid-Dipartiment tal-Finanzi u stabbilit biex jittratta kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007-2013. Dan il-Kumitat jiddiskuti kwistjonijiet ta’ relevanza inkluża d-demarkazzjoni tal-fondi fi programmi operattivi u pjanijiet għal programmi ġodda biex jiġi żgurat li l-Fondi ma jissovrapponux lil xulxin.

L-Istati Membri kollha jridu jimplimentaw il-mekkaniżmi meħtieġa biex jevitaw kwalunkwe riskju ta’ finanzjament doppju mill-istrumenti finanzjarji tal-UE, kif meħtieġ mill-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

4.3.        Każijiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG

La l-Kummissjoni u lanqas l-Awtorità tal-Baġit ma ċaħdu xi applikazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri għal finanzjament mill-FEG.

4.4.        Riżultati miksuba mill-FEG

Is-sorsi ewlenin ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-FEG huma r-rapporti finali ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Dawn huma ssupplimentati b'informazzjoni kondiviża mill-Istati Membri f’kuntatti diretti mal-Kummissjoni u matul il-laqgħat u l-konferenzi ta’ koordinazzjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri matul is-sena. Ir-riżultati u d-dejta rrapportati mill-Istati Membri fl-2011 huma mogħtija f’sinteżi f’din it-Taqsima u fit-Tabella 4.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni rċiviet rapporti finali għal 20 kontribuzzjoni mill-FEG (mill-2008, meta r-riżultati tal-ewwel każijiet tal-FEG tqiegħdu għad-dispożizzjoni, sa Diċembru 2011), u dawn jirrappreżentaw madwar 20 % tan-numru totali ta’ applikazzjonijiet (97) riċevuti sa Diċembru 2011. Ħmistax minn dawk l-20 każ ġew analizzati wkoll mill-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu mwettqa fl-2011 (ara t-Taqsima 4.7.5). Minħabba r-riżultati finali limitati sa issa, għadu kmieni wisq biex jinstiltu konklużjonijiet definittivi dwar il-valur miżjud tal-appoġġ mill-FEG u dwar l-impatt fuq il-ħaddiema li rċievew is-sensja u fuq is-swieq tax-xogħol. Hekk kif jitqiegħdu għad-dispożizzjoni iktar riżultati finali ta’ każijiet b’perjodu ta’ implimentazzjoni estiż ta’ 24 xahar (wara ż-żieda minn 12 għal 24 xahar mid-data ta’ applikazzjoni, li rriżultat mill-emenda tar-Regolament tal-FEG fl-2009), l-impatt tal-FEG sejjer ikun jista’ jitkejjel f’iktar dettall, inkluż fl-evalwazzjoni ex-post li għandha tintemm sal-31 ta’ Diċembru 2014 (Artikolu 17(1b) tar-Regolament tal-FEG).

4.4.1.     Rapporti finali riċevuti mill-Istati Membri fl-2011 dwar l-implimentazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji

Fl-2011, il-Kummissjoni rċiviet erba’ rapporti finali dwar il-każijiet li ġejjin: EGF/2009/004 BE/Oost-West Vlaanderen, EGF/2009/005 BE/Limburg, EGF/2009/007 SE/Volvo u EGF/2009/008 IE/Dell. Dawn kienu l-ewwel każijiet tal-FEG għat-tliet Stati Membri kollha kemm huma, u l-ewwel każijiet li ntemmu b’perjodu ta’ implimentazzjoni estiż ta’ 24 xahar. Kienu wkoll l-ewwel każijiet li bbenefikaw mir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 65 % mill-FEG wara ż-żieda mill-50 % ta’ qabel.

4.4.2.     Sommarju tar-riżultati u l-prattiki tajba rrapportati fl-2011

L-erba’ rapporti finali ppreżentati mit-tliet Stati Membri wrew li fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-FEG, 2 352 ħaddiem (45,0 % ta’ 5 228) kienu sabu impjieg ġdid jew kienu ħaddiema li jaħdmu għal rashom. L-oħrajn jew kienu f’istituzzjoni edukattiva jew kienu qegħdin jagħmlu taħriġ (madwar 10,9 %), jew qiegħda jew inattivi għal raġunijiet personali (NEET: barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ): madwar 44,1 %.

B’mod simili għall-2010, ir-riżultati f’termini ta’ integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol kienu affettwati mill-kapaċitajiet ta’ assorbiment imnaqqsa tas-swieq tax-xogħol lokali u reġjonali bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Ta’ min jgħid li r-rata ta’ integrazzjoni mill-ġdid tipprovdi biss daqqa t’għajn lejn is-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-ħaddiema fil-mument li fih inġabret id-dejta. Ma tagħti ebda tagħrif dwar it-tip ta’ impjieg u l-kwalità tax-xogħol li nstab, u tista’ tinbidel b’mod notevoli f’qasir żmien. Skont l-informazzjoni riċevuta minn bosta Stati Membri fl-2011 u l-2011, ir-rati ta’ integrazzjoni mill-ġdid għandhom it-tendenza li jiżdiedu anki ftit xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapporti finali u jiżdiedu iktar fuq perjodu ta' żmien medju, speċjalment f’każijiet li fihom il-ħaddiema jkomplu jirċievu l-assistenza mfassla eżatt għalihom wara l-perjodu tal-FEG, imħallsa mill-Istati Membri stess jew bl-għajnuna tal-FEG.

It-tliet Stati Membri rrapportaw serje ta’ fatti interessanti u informazzjoni inkoraġġanti li jindikaw li s-sitwazzjoni personali, il-fiduċja fihom infushom u l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kkonċernati tjiebu b’mod ċar grazzi għall-assistenza u s-servizzi tal-FEG, anki jekk mhux kollha kemm huma sabu xogħol ġdid minnufih. Il-FEG ippermetta lil dawk l-Istati Membri biex jaġixxu b’mod iktar intensiv fl-oqsma affettwati mis-sensji, f’termini tan-numru ta’ persuni assistiti u t-tul ta' żmien u l-kwalità tal-appoġġ, minn dak li kien ikun possibbli mingħajr il-finanjament mill-FEG. Il-fondi tal-UE ppermettewlom iwieġbu b’mod iktar flessibbli u jinkludu fil-pakketti tagħhom azzjonijiet ferm personalizzati u xi kultant innovattivi ta’ kwalità għolja u b’hekk, setgħu jiddedikaw iktar ħin biex jieħdu ħsieb lil nies b’inqas ħiliet u lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu impjieg li huwa iktar diffiċli tgħinhom.

Għaldaqstant, l-assistenza kkofinanzjata mill-FEG tirrappreżenta investiment miżjud fil-ħiliet, li jista’ jkollu impatt pożittiv anki fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul meta s-swieq gradwalment jirkupraw mill-kriżi. Il-FEG inħass bħala strument utli fi żmien ta’ limiti baġitarji spiss partikolarment akuti fl-Istati Membri u f'reġjuni li jsofru minn sensji tal-massa. Barra minn hekk, it-tliet Stati Membri setgħu jisiltu numru ta’ tagħlimiet u konklużjonijiet li għandhom ikunu utli għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ każijiet tal-FEG fil-ġejjieni.

Tabella 4 — Rapporti finali riċevuti fl-2011 — ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati[8]

4.4.3.     Dettalji dwar il-miżuri implimentati, kif ikkomunikat fir-Rapporti Finali riċevuti fl-2011

EGF/2009/004 Oost-West Vlaanderen/Belgium (tessuti)

Il-perjodu ta’ implimentazzjoni mogħti mid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament intemm fl-4 ta’ Mejju 2011. Mill-508 ħaddiema li ħadu sehem fil-miżuri kkofinanzjati mill-FEG, 335 (65,9 %) daħlu fis-suq tax-xogħol mill-ġdid fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni (disgħa minnhom ħaddiema li jaħdmu għal rashom), u l-bqija, 173 (34,1 %) kienu qiegħda jew inattivi għal raġunijiet personali differenti (NEET).

EGF/2009/005 Limburg/Belgium (tessuti)

Il-perjodu ta’ implimentazzjoni mogħti mid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament intemm fl-4 ta’ Mejju 2011. Mit-356 ħaddiem li ħadu sehem fil-miżuri kkofinanzjati mill-FEG, 259 (72,8 %) reġgħu daħlu fis-suq tax-xogħol fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni (ħamsa minnhom ħaddiema li jaħdmu għal rashom), u s-97 (27,2 %) li fadal kienu qiegħda jew inattivi għal raġunijiet personali differenti (NEET).

L-awtoritajiet Belġjani rrapportaw li ż-żewġ kontribuzzjonijiet tal-FEG kienu ppermetewlhom jipprovdu assistenza u taħriġ imfassla eżatt għall-ħaddiema tas-settur tat-tessuti li ngħataw is-sensja, li jew għenuhom isibu impjiegi ġodda jew saħħewlhom il-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. Il-miżuri ta’ kofinanzjament tal-FEG ġew ipprovduti mis-servizz ta’ impjiegi u taħriġ professjonali Fjamming (VDAB) u ċ-ċentru ta’ taħriġ settorjali għall-industrija tessili (COBOT). Koprew appoġġ ta’ tiftix għal impjiegi individwali inkluża l-validazzjoni ta’ ħiliet eżistenti relatati mat-tessili, assistenza għal outplacement estiża għall-gruppi tal-etajiet kollha, firxa ta’ miżuri ta’ taħriġ għall-kisba ta’ kompetenzi ġeneriċi u ħiliet fl-intervisti, taħriġ vokazzjonali mfassal biex jinstab impjieg ġdid f’setturi u karigi ġodda, taħriġ imfassal għall-ħaddiema ta’ iktar minn 50 sena kif ukoll taħriġ/gwida għall-karrieri ssoktati għal dawk li sabu impjieg ġdid bil-għan li titjieb is-sodisfazzjoni u l-abilità tagħhom biex jibqgħu fl-impjieg il-ġdid.

Uħud mill-attivitajiet implimentati ġew inkorporati fi skemi determinati minn qabel li jirċievu finanzjament federali u reġjonali u li għamluha possibbli sabiex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni tal-FEG. Minħabba ċ-ċirkostanzi amministrattivi partikolari tiegħu, il-Belġju kkontribwixxa għal 36 % (EGF/2009/004) u 44,6 % (EGF/2009/005) biss mill-ispejjeż attwali totali għall-FEG, minflok il-massimu ta’ 65 % permess. L-awtorità ta’ ġestjoni siltet numru ta’ tagħlimiet u konklużjonijiet li għandhom ikunu utli għal applikazzjonijiet tal-FEG futuri.

EGF/2009/007 Volvo/Sweden (settur awtomobilistiku)

Il-perjodu ta’ implimentazzjoni mogħti mid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament intemm fl-4 ta’ Ġunju 2011. Mill-1 775 ħaddiem li ħadu sehem fil-miżuri kkofinanzjati mill-FEG, 1 201 (67,7 %) reġgħu daħlu fiq-suq tax-xogħol fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni (18 minnhom ħaddiema li jaħdmu għal rashom), 344 (19,4 %) kienu f’istituzzjoni edukattiva jew kienu qegħdin jagħmlu taħriġ u l-230 (12,9 %) li kien jifdal huma meqjusa qiegħda jew inattivi (NEET) billi telqu s-servizz tal-impjieg għal bosta raġunijiet. Skont l-awtoritajiet Svediżi, il-proġett tal-FEG irnexxa f’termini ta’ integrazzjoni mill-ġdid wara l-implimentazzjoni tal-proġett, meta mqabbel ma’ proġetti oħrajn fl-Isvezja.

Il-miżuri kkofinanzjati mill-FEG kellhom importanza kbira għal dawk li kienu ħaddiema tal-Volvo billi permezz tagħhom, huma setgħu jżidu l-ħiliet tagħhom għal suq tax-xogħol usa’ filwaqt li fl-istess ħin ipprovdilhom żvilupp personali u sigurtà finanzjarja. Il-kontribuzzjoni mill-FEG ippermettiet lill-awtoritajiet Svediżi biex jipprovdu varjetà ta’ miżuri ta’ kwalifikazzjoni, inkluż taħriġ vokazzjonali mmirat lejn xogħlijiet fejn it-tibdil ġenerazzjonali kien beda jitqies bħala problema. It-taħriġ fl-intraprenditorja mar ferm lil hinn minn dak li normalment jiġi offrut fis-servizz pubbliku tal-impjiegi. Ingħatat attenzjoni partikolari għall-kwalità tat-taħriġ ikkofinanzjat mill-FEG (ġew applikati klassifikazzjonijiet), li jista’ jsarraf f’vantaġġ kompetittiv għall-individwi kkonċernati meta mqabbla ma’ ħaddiema qiegħda oħrajn li bbenefikaw minn opportunitajiet ta’ taħriġ standard.

L-awtoritajiet Svediżi rrapportaw ukoll li l-proġett wassal għal kooperazzjoni ikbar bejn is-servizz pubbliku tal-impjiegi u l-fornituri ta’ edukazzjoni adulta nazzjonali, reġjonali u lokali. It-taħlita ta’ politiki dwar is-suq tax-xogħol ma’ riżorsi mid-dinja tal-edukazzjoni tqieset bħala valur miżjud notevoli b’effett multiplikatur pożittiv. Is-sejbiet u t-tagħlimiet miksuba mill-proġett Volvo se jkompli jkun ta' siwi għall-attivitajiet ta' appoġġ futuri fl-Isvezja għall-persuni qiegħda.

B’mod ġenerali, l-Isvezja tqis li l-miżuri kkofinanzjati mill-FEG kienu pożittivi kemm għal dawk li kienu jaħdmu mal-Volvo kif ukoll għas-swieq tax-xogħol lokali kkonċernati. Filwaqt li l-impatt tagħhom f’termini finanzjarji għadu ma jistax jitkejjel, dan għandu jkun possibbli fil-ġejjieni, meta tintemm l-evalwazzjoni attwali tal-proġett mill-awtoritajiet Svediżi.

EGF/2009/008 Dell/Ireland (kompjuters)

Il-perjodu ta’ implimentazzjoni mogħti mid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament intemm fit-28 ta’ Ġunju 2011. Mill-2 589 ħaddiem li ħadu sehem fil-miżuri kkofinanzjati mill-FEG, 557 (21,5 %) reġgħu daħlu fis-suq tax-xogħol fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni (191 minnhom ħaddiema li jaħdmu għal rashom), 227 (8,8 %) kienu għadhom f’istituzzjoni edukattiva jew kienu qegħdin jagħmlu taħriġ, u l-1 805 (69,7 %) li fadal kienu qiegħda jew inattivi għal raġunijiet personali differenti (NEET).

L-awtoritajiet Irlandiżi rrapportaw li l-appoġġ mill-FEG estenda l-assistenza normalment disponibbli għan-nies qiegħda, u mexa id f’id mal-miżuri appoġġati mill-Fond Soċjali Ewropew, il-FEŻR, eċċ. Bl-għajnuna tal-FEG, dawk li kienu jaħdmu ma’ Dell ibbenefikaw minn livell miżjud ta’ assistenza personalizzata fi żmien ta’ qgħad li beda jiżdied b’rata mgħaġġla kemm fil-livell reġjonali kif ukoll nazzjonali. Skont l-awtoritajiet Irlandiżi, in-numru ta’ persuni li reġgħu sabu xogħol jew li bdew in-negozju tagħhom stess sa tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni kif ukoll ir-rata ogħla ta’ dħul mill-ġdid f’opportunitajiet ta’ edukazzjoni jew taħriġ ħallew impatt konsiderevolment pożittiv fil-livell lokali u reġjonali f’termini ekonomiċi. Il-miżuri kkofinanzjati mill-FEG ħallew impatt pożittiv ukoll fuq l-individwi f’termini ta’ fiduċja fihom infushom imġedda u s-sens ta’ dinjità li reġgħu kisbu.

Il-miżuri kkofinanzjati mill-FEG koprew firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ appoġġ ta’ gwida, edukazzjoni, taħriġ u intraprenditorija u ġew ipprovduti f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ fornituri tas-servizzi lokali, reġjonali u nazzjonali. L-assistenza mill-FEG ippermettiet ukoll l-iżvilupp ta’ għadd ta’ miżuri mfassla apposta ġodda inklużi korsijiet ta’ edukazzjoni għolja barra l-kurrikulu popolari, programm ta’ apprendistat ġdid imfassal biex jinżammu aġġornati l-ħiliet eżistenti u sabiex in-nies jitħallew jipprattikaw il-ħiliet li jkunu għadhom kif kisbu, u l-għoti ta’ taħriġ biex jinkisbu ħiliet ġodda f’setturi emerġenti jew f’setturi b’nuqqasijiet identifikati fil-ħiliet bħal fl-istrumenti mediċi, is-servizzi finanzjarji u l-loġistika. L-għotjiet biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-applikanti f’korsijiet ta’ taħriġ u għotjiet akkreditati biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal programmi tal-edukazzjoni għolja f’kulleġġi privati approvati kienu parti mill-pakkett ukoll.

L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta’ Dell kienet ta' siwi għal applikazzjonijiet sussegwenti għall-FEG mill-Irlanda.

4.5.        Reviżjoni ta’ wara l-2013

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-FEG, ir-Regolament sħiħ irid jiġi rivedut sal-31 ta’ Diċembru 2013, data li taħbat eżatt ma’ tmiem il-perjodu ta’ pprogrammar ta’ bejn l-2007 u l-2013. Fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Ewropa 2020"[9], ġie enfasizzat il-bżonn li jiġu indirizzati l-isfidi immedjati, bħan-nuqqasijiet fil-livelli ta’ ħiliet, ir-rendiment baxx tal-politika attiva dwar is-suq tax-xogħol u tas-sistemi edukattivi, l-esklużjoni soċjali ta’ gruppi marġinalizzati u l-mobilità baxxa tax-xogħol. Il-Kummissjoni tinsab ħerqana biex iżżomm il-FEG għaddej tul il-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss mill-2014 sal-2020, u tixtieq li matul dan il-perjodu jiġi pprovdut appoġġ speċifiku ta’ darba lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala konsegwenza ta’ bidliet strutturali kbar miġjuba mill-globalizzazzjoni li dejjem qiegħda tiżdied fil-mudelli ta’ produzzjoni u kummerċjali. L-UE għandha tkun kapaċi tipprovdi appoġġ anki fil-każ ta’ sensji fuq skala kbira li jirriżultaw minn tfixkil serju fl-ekonomiji lokali, reġjonali jew nazzjonali kkaġunati minn kriżi mhux mistennija. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG għandu jiġi estiż sabiex f’ċerti każijiet jipprovdi kumpens għall-konsegwenzi tal-ftehimiet tal-kummerċf’ċerti oqsma tal-agrikoltura.

Fl-ewwel nofs tal-2011, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet ma’ rappreżentanti tal-Istati Membri, il-korpi implimentattivi u l-imsieħba soċjali rigward l-irwol u l-potenzjal futur tal-FEG bħala strument ta’ solidarjetà. Dawn inkludew żewġ Konferenzi għall-Partijiet Interessati fil-25-26 ta’ Jannar 2011 u fit-8 ta’ Marzu 2011, rispettivament. F’Ottubru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta[10] sabiex il-FEG futur jieħu f’kunsiderazzjoni r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet politiċi li jkunu saru tul l-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-FEG (ara t-Taqsima 4.7.5).

F’Novembru u Diċembru 2011, il-proposta tal-Kummissjoni ġiet ippreżentata fil-livell tal-grupp ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Id-diskussjonijiet formali fil-kumitati relevanti tal-Parlament u tal-Kunsill huma ppjanati li jsiru fl-2012 u l-2013, bil-għan li r-Regolament il-ġdid ikun jista’ jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

4.6.        Rapport finanzjarju

4.6.1.     Fondi kkontribwiti mill-FEG

Matul l-2011, l-Awtorità tal-Baġit tat 22 kontribuzzjoni mill-FEG, għal total ta’ EUR 128 167 758, li jirrappreżentaw 25,6 % tal-ammont annwali massimu għad-dispożizzjoni (it-Tabella 2). Kull wieħed mit-22 pagament ġew mill-baġit tal-2011, għad li erbgħa tħallsu fil-bidu tal-2012.

Skont l-Artikolu 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006[11], li jistabbilixxi l-qafas baġitarju tal-FEG, il-FEG ma jistax jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 500 miljun, li jista’ jittieħed minn kwalunkwe marġni eżistenti taħt il-limitu massimu globali tan-nefqa tas-sena ta’ qabel, u/jew mill-approprjazzjonijiet għall-impenji kkanċellati mis-sentejn ta’ qabel, ħlief dawk taħt l-intestatura 1B tal-qafas finanzjarju. Barra minn hekk, l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-FEG jiddikjara li tal-inqas 25 % tal-ammont annwali massimu jrid ikun disponibbli fl-1 ta’ Settembru ta’ kull sena sabiex tiġi koperta kwalunkwe ħtieġa li tista’ tinqala’ sa tmiem is-sena.

L-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-fondi mogħtija fl-2011 ġew trasferiti mir-riżerva tal-FEG fl-intestatura tal-baġit tal-FEG. Fl-2011, l-approprjazzjonijiet għal pagamenti ttieħdu minn sorsi differenti mill-imgħoddi, sabiex jiġi evitat kemm jista’ jkun l-użu ta’ fondi tal-FSE. Fil-bidu tas-sena, ammont ta’ EUR 47 608 950 (inklużi EUR 610 000 għall-assistenza teknika mill-FEG) ġie kkreditat għall-intestatura tal-baġit tal-FEG. Ammont ieħor ta’ EUR 50 000 000 żdied permezz ta’ baġit emendatorju. Matul it-trasferiment globali, ġew identifikati u ttrasferiti EUR 5 460 495 lejn il-FEG. Finalment, EUR 29 650 344 ġew ittrasferiti minn intestatura tal-FSE.

Il-pagamenti li saru għall-2011 (EUR 128 167 758) kienu 54,1 % ogħla minn dawk għall-2010 (EUR 83 171 941 għal 30 kontribuzzjoni mogħtija7).

4.6.2.     Nefqa għal assistenza teknika

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, sa 0,35 % mir-riżorsi finanzjarji disponibbli għas-sena (massimu ta’ EUR 1,75 miljun) jistgħu jintużaw fil-forma ta’ assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal attivitajiet bħal appoġġ informattiv, amministrattiv u tekniku, u attivitajiet ta’ monitoraġġ, awditjar, kontroll u evalwazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat ir-Regolament tal-FEG. Fl-2011, tqiegħed għad-dispożizzjoni ammont ta’ EUR 610 000 għal assistenza teknika[12] dwar l-attivitajiet elenkati fit-Tabella 5. Il-EUR 1 140 000 li kien jifdal potenzjalment disponibbli għal assistenza teknika matul is-sena ma ntużax.

Id-differenza ewlenija bejn l-ammont ibbaġitjat u n-nefqa attwali żdied fil-kategorija tal-Informazzjoni, fejn il-kontribuzzjoni meħtieġa mill-FEG għal pubblikazzjonijiet ġenerali dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali b’relevanza għall-FEG kienu ferm inqas minn dawk mistennija.

Tabella 5 — Nefqa għal assistenza teknika 2011

Deskrizzjoni || Ammont ibbaġittjat EUR || Ammont attwali EUR

Informazzjoni (eż. aġġornament/espansjoni tal-websajt tal-FEG bil-lingwi kollha tal-UE, pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi) || 250 000 || 74 685,24

Appoġġ amministrattiv u tekniku - Laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG - Seminars fuq l-implimentazzjoni tal-FEG (seminars tal-2012 għall-iskambju informazzjoni u esperjenzi dwar il-baġit tal-2011) || 70 000 200 000 ||  61 404,21 268 595,79

Monitoraġġ (it-tieni Ħarsa Ġenerali Statistika tal-FEG 2007-2011) || 20 000 || 19 883,00

Ħolqien ta’ bażi tal-għarfien (iddisinjar ta’ formola elettronika għal applikazzjonijiet) || 70 000 || 59 300,00

Awditjar, kontroll, evalwazzjoni: Fl-2011, ma ntużaw ebda kontribuzzjonijiet għal dawn li-kategoriji (l-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-FEG, kif meħtieġ mill-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, diġà kienet ingħatat bħala kuntratt estern fl-2010; u l-awditjar li twettaq fl-2011 kien iffinanzjat minn sorsi oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea)

Total || 610 000 || 483 868,24

4.6.3.     Irregolaritajiet irrapportati jew magħluqa

Ma kien hemm ebda irregolarità rrapportata lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-FEG fl-2011.

Ma kien hemm ebda irregolarità magħluqa fl-2011 skont ir-Regolament tal-FEG.

4.6.4.     Stralċ ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-FEG jistabbilixxi l-proċeduri għall-istralċ ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG. Fl-2011, ġew stralċati t-tielet serje ta’ kontribuzzjonijiet tal-FEG sa mit-twaqqif tal-Fond. Dawn kienu l-ħames każijiet murija hawn taħt, li ġew implimentati fis-snin sal-2010 (perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 12-il xahar mid-data ta’ applikazzjoni u kofinanzjament ta’ 50 % mill-FEG).

Tabella 6 — Każijiet stralċati fl-2011

L-implimentazzjoni tal-baġit varjat bejn 4,7 % u 29,6 %. L-ammont totali ta’ fondi li ma ntefqux li kellhom jintraddu lura lill-Kummissjoni għal dawn il-ħames każijiet kien ta’ EUR 27 639 447.

Hemm bosta raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma użawx l-ammonti sħaħ li ngħatawlhom. Filwaqt li l-Istati Membri kienu mħeġġa jagħmlu stimi realistiċi tal-baġit għall-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, jista’ jkun hemm nuqqas ta’ ppjanar preċiż u informat. Jista’ jkun li ġie inkluż marġni ta’ sikurezza għoli wisq fil-kalkoli inizjali li finalment ma kienx meħtieġ. In-numru ta’ ħaddiema li xtaqu jieħdu sehem fil-miżuri proposti seta’ kien stmat b'mod eċċessiv fil-fażi ta’ ppjanar, uħud mill-ħaddiema setgħu għażlu miżuri li jiswew inqas minflok dawk li kienu l-iktar għoljin jew miżuri fil-qosor minflok oħrajn fit-tul, jew forsi sabu xogħlijiet ġodda qabel dak li kien mistenni. Raġunijiet oħrajn għall-infiq baxx setgħu kienu dewmien fit-tnedija tal-miżuri u nuqqas ta’ użu tal-flessibilità tal-allokazzjoni mill-ġdid tal-ammonti ta’ finanzjamenti bejn elementi differenti tal-baġit matul l-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati.

Meta jitqabblu l-40 rapport finali disponibbli sa Lulju 2012 (każijiet li ngħalqu u każijiet li għadhom qed jingħalqu), joħroġ biċ-ċar li matul il-fażi inizjali tal-Fond (meta l-perjodu ta' implimentazzjoni kien ta' 12-il xahar biss) l-Istati Membri kellhom xi problemi biex jonfqu l-fondi allokati fil-perjodu ta' żmien li kien ingħatalhom. Ir-rapporti finali li waslu minn tmiem l-2011 'il quddiem jirrigwardaw każijiet b'perjodu ta' implimentazzjoni itwal (24 xahar mid-data tal-applikazzjoni) u indikaw li l-Istati Membri kienu bdew jippjanaw il-baġits tagħhom b'mod aktar realistiku, bdew jagħtu bidu għall-miżuri qabel, u bdew jibbaġitjaw il-miżuri mill-ġdid skont kif ikun meħtieġ matul l-implimentazzjoni. Għaldaqstant, ir-rata ġenerali ta' rkupru kienet qiegħda tonqos u l-fondi tal-FEG qed jintefqu kif pjanat. Il-Kummissjoni kienet qiegħda tgħin lill-Istati Membri permezz ta' tagħrif regolari u seminars speċifiċi biex il-fond ikun ġestit bl-aqwa mod. Dan fisser li r-rata ta' rkupru għolja ta' 'l fuq minn 60 % għall-każijiet fl-2007 naqqset bin-nofs għal madwar 30 % fl-2008 u hemm x'juri li dan il-livell se jinżamm għall-każijiet tal-2009. L-ewwel rapport finali għal każ ippreżentat fl-2010 juri rata ta' rkupru ta' inqas minn 10 %

L-ibbaġittjar tal-miżuri u t-tbassir tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema mill-Istati Membri huma mistennija jitjiebu bl-esperjenza, u l-Istati Membri diġà qegħdin jabbozzaw u jippreżentaw l-applikazzjonijiet għall-FEG b’effiċjenza ikbar meta mqabbla mas-snin tal-bidu. Qed jitjiebu wkoll iż-żmien meta jasal il-finanzjament tal-FEG fil-lokalità, il-kapaċitajiet tal-bosta strutturi ta’ koordinazzjoni u implimentazzjoni u l-kwalità tal-komunikazzjoni bejn il-livelli nazzjonali u l-livelli reġjonali/lokali. L-Istati Membri qegħdin jagħmlu wkoll użu aħjar mill-possibilità li jirrevedu l-baġits tagħhom u jallokaw mill-ġdid in-nefqa bejn il-bosta miżuri u/jew nefqa ta’ implimentazzjoni. Fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE, saru, u qegħdin isiru, sforzi kbar biex jitħaffu l-proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-pagament tal-fondi tal-FEG, biex iż-żmien u l-fondi pprovduti jkunu jistgħu jintużaw bl-aħjar mod possibbli. F’Marzu 2012, ġie organizzat seminar speċifiku mill-Kummissjoni għar-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu indirizzati bosta kwistjonijiet relatati maż-żmien u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-Fond.

4.6.5.     Rimborżi oħrajn

Minbarra l-ammonti mroddija lura murija fit-Tabella 6, kontribuzzjoni waħda tal-FEG mogħtija fl-2010 ġiet rimborżata lill-Kummissjoni kollha kemm hi: EUR 382 200 għall-applikazzjoni EGF/2010/023 (Lear), li ġiet irtirata mill-awtoritajiet Spanjoli fl-2011.

4.7.        Attivitajiet ta’ assistenza teknika mwettqa mill-Kummissjoni

4.7.1.     Informazzjoni u reklamar

Websajt fuq l-internet

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jitlob lill-Kummissjoni sabiex "twaqqaf sit tal-internet li jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-Komunità, liema sit għandu jipprovdi tagħrif dwar l-EGF, gwida dwar it-tfigħ tal-applikazzjonijiet, u tagħrif aġġornat dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda, filwaqt li jenfasizzaw l-irwol tal-awtorità baġitarja".

B’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9, is-sit tal-internet tal-FEG (http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=326&langId=mt) stabbilit mill-Kummissjoni huwa disponibbli f’kull waħda mit-23 lingwa tal-UE, inkluż l-Irlandiż. Il-websajt tal-FEG irreġistrat 284 181 paġna kkonsultati minn 37 384 viżitatur fl-2011.

Azzjonijiet promozzjonali mwettqa fl-2011

Il-Kummissjoni fasslet pubblikazzjoni, bl-għajnuna ta’ ġurnalisti, intitolata "Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-Azzjoni — Stejjer dwar opportunitajiet maħluqa mill-FEG". Dan il-fuljett, disponibbli minn fuq il-websajt tal-FEG, jiddeskrivi l-impatt ta’ azzjonijiet konkreti tal-FEG f’ħames Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja, Spanja, il-Finlandja, il-Litwanja u l-Portugall) u ċ-ċirkostanzi li sawwru l-azzjonijiet speċifiċi. F’kull każ, il-ħaddiema individwali li kienu ngħataw is-sensja u li mbagħad ibbenefikaw mill-appoġġ mill-FEG jitkellmu dwar l-istejjer personali tagħhom. Ix-xhieda impressjonanti juru kif il-FEG għen lil dawn il-ħaddiema sabiex itejbu s-sitwazzjonijiet personali tagħhom fi żmien diffiċli f’ħajjithom. Il-ħames każijiet kienu: EGF/2007/004 FI/Perlos, EGF/2008/003 LT/Alytaus Tekstilė, EGF/2008/004 ES/ Castilla y León & Aragón, EGF/2009/001 PT/Norte-Centro u EGF/2009/002 DE/Nokia.

EuroBarometer

L-edizzjoni speċjali tal-EuroBarometer dwar il-"Politika soċjali u tal-impjiegi Ewropea" ("European employment and social policy", EBS 377[13]) ta’ Settembru-Ottubru 2011 tinkludi mistoqsija dwar il-FEG li diġà saret f'Servejs preċedenti tal-EuroBarometer (Ottubru 2008 u Ġunju 2009) biex jiġu ssorveljati l-bidliet fl-għarfien dwar il-Fond.

L-għażla ta’ tweġibiet għall-mistoqsija "Ġieli smajt jew qrajt dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li huwa fond li jgħin lill-vittmi tal-globalizzazzjoni?" kienet kif ġej:

"Iva, u jien midħla sew tiegħu", jew

"Iva, imma m’inix midħla sew tiegħu", jew

"Le, qatt ma smajt jew qrajt dwaru".

Ir-riżultati tal-2011 juru żieda żgħira fl-għarfien dwar il-Fond meta mqabbel mar-riżultati tal-2009: madwar l-UE, 32 % ta’ dawk li wieġbu kienu semgħu bil-FEG, u 6 % minnhom iddikjaraw li kienu "midħla sew" tiegħu. Tmienja u sittin fil-mija ta’ dawk li saritilhom il-mistoqsija wieġbu li qatt ma semgħu bil-FEG — dan is-sehem għadu għoli għad li mar għall-aħjar bi 2 % meta mqabbel mal-istħarriġ ta’ qablu.

4.7.2.     Laqgħat mal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati tal-FEG

Is-seba’ u t-tmien laqgħat tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li huma r-rappreżentanti tal-FEG fl-Istati Membri, saru fid-9 ta’ Marzu 2011 u fl-20 ta’ Ottubru 2011 fi Brussell. Parti minn kull laqgħa kienet iddedikata għad-diskussjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi estiża d-"deroga għall-kriżi" wara t-30 ta’ Diċembru 20114 u r-reviżjoni tar-Regolament attwali tal-FEG, bil-proposta tal-Kummissjoni għall-issokktar tiegħu matul il-perjodu bejn l-2014 u l-202010.

Fil-25-26 ta’ Jannar 2011 u fit-8 ta’ Marzu 2011, saru żewġ Konferenzi għall-Partijiet Interessati fi Brussell biex jiġi diskuss il-ġejjieni tal-FEG (wara l-2011 u l-2013). Dawn ġew iffinanzjati mill-baġit għall-assistenza teknika tal-2010 (l-Art. 8(1) tar-Regolament tal-FEG).

Is-Seminar tal-awdituri tal-FEG (iffinanzjat mill-baġit għall-assistenza teknika tal-2010) sar fis-7 ta’ April 2011 fi Brussell.

4.7.3.     Iddisinjar ta’ formola elettronika għal applikazzjonijiet

Wara sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni tat il-kuntratt għall-iddisinjar ta' formola elettronika ta’ applikazzjoni tal-FEG lil kumpanija esterna. L-iskop tal-formola l-ġdida kien li jitnaqqas iż-żmien li jgħaddi bejn meta titħejja l-applikazzjoni minn Stat Membru sal-adozzjoni tal-Proposta ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.7.4.     It-tieni Ħarsa Ġenerali Statistika tal-EGF 2007-2011

Wara sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni tat il-kuntratt għall-ħolqien tat-tieni Ħarsa Ġenerali Statistika tal-FEG 2007-2011 lil kumpanija esterna. Il-Ħarsa Ġenerali għandha tiġi ppubblikata fl-ewwel nofs tal-2012.

4.7.5.     Evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-FEG

Kif mitlub mill-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu dwar l-effikaċja u s-sostenibilità tar-riżultati miksuba mill-FEG, li ngħataw b’kuntratt lil esperti esterni. Ir-rapport finali tal-evalwazzjoni ġie ppreżentat fi tmiem l-2011 u huwa disponibbli fuq il-websajt tal-FEG (http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=326&langId=mt).

L-evalwazzjoni twettqet fil-livell tal-istrument innifsu, u fil-livell tal-każijiet u l-miżuri individwali tal-FEG. L-analiżi tal-effetti fit-tul tal-appoġġ tal-FEG ikkunsidrat l-individwi appoġġati u l-impjegaturi u l-komunitajiet lokali. Ġew analizzati 15-il każ tal-FEG fi tmiem Stati Membri (il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Litwanja, Malta, il-Portugall u Spanja). Dawn ġew implimentati skont ir-regoli oriġinali tal-FEG (li applikaw mill-2007 sa tmiem April 2009), jiġifieri livell limitu ta’ 1 000 sensja, 12-il xahar ta’ implimentazzjoni, rata ta’ kofinanzjament ta’ 50 %. Il-15-il każ evalwati huma dawk li għalihom ġew ippreżentati r-rapporti finali mill-Istati Membri bejn l-2008 u l-2010 u li mbagħad ġew stralċati[14]:

|| Sena tal-istralċ

Nru || SM || Każ ||

EGF/2007/001 || FR || Peugeot || 2009

EGF/2007/003 || DE || BenQ || 2009

EGF/2007/004 || FI || Perlos || 2009

EGF/2007/005 || IT || Sardegna || 2011

EGF/2007/006 || IT || Piemonte || 2010

EGF/2007/007 || IT || Lombardia || 2011

EGF/2007/008 || MT || Tessuti || 2009

EGF/2007/010 || PT || Lisboa-Alentejo || 2010

EGF/2008/001 || IT || Toscana || 2011

EGF/2008/002 || ES || Delphi || 2010

EGF/2008/003 || LT || Alytaus tekstilė || 2010

EGF/2008/004 || ES || Castilla Leon || 2010

EGF/2008/005 || ES || Catalonia || 2011

EGF/2009/001 || PT || North/Centre || 2011

EGF/2009/002 || DE || Nokia || 2010

Is-sejbiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu huma pożittivi minħabba li l-provi miġbura juru li l-FEG iżid il-valur mal-azzjonijiet tal-Istati Membri. Wara 12-il xahar ta’ appoġġ mill-FEG, 42 % tal-ħaddiema fil-mira sabu xogħol ġdid, b’rati ta’ integrazzjoni mill-ġdid li jkomplu jiżdiedu fuq perjodu ta' żmien medju. Dan huwa riżultat partikolarment tajjeb meta wieħed iqis li ħafna mill-ħaddiema appoġġati huma fost dawk li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol li huwa iktar diffiċli tgħinhom. Il-FEG jgħin lis-Servizzi tal-Impjiegi Pubbliċi fl-Istati Membri biex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkaġunati minn sensji fuq skala kbira, filwaqt li jimxi id f’id mal-isforzi nazzjonali eżistenti kif ukoll mal-assistenza mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Dan kien saħansitra iktar importanti billi ħafna mill-każijiet tal-FEG kienu relatati ma’ sensji tal-massa f’reġjuni u lokalitajiet li diġà huma żvantaġġati — meta mqabbla mal-medja nazzjonali rispettiva — f’termini ta’ qgħad, opportunitajiet tax-xogħol u dinamiżmu ekonomiku. Il-FEG jippermetti lill-Istati Membri sabiex joffru appoġġ iktar personalizzat lil numru ikbar ta’ ħaddiema, fuq perjodu itwal ta’ żmien minn dak mogħti fl-iskemi standard tagħhom u huwa mfassal aħjar għall-profil u l-bżonn ta’ kull ħaddiem individwali. Permezz ta’ miżuri mmirati b’mod speċifiku, l-opportunitajiet tax-xogħol offruti mis-swieq tax-xogħol lokali jistgħu jitqabblu mal-profili tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja li jirċievu assistenza mill-FEG. L-implimentazzjoni tal-FEG trawwem ukoll komunikazzjoni tajba bejn il-korpi nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri.

5.           Xejriet

Bin-numru li qiegħed jiżdied ta’ każijiet tal-FEG, hemm iktar dejta għad-dispożizzjoni biex jiġu identifikati xejriet fl-applikazzjonijiet u sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali lejn id-direzzjoni tal-attivitajiet tal-Fond. Id-dejta li tinstab fil-graffs ta’ hawn taħt u fl-Anness hija relatati mas-97 applikazzjoni fi 32 settur ekonomiku riċevuti bejn Jannar 2007 u Diċembru 2011. Figuri iktar dettaljati sejrin jiġu ppreżentati fit-tieni Ħarsa Ġenerali Statistika tal-FEG, 2007-2011, li għandha tiġi ppubblikata fl-ewwel nofs tal-2012.

Graff 1: Numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti, 2007-2011

|| 2007 || 2008 || 2009 || 2010 || 2011 || Total

relatati mal-kriżi || ------- || ------ || 23 || 23 || 20 || 66

relatati mal-kummerċ || 8 || 5 || 6 || 6 || 6 || 31

Total || 8 || 5 || 29 || 29 || 26 || 97

% mit-total || 8,2 % || 5,2 % || 29,9 % || 29,9 % || 26,8 % || 100,0 %

L-emenda tal-2009 tar-Regolament tal-FEG bil-modifiki temporanji u permanenti tagħha ħalliet impatt viżibbli fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet li rċiviet il-Kummissjoni Ewropea, li wrew żieda notevoli fl-applikazzjonijiet minn Mejju 2009 ’l quddiem. Tul il-perjodu kollu bejn l-2007 u l-2011, kien hemm 31 applikazzjoni relatati mal-kummerċ u 66 applikazzjoni relatati mal-kriżi. Madwar 80 % tal-applikazzjonijiet riċevuti minn Mejju 2009 (meta beda japplika r-Regolament emendat tal-FEG) kienu relatati mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

Kif muri fl-Anness 2, il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja huma l-Istati Membri li ppreżentaw l-ikbar numru ta’ applikazzjonijiet għal finanzjament mill-FEG (16-il applikazzjoni kull wieħed), segwiti mill-Italja (12-il applikazzjoni) u mid-Danimarka (tmien applikazzjonijiet). Seba’ Stati Membri għadhom ma applikawx għal appoġġ mill-FEG sal-31.12.2011: l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

Graff 2: Ammonti mitluba mill-FEG imqassma skont kull Stat Membru, 2007-2011

miljun EUR

Tul il-perjodu kollu bejn l-2007 u l-2011, intalab ammont totali ta’ EUR 414.9 miljuni mill-FEG minn 20 Stat Membru. L-Italja talbet l-ikbar ammont ta’ kofinanzjament mill-FEG (EUR 66,2 miljun/12-il applikazzjoni) segwita mill-Irlanda (EUR 60,6 miljun/ sitt applikazzjonijiet) u mid-Danimarka (EUR 49, 9 miljun/tmien applikazzjonijiet). L-ammonti li għadhom mhumiex approvati huma indikattivi, hekk kif għadhom jistgħu jinbidlu matul il-fażi ta’ valutazzjoni.         

Graff 3: Numru ta’ ħaddiema fil-mira mqassma skont l-Istati Membri, 2007-2011

L-Italja hija l-Istati Membru li talbet assistenza mill-FEG għall-ikbar numru ta’ ħaddiema mogħtija s-sensja (13 910/12-il applikazzjoni), segwita minn Spanja (12 806/16-il applikazzjoni) u l-Irlanda (9 835/sitt applikazzjonijiet). Fi 11-il pajjiż ieħor, in-numru jvarja minn ftit iktar minn 8 000 fil-Ġermanja sa ftit iktar minn 1 400 fir-Rumanija. F’kull wieħed mis-sitt Stati Membri li jifdal li ppreżentaw applikazzjonijiet, in-numru ta’ ħaddiema involuti kien inqas minn 1 000.

Graff 4: Numru ta’ applikazzjonijiet imqassma skont kull settur (NACE Rev. 2), 2007-2011

Matul il-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2011, il-FEG irċieva applikazzjonijiet għal total ta’ 32 settur ta’ attività (ara l-Anness 1). Il-parti l-kbira tagħhom involvew l-industriji tal-manifattura, iżda inkludew ukoll il-kostruzzjoni u s-servizzi. Erba’ setturi tal-manifattura kienu responsabbli għall-ikbar numru ta’ applikazzjonijiet: l-industrija awtomobilistika (14-il applikazzjoni jew 14,4 % tat-total), segwiti mis-settur tat-tessuti (10 applikazzjonijiet jew 10,3 % tat-total), l-industrija tal-istampar, u s-settur tal-makkinarji u t-tagħmir (9 u 8 applikazzjonijiet rispettivament jew 8-9 % kull wieħed). Madwar 10 % (10 applikazzjonijiet) ġew mill-industrija tal-kostruzzjoni definita b’mod wiesa’, li tkopri l-kostruzzjoni ta’ bini, attivitajiet ta’ kostruzzjoni speċjalizzata u attivitajiet arkittetoniċi u tal-inġinerija (dan jitla’ għal 14-il applikazzjoni jew madwar 14 % li kieku jiġu inklużi setturi anċillari bħal dak tax-xogħol fuq l-injam/mastrudaxxi u ċ-ċeramika). Għal kważi nofs is-setturi, il-FEG irċieva applikazzjoni waħda.

Graff 5: Numru ta’ ħaddiema fil-mira mqassma skont is-setturi (NACE Rev. 2), 2007-2011

Is-setturi kkonċernati huma l-ewwel u qabel kollox is-settur awtomobilistiku, b’iktar minn 19 000 ħaddiem fil-mira (21,7 % tat-total fl-applikazzjonijiet ippreżentati), segwit mis-settur tat-tessuti (iktar minn 11 000 ħaddiem fil-mira jew 12,6 % tat-total fl-applikazzjonijiet ippreżentati) u s-settur tal-kostruzzjoni ta’ bini (madwar 7 000 ħaddiem fil-mira jew 7,8 % tat-total fl-applikazzjonijiet ippreżentati).

Graff 6: Ammont medju tal-FEG mitlub għal kull ħaddiem fil-mira mqassma skont l-Istati Membri, 2007‑2011

EUR || Medja

Il-Graff 6 turi l-appoġġ medju tal-FEG għal kull ħaddiem fil-mira. L-appoġġ mill-FEG għal kull ħaddiem kien l-ikbar fl-Awstrija u d-Danimarka b’madwar EUR 15 000 u EUR 10 000, rispettivament. Min-naħa l-oħra, fil-Litwanja, is-Slovenja u r-Repubblika Ċeka, l-appoġġ mitlub kien inqas minn EUR 1 000 għal kull ħaddiem.

6.           Konklużjoni

Ix-xejriet evidenti sa issa juru li l-applikazzjonijiet għall-FEG ġew ippreżentati f’numru dejjem ikbar ta’ setturi, u minn numru dejjem ikbar ta’ Stati Membri. Barra minn hekk, l-Istati Membri kisbu esperjenza fl-għażla tal-iktar miżuri xierqa, fl-ipprogrammar tal-assistenza tagħhom għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’mod effiċjenti, u fl-użu tal-FEG biex jippruvaw approċċi ġodda. Qegħdin jagħmlu wkoll użu dejjem ikbar mill-possibilità li jallokaw mill-ġdid il-fondi bejn il-miżuri matul l-implimentazzjoni tal-proġetti sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-fondi disponibbli.

Il-fatt li d-‘deroga għall-kriżi’ temporanja tal-FEG ma ġietx estiża lil hinn minn tmiem l-2011 (naqset milli tikseb maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill hekk kif tmien pajjiżi vvutaw kontra) illimita l-possibiltajiet ta’ assistenza mill-UE għall-ħaddiema li għadhom milquta sew mill-kriżi ekonomika u finanzjarja.

Mill-2012 sa tmiem il-perjodu ta’ pprogrammar attwali (tmiem l-2013), il-bidliet permanenti fir-Regolament emendat (il-livell limitu tnaqqas għal 500 sensja, il-perjodu ta’ implimentazzjoni żdied għal 24 xahar mid-data ta’ applikazzjoni) sejrin ikomplu japplikaw, u b’hekk sejrin jiffaċilitaw l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri relatati mas-sensji bħala konsegwenza ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummeċjali globali. Jekk jiġi żviluppat il-potenzjal sħiħ tal-FEG, flimkien ma’ strumenti disponibbli oħrajn u b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin, il-ħaddiema li ngħataw is-sensja u li jkunu eliġibbli għall-appoġġ mill-FEG jistgħu jiġu megħjuna b’mod personalizzat u b'mod li hu mfassal eżatt għalihom, u b’hekk jitjiebu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul hekk kif gradwalment is-swieq jirkupraw mill-kriżi.

Anness 1 — Applikazzjonijiet għall-FEG imqassma skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi sal-31 ta’ Diċembru 2011 (97 applikazzjoni)

Settur awtomobilistiku (NACE: Manifattura ta’ vetturi, karri u semitrejlers, diviżjoni 29)

Nru || SM || Każ

EGF/2007/001 || FR || Peugeot

EGF/2007/010 || PT || Lisboa-Alentejo

EGF/2008/002 || ES || Delphi

EGF/2008/004 || ES || Castilla Leon

EGF/2009/007 || SE || Volvo

EGF/2009/009 || AT || Steiermark

EGF/2009/013 || DE || Karmann

EGF/2009/019 || FR || Renault

EGF/2010/002 || ES || Cataluña

EGF/2010/004 || PL || Wielkopolskie

EGF/2010/015 || FR || Peugeot

EGF/2010/031 || BE || General Motors Belġju

EGF/2011/003 || DE || Arnsberg-Düsseldorf

EGF/2011/005 || PT || Norte-Centro

Tessuti (NACE: Manifattura ta’ tessuti, diviżjoni 13)

Nru || SM || Każ

EGF/2007/005 || IT || Sardegna

EGF/2007/006 || IT || Piemonte

EGF/2007/007 || IT || Lombardia

EGF/2008/001 || IT || Toscana

EGF/2008/003 || LT || Alytaus tekstilė

EGF/2008/005 || ES || Catalonia

EGF/2009/001 || PT || North/Centre

EGF/2009/004 || BE || Oost-West Vlaanderen

EGF/2009/005 || BE || Limburg

EGF/2010/009 || ES || Valencia

Ilbies (NACE: Manifattura ta’ lbies, diviżjoni 14)

Nru || SM || Każ

EGF/2007/008 || MT || Tessuti

EGF/2009/018 || LT || Oġġetti li jintlibsu

EGF/2010/003 || ES || Galicia

EGF/2010/014 || SI || Mura

Industrija tal-istampar (NACE: Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata, diviżjoni 18)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/026 || NL || Noord Holland u Utrecht

EGF/2009/027 || NL || Noord Brabant u Zuid Holland

EGF/2009/028 || NL || Limburg

EGF/2009/029 || NL || Gelderland u Overijssel

EGF/2009/030 || NL || Drenthe

EGF/2010/027 || NL || N Brabant Div 18

EGF/2010/028 || NL || Overijssel Div 18

EGF/2010/029 || NL || Z Holland/Utrecht Div 18

EGF/2010/030 || NL || N Holland/Flevoland Div 18

Makkinarju u tagħmir (NACE: Makkinarju u tagħmir mhux ikklassifikati band'oħra, diviżjoni 28)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/015 || DK || Danfoss Group

EGF/2009/031 || DK || Linak

EGF/2010/001 || DK || Nordjylland

EGF/2010/006 || PL || H.Cegielski-Poznań

EGF/2010/013 || PL || Podkarpackie

EGF/2010/017 || DK || Makkinarju ta' Midtjylland

EGF/2010/018 || DE || Heidelberger Druckmaschinen

EGF/2010/022 || DK || LM Glasfiber

Kostruzzjoni ta’ bini (NACE: Kostruzzjoni ta’ bini, diviżjoni 41)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/011 || NL || Heijmans

EGF/2009/017 || LT || Kostruzzjoni

EGF/2010/019 || IE || Kostruzzjoni 41

EGF/2011/002 || IT || Trentino Alto Adige

EGF/2011/006 || ES || Valencia

EGF/2011/009 || NL || Gelderland

EGF/2011/017 || ES || Aragon

Attivitajiet ta’ kostruzzjoni speċjalizzata (NACE: Attivitajiet ta’ kostruzzjoni speċjalizzata, diviżjoni 43)

Nru || SM || Każ

EGF/2010/020 || IE || Kostruzzjoni 43

EGF/2011/012 || NL || Noord Brabant-Zuid Holland

Attivitajiet arkitettoniċi u tal-inġinerija (NACE: Attivitajiet arkitettoniċi u tal-inġinerija; ittestjar u analiżi tekniċi, diviżjoni 71)

Nru || SM || Każ

EGF/2010/021 || IE || Kostruzzjoni 71

Tagħmir elettroniku (NACE: Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, diviżjoni 26)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/023 || PT || Qimonda

EGF/2010/008 || AT || AT&S

EGF/2010/011 || NL || NXP Semiconductors

EGF/2011/013 || DK || Flextronics

EGF/2011/025 || IT || Lombardia

Telefons ċellulari (NACE: Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, diviżjoni 26)

Nru || SM || Każ

EGF/2007/003 || DE || BenQ

EGF/2007/004 || FI || Perlos

EGF/2009/002 || DE || Nokia

EGF/2011/014 || RO || Nokia

Kompjuters (NACE: Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, diviżjoni 26)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/008 || IE || Dell

Metalli bażiċi (NACE: Manifattura ta’ metalli bażiċi, diviżjoni 24)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/022 || BG || Kremikovtsi AD (mhux eleġibbli)

EGF/2010/007 || AT || Steiermark-Niederösterreich

EGF/2011/021 || NL || Zalco

Tagħmir domestiku ( NACE: Manifattura ta’ tagħmir elettriku, diviżjoni 27)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/006 || IT || Gruppo Merloni

EGF/2009/010 || LT || AB Snaige

EGF/2011/023 || IT || Antonio Merloni

Kummerċ fil-livell tal-konsumaturi (NACE: Kummerċ fil-livell tal-konsumaturi, minbarra vetturi u muturi, diviżjoni 47)

Nru || SM || Każ

EGF/2010/010 || CZ || Unilever

EGF/2010/016 || ES || Aragon

EGF/2011/004 || EL || Aldi Hellas

Ħidma ta’ mastrudaxxi u xogħol bl-injam (NACE: Manifattura ta’ injam u prodotti tal-injam u sufra, minbarra għamara, diviżjoni 16)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/020 || ES || Castilla La Mancha

EGF/2011/022 || ES || Castilla y León-Castilla-La Mancha

Tarzna (NACE: Manifattura ta’ tagħmir ieħor għat-trasport, diviżjoni 30)

Nru || SM || Każ

EGF/2010/025 || DK || Tarzna tal-Azzar ta' Odense

EGF/2011/008 || DK || Tarzna tal-Azzar ta' Odense

Muturi (NACE: Manifattura ta’ tagħmir ieħor għat-trasport, diviżjoni 30)

Nru || SM || Każ

EGF/2011/026 || IT || Emilia Romagna

Industrija ta’ ħdim tal-metall (NACE: Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikati, ħlief makkinarju u tagħmir, diviżjoni 25)

Nru || SM || Każ

EGF/2011/018 || ES || País Vasco

EGF/2011/019 || ES || Galicia

Manifattura ta’ żraben (NACE: Manifattura ta’ prodotti tal-ġilda u oħrajn relatati, diviżjoni 15)

Nru || SM || Każ

EGF/2010/026 || PT || Rohde

EGF/2011/020 || ES || Valencia

Kummerċ tal-operaturi (NACE: Kummerċ tal-operaturi, diviżjoni 46)

Nru || SM || Każ

EGF/2010/012 || NL || Noord Holland ICT

Manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru (NACE: Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarji u tagħmir, diviżjoni 33)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/021 || IE || SR Technics

Pubblikazzjoni (NACE: Attivitajiet ta’ pubblikazzjoni, diviżjoni 58)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/024 || NL || Noord Holland u Zuid Holland

Għamara (NACE: Manifattura ta’ għamara, diviżjoni 31)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/016 || LT || Għamara

Ċeramika (NACE: Manifattura ta’ prodotti minerali oħrajn mhux metalliċi, diviżjoni 23)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/014 || ES || Valencia

EGF/2011/007 || IT || Lazio

Ħġieġ tal-kristall (NACE: Manifattura ta’ prodotti minerali oħrajn mhux metalliċi, diviżjoni 23)

Nru || SM || Każ

EGF/2009/012 || IE || Waterford Crystal

Ġebel/Irħam (NACE: Manifattura ta’ prodotti minerali oħrajn mhux metalliċi, diviżjoni 23)

Nru || SM || Każ

EGF/2010/005 || ES || Valencia

Trasport tat-triq (NACE: Trasport fuq l-art u trasport permezz tal-pipelines, diviżjoni 49)

Nru || SM || Każ

EGF/2011/001 || AT || Nieder- und Oberösterreich

Prodotti tat-tabakk (NACE: Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk, diviżjoni 12)

Nru || SM || Każ

EGF/2011/010 || AT || Austria Tabak

Attivitajiet ta’ ħidma soċjali (NACE: Attivitajiet ta’ ħidma soċjali mingħajr akkomodazzjoni, diviżjoni 88)

Nru || SM || Każ

EGF/2011/011 || AT || Soziale Dienstleistungen

Prodotti farmaċewtiċi (NACE: Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi, diviżjoni 21)

Nru || SM || Każ

EGF/2011/015 || SE || AstraZeneca

Servizzi tal-ICT (NACE: Programmar bil-kompjuters, konsulenza u attivitajiet relatati, diviżjoni 62)

Nru || SM || Każ

EGF/2011/016 || ES || Agile

Irfigħ f’imħażen u ħżin (NACE: Attivitajiet ta’ rfigħ f’imħażen u ta’ appoġġ għat-trasport, diviżjoni 52)

Nru || SM || Każ

EGF/2011/24 || IT || Medcenter

|| ||

numru totali ta’ applikazzjonijiet: 97 numru totali ta’ setturi industrijali: 32 fil-lista ta’ hawn fuq, it-tmien subsetturi tan-NACE li ġejjin jitqiesu setturi separati: kompjuters, telefowns ċellulari, tagħmir elettroniku (Nace 26) tarzna, muturi (Nace 30) ċeramika, ħġieġ tal-kristall, ġebel/irħam (Nace 23) *) is-sitt każijiet li ġejjin ġew irtirati mill-Istati Membri (sal-31/12/2011) u mhumiex inklużi fil-lista: EGF/2007/002     FR       Renault            (irtirat f’Lulju 2009) EGF/2007/009     ES        Delphi  (irtirat fl-2007) EGF/2009/003     AT       Magna Steyr    (irtirat fl-2009) EGF/2009/025     NL       Noord Brabant            (irtirat f’April 2010) EGF/2010/023     ES        Lear     (irtirat f’Lulju 2011) EGF/2010/024     NL       ABN Amrobank           (irtirat f’Marzu 2011)

Anness 2 — Ħarsa ġenerali lejn l-applikazzjonijiet tal-FEG sal-31 ta’ Diċembru 2011 imqassmin skont l-Istati Membri u t-Tip ta’ Applikazzjoni (kriterji tal-Artikolu 1)

1)         It-Tabella tirreferletti l-modifiki tal-31.12.2011.

2)         Deroga temporanja li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EG għall-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u li żżid ir-rata ta’ kofinanzjament tal-FEG għal 65 % tal-ispejjeż totali applikati għall-applikazzjonijiet kollha li daħlu mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta’ Diċembru 2011 (Regolament (KE) Nru 546/2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 167, 29.06.2009).

3)         Waħda mill-applikazzjonijiet ippreżentati (EGF/2009/022 BG/Kremikovtsi) ma kinitx eliġibbli (SEC(2010) 993 finali tat-30.8.2010).

4)         Is-sitt każijiet irtirati mill-Istati Membri applikanti mhumiex inklużi fl-istatistiki.

5)         Seba’ Stati Membri għadhom ma applikawx għal appoġġ mill-FEG sal-31.12.2011: l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

[1]               Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni, ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1, kif ikkoreġut mill-ĠU L 48, 22.2.2008, p. 82, għal-lingwi kollha u ĠU L 202, 31.7.2008, p. 74, għall-Ingliż biss.

[2]               Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009).

[3]               Applikabbli għall-applikazzjonijiet tal-FEG ippreżentati bejn l-1.5.2009 u t-30.12.2011, skont l-Artikolu 1(1a) tar-Regolament emendat tal-FEG.

[4]               Proposta tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2011 COM(2011) 336 finali.

[5]               Inklużi żewġ każijiet li ġew irtirati fl-2011 (EGF /2010/023 ES/Lear u EGF/2010/024 NL/ABN Amrobank).

[6]               Kostruzzjoni ta’ bini (4), settur awtomobilistiku (2), apparat elettroniku (2), industrija ta’ ħdim tal-metall (2), settur tat-tarzna (1), manifattura ta’ żraben (1), metalli bażiċi (1), kummerċ fil-livell tal-konsum (1), ċeramika (1), attivitajiet ta’ kostruzzjoni speċjalizzata (1), telefowns ċellulari (1), ħidma ta’ mastrudaxxi u xogħol fuq l-injam (1), tagħmir domestiku (1), trasport tat-triq (1), prodotti tat-tabakk (1), attivitajiet ta’ ħidma soċjali (1), prodotti farmaċewtiċi (1), servizzi tal-ICT (1), irfigħ f’imħażen u ħżin (1), muturi (1).

[7]               Mingħajr ma jingħaddu EUR 382 200, li ntraddu lura minn Spanja għal każ irtirat fl-2011 (EFG 2010/023 ES/Lear).

[8]               Din it-Tabella tfasslet mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-miżuri implimentati mill-Istati Membri kif irrapportati fir-rapporti finali tagħhom. Il-kategoriji tal-miżuri huma simili, iżda mhux identiċi, għall-metodoloġija tal-Eurostat deskritta fid-Database dwar il-politiki tas-swieq tax-xogħol — Metodoloġija — Reviżjoni ta’ Ġunju 2006 (Labour market policy database — Methodology — Revision of June 2006). Uħud mill-miżuri kkofinanzjati, bħal gratifiki għat-tiftix tax-xogħol, gratifiki għat-taħriġ u gratifiki għas-sussistenza matul il-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, ma jaqgħu taħt l-ebda kategorija tal-Eurostat.

[9]               COM(2011) 500 finali, 29.6.2011.

[10]             COM(2011) 608 finali, 6.10.2011.

[11]             ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[12]             ĠU L 154, 19.6.2010, p. 27.

[13]             http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_377_en.pdf.

[14]             Mingħajr ma jingħadd il-każ EGF/2007/002 FR/Renault li ġie rtirat fl-2009.