ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2012 ID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III - Il-Kummissjoni /* COM/2012/0340 final */
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU
Nru 4
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2012 ID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL
DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Taqsima III - Il-Kummissjoni Wara li kkunsidrat: –
it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li
jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment
l-Artikolu 106a tiegħu, –
ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom)
Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament
Finanazjarju applikabbli għall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari
l-Artikolu 37 tiegħu, –
il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena
finanzjarja 2012, adottat fl-1 ta’ Diċembru 2011[2], –
il-baġit emendatorju Nru 1/2012 adottat
fl-20 ta’ April 2012, –
il-baġit emendatorju Nru 2/2012 adottat
fit-12 ta’ Ġunju 2012, –
l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2012, kif
emendat wara l-baġit emendatorju Nru 2/2012 Il-Kummissjoni
Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju
Nru 4 għall-baġit tal-2012. TIBDILIET
GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA TAQSIMA B'TAQSIMA It-tibdiliet
fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa taqsima b’taqsima huma disponibbli
fil-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet għal din
id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit. WERREJ 1. Introduzzjoni 5 2. Riżorsi Proprji 5 2.1. Introduzzjoni 5 2.2. Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet
tar-RPT, il-VAT u d-DNG.. 6 2.3. Korrezzjoni tar-Renju Unit 2008, 2010 u 2011. 8 2.3.1 Introduzzjoni 8 2.3.2 Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet.. 9 2.3.3 Id-dħul tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2011, it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2010 u l-ammont definittiv tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008
fil-ABE 4/2012. 12 2.4 Reviżjoni tal-finanzjament tat-tnaqqis gross
fil-ħlasijiet tad-DNG tal-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2012 14 3. Strument tal-kondiviżjoni tar-riskju.. 15 3.1 Introduzzjoni 15 3.2 Intestaturi tal-baġit ta’ nfiq ġodda.. 15 3.3 Intestatura tal-Baġit ta’ Dħul ġdida.. 16 4. Modifika tal-Inttestatura tal-Baġit.. 16 1. Introduzzjoni L-Abbozz ta’ Baġit
Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2012 ikopri l-elementi li ġejjin: –
Reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji
Tradizzjonali (RPT, jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur
taz-zokkor), il-bażijiet tal-VAT u tal-DNG, l-ibbaġittjar tal-korrezzjonijiet
relevanti tar-Renju Unit kif ukoll il-finanzjament tagħhom u r-reviżjoni
tal-finanzjament ta’ tnaqqis fid-DNG favur il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja
fl-2012, li tirriżulta f'bidla fit-tqassim tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi
proprji lejn il-bagit tal-UE bejn l-Istati Membri. –
Il-ħolqien ta’ erba’ intestaturi tal-baġit ġodda
għall-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji ffinanzjati
mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni, kollha
b’annotazzjoni pro memoria (p.m.), –
Il-modifika tal-intestatura tal-baġit
16 03 05 01 – Azzjoni Preparatorja – EuroGlobe biex tieħu post
is-“sing” għal pagamenti fl-intestatura b’annotazzjoni pro memoria (p.m.)
sabiex ikun jistgħu jsiru l-pagamenti finali. 2. Riżorsi
Proprji 2.1. Introduzzjoni It-tabella mqassra
li jmiss turi d-distribuzzjoni tal-ħlasijiet totali tar-riżorsi proprji bejn
l-Istati Membri kif ibbaġitjati fi: –
Il-Baġit 2012, –
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) 3/2012 huwa
maħsub biex jiġi bbaġitjat l-ammont żejjed li jirriżulta mill-implimentazzjoni
tas-sena baġitarja 2011 ta’ EUR 1 496 968 014, li huwa
għalhekk imniżżel bħala dħul fil-baġit 2012. –
Il-ABE 4/2012 preżenti. ammonti f'miljuni ta'
euro || Baġit 2012 || ABE 3/2012 || ABE 4/2012 || || ABE 4/2012 vs. ABE 3/2012 || (1) || (2) || (3) || f’% || (4) = (3) – (2) BE || 5 232,9 || 5 188,9 || 5 215,9 || 4,14% || + 27,0 BG || 411,8 || 407,3 || 410,7 || 0,33% || + 3,4 CZ || 1 599,1 || 1 581,9 || 1 529,9 || 1,21% || - 52,0 DK || 2 595,9 || 2 566,9 || 2 631,9 || 2,09% || + 64,9 DE || 25 438,8 || 25 130,6 || 25 219,3 || 20,01% || + 88,6 EE || 164,5 || 162,7 || 171,3 || 0,14% || + 8,7 IE || 1 381,2 || 1 366,5 || 1 377,5 || 1,09% || + 11,0 EL || 2 205,8 || 2 180,7 || 1 965,2 || 1,56% || - 215,5 ES || 11 316,2 || 11 192,4 || 10 730,7 || 8,52% || - 461,7 FR || 20 880,9 || 20 639,8 || 20 924,1 || 16,60% || + 284,4 IT || 16 443,4 || 16 258,2 || 16 091,2 || 12,77% || - 166,9 CY || 200,6 || 198,5 || 181,3 || 0,14% || - 17,2 LV || 191,1 || 188,9 || 210,0 || 0,17% || + 21,1 LT || 323,9 || 320,3 || 329,4 || 0,26% || + 9,1 LU || 324,4 || 320,6 || 303,9 || 0,24% || - 16,7 HU || 1 101,4 || 1 088,9 || 896,7 || 0,71% || - 192,1 MT || 70,8 || 70,1 || 65,8 || 0,05% || - 4,2 NL || 6 359,0 || 6 286,4 || 6 101,5 || 4,84% || - 184,9 AT || 2 706,2 || 2 671,5 || 2 816,0 || 2,23% || + 144,5 PL || 4 060,9 || 4 015,5 || 3 643,5 || 2,89% || - 371,9 PT || 1 648,0 || 1 629,4 || 1 625,7 || 1,29% || - 3,7 RO || 1 359,7 || 1 343,6 || 1 349,0 || 1,07% || + 5,4 SI || 422,4 || 418,1 || 401,4 || 0,32% || - 16,7 SK || 755,5 || 747,1 || 752,4 || 0,60% || + 5,3 FI || 1 985,9 || 1 962,8 || 2 003,2 || 1,59% || + 40,4 SE || 3 534,2 || 3 487,3 || 3 537,2 || 2,81% || + 49,9 UK || 14 797,9 || 14 590,6 || 15 530,4 || 12,32% || + 939,8 EU || 127 512,3 || 126 015,4 || 126 015,4 || 100,00% || + 0 2.2. Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, il-VAT u d-DNG Skont il-prassi stabbilita,
il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-iffinanzjar tal-baġit abbażi
tal-previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti, adottati waqt laqgħa tal-Kumitat
Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP). Ir-reviżjoni tikkonċerna
l-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) li jridu jitħallsu
lill-baġit fl-2012 flimkien mal-previżjoni tal-bażijiet tat-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud (VAT) u d-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) tal-2012. Il-previżjoni fil-baġit tal-2012 (u fil-BE 1/2012
għall-ABE 3/2012) kienet stabbilita fil-151 laqgħa tal-KKRP
fis-17 ta’ Mejju 2011. Il-previżjoni riveduta li ttieħdet f'kunsiderazzjoni fl-ABE 4/2012
preżenti kienet adottata fil-154 laqgħa tal-KKRP fil-21 ta' Mejju 2012. L-użu ta' previżjoni aġġornata tar-riżorsi
proprji jżid il-preċiżjoni tal-ħlasijiet li l-Istati Membri huma mitluba li
jagħmlu matul is-sena baġitarja u jnaqqas l-iżbalji inevitabbli fit-tbassir
mis-sena ta' qabel. Meta mqabbla mal-previżjoni
li ntlaħaq qbil dwarha f'Mejju 2011, il-previżjoni maqbula
f'Mejju 2012 ġiet riveduta kif ġej: –
Il-previżjoni totali tal-2012 tal-imposti netti fuq
is-settur taz-zokkor ma nbidlitx u tibqa EUR 123,4 miljun (wara
t-tnaqqis ta' 25% fi spejjeż tal-ġbir). –
Id-dazji netti totali tad-dwana għall-2012 (inkluż
id-dazji fuq prodotti agrikoli) issa huma previsti li jkunu ta'
EUR 17 650,8 miljun (wara tnaqqis ta’ 25 % fi spejjeż ta’ ġbir),
li jirrappreżentaw tnaqqis ta' – 7.9 % meta mqabbla mal-previżjoni ta’
Mejju 2011 ta’ EUR 19 171,2 miljun. Ir-raġuni ewlenija ta’ dan it-tnaqqis hija tariffa medja stmata aktar
baxxa (1,32% minflok 1,45%) Il-previżjoni
saret fuq il-bażi ta’ Stat Membru, bl-użu tar-rati previsti ta' tkabbir
għall-importazzjonijiet minn barra l-UE kif ippubblikati fil-previżjonijiet
ekonomiċi tar-rebbiegħa 2012 fil-11 ta' Mejju 2012. –
Il-bażi totali mhux limitata tal-VAT tal-UE
għall-2012 issa hija mbassra li tkun ta'
EUR 5 779 304,1 miljun, li tirrappreżenta żieda ta'
+ 0,4 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2011 ta'
EUR 5 756 405,2 miljun. Il-bażi totali tal-VAT limitata tal-UE għall-2012[3] issa hija prevista li tkun ta’
EUR 5 763 295,6 miljun, li tirrappreżenta żieda ta’
+ 0,4 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2011 ta’
EUR 5 740 777,2 miljun. –
Il-bażi totali tad-DNG tal-UE għall-2012 hija
mbassra li tkun ta’ EUR 12 878 244,7 miljun, li
tirrappreżenta tnaqqis ta’ – 1.9 % meta mqabbla mat-tbassir ta’
Mejju 2010 ta’ EUR 13 130 916,3 miljun. Intużaw ir-rati tal-kambju
tat-30 ta' Diċembru 2011 biex tinqaleb il-previżjoni
tal-bażijiet tal-VAT u d-DNG mill-munita nazzjonali għall-euro (għall-għaxar
Stati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro). Dan jevita distorsjonijiet għaliex hija din ir-rata li tintuża sabiex
jinqalbu l-ħlasijiet tar-riżorsi proprji bbaġitjati minn euro għall-munita
nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru (kif stipulat fl-Artikolu 10(3)
tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000) Il-previżjonijiet riveduti
tar-RPT, bażijiet tal-VAT mhux limitati u bażijiet tad-DNG għall-2012, kif adottati
fil-154 laqgħa tal-KKRP fil-21 ta’ Mejju 2012, huma ppreżentati
fit-tabella li jmiss (ċifri mqarrba sal-eqreb żero): Previżjonijiet
Previżjonijiet riveduti tal-bażijiet tar-RPT, il-VAT u d-DNG għall-2011 (f'miljuni
ta' EUR) || Iz-Zokkor tariffi (75%) || Dazji tad-dwana (75%) || Bażijiet tal-VAT mhux limitati || bażijiet DNG || Limitu bażijiet VAT[4] BE || 6,6 || 1 709,0 || 164 200,6 || 384 015,9 || 164 200,60 BG || 0,4 || 54,2 || 17 944,9 || 38 430,5 || 17 944,90 CZ || 3,4 || 229,5 || 64 537,5 || 140 367,8 || 64 537,50 DK || 3,4 || 347,5 || 99 128,2 || 253 673,1 || 99 128,20 DE || 26,3 || 3 600,3 || 1 165 502,0 || 2 672 592,5 || 1 165 502,00 EE || 0,0 || 23,1 || 7 880,5 || 15 872,2 || 7 880,50 IE || 0,0 || 209,7 || 61 788,7 || 125 496,2 || 61 788,70 EL || 1,4 || 140,4 || 89 493,6 || 199 825,7 || 89 493,60 ES || 4,7 || 1 178,5 || 479 157,0 || 1 036 829,0 || 479 157,00 FR || 30,9 || 1 764,0 || 954 295,3 || 2 079 550,4 || 954 295,30 IT || 4,7 || 1 763,9 || 652 675,9 || 1 578 251,6 || 652 675,90 CY || 0,0 || 21,5 || 14 218,6 || 17 237,5 || 8 618,75 LV || 0,0 || 24,4 || 6 894,4 || 20 989,4 || 6 894,40 LT || 0,8 || 49,0 || 11 421,9 || 31 245,9 || 11 421,90 LU || 0,0 || 15,2 || 23 664,1 || 31 069,8 || 15 534,90 HU || 2,0 || 105,2 || 34 764,0 || 87 872,1 || 34 764,00 MT || 0,0 || 10,5 || 4 701,1 || 5 952,3 || 2 976,15 NL || 7,3 || 1 986,6 || 268 334,1 || 608 481,6 || 268 334,10 AT || 3,2 || 208,6 || 138 765,2 || 308 548,4 || 138 765,20 PL || 12,8 || 373,0 || 171 886,5 || 351 257,4 || 171 886,50 PT || 0,2 || 128,2 || 78 381,5 || 160 867,6 || 78 381,50 RO || 1,0 || 115,0 || 48 853,1 || 137 935,4 || 48 853,10 SI || 0,0 || 77,2 || 17 956,5 || 34 804,0 || 17 402,00 SK || 1,4 || 127,7 || 25 074,5 || 70 157,1 || 25 074,50 FI || 0,8 || 157,6 || 90 991,5 || 200 276,4 || 90 991,50 SE || 2,6 || 511,7 || 177 296,7 || 405 983,0 || 177 296,70 UK || 9,5 || 2 719,3 || 909 496,2 || 1 880 661,9 || 909 496,20 EU || 123,4 || 17 650,8 || 5 779 304,1 || 12 878 244,7 || 5 763 295,60 2.3. Korrezzjoni tar-Renju Unit 2008, 2010 u 2011 2.3.1 Introduzzjoni Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi
baġitarji favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit), li
għandha tkun ibbaġittjata fl-ABE preżenti, tikkonċerna tliet snin: 2008, 2010 u 2011. Il-korrezzjonijiet
tar-Renju Unit għall-2008, l-2010 u l-2011 huma suġġetti għar-regoli
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2007/436 u d-dokument ta' ħidma li
jakkumpanjaha, il-Metodu ta' kalkolu tal-2007[5]. Skont ir-regoli ta’ din id-Deċiżjoni, il-“gwadanji mhux mistennija”
tar-RPT netti tar-Renju Unit li jirriżultaw miż-żieda, sa mill-2001,
fil-perċentwali tal-RPT miżmuma mill-Istati Membri bħala kumpens għall-ispejjeż
tal-ġbir tagħhom huma newtralizzati u n-nefqa allokata hija aġġustata b'dan li
ġej: –
in-nefqa ta’ qabel l-adeżjoni (NQA) imħallsa taħt
l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet relatati mas-sena preċedenti
għat-tkabbir. L-istess aġġustament
għall-NQA se jkun segwit fl-okkażjoni ta’ kull tkabbir tal-Unjoni li jsir
fil-futur iżda ser jieqaf japplika mill-korrezzjoni li għandha tkun ibbaġitjata
għall-ewwel darba fl-2014; –
għall-korrezzjoni tal-2008 20%,
għall-korrezzjonijiet tar-Renju Unit tal-2010 u l-2011 100% tat-total tan-nefqa
allokata fl-Istati Membri li jkunu ssieħbu fl-UE wara
t-30 ta’ April 2004, bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti agrikoli
diretti u ta' nfiq relatat mas-suq, kif ukoll dik il-parti tan-nefqa fuq
l-iżvilupp rurali li toriġina mit-taqsima tal-garanzija tal-FAEGG. Dan it-tnaqqis għandu jiddaħħal b'mod progressiv
(20 % għall-korrezzjoni tal-2008 fil-baġit għall-2009, 70 %
għall-korrezzjoni tal-2009 fil-baġit għall-2010 u 100 % mill-korrezzjoni
tal-2010 fil-baġit għall-2011 'l hemm). Barra dan, is-sehem
tal-Awstrija, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja fl-iffinanzjar
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit huwa mnaqqas għal kwart tas-sehem normali
tagħhom. It-tnaqqis huwa ffinanzjat
mill-Istati Membri l-oħra, minbarra r-Renju Unit. Id-differenza bejn l-ammont
definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 u l-ammont
preċedentement ibbaġitjat (it-tieni aġġornament fil-BE 4/2010) kif ukoll
id-differenza bejn it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tal-2010 u
l-ammont preċedentement ibbaġittjat (l-ewwel aġġornament fil-BE 5/2011)
huma annotati fil-kapitoli 35 u 36 tal-ABE 4/2012. L-ammont tal-ewwel
aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 huwa mdaħħal taħt
il-kapitolu 15 tal-ABE 4/2012, biex jieħu post l-ammont provviżorju
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit 2011 inkluża taħt il-kapitolu 15
tal-Baġit 2012. 2.3.2 Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet Fl-ABE preżenti, huma mniżżla
l-kalkolu u l-iffinanzjar tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2011, it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni
għall-2010 kif ukoll l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2008. Sa fejn tidħol il-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2009, il-Kummissjoni għandha (skont il-Metodu ta'
Kalkolu tal-2007) tipproponi li tibbaġitja aġġorament jekk ikunu
sostanzjalment differenti mill-kalkolu relevati baġittjat qabel. Skont il-kalokoli attwali tal-Kummissjoni,
l-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 mhux differenti b'mod
sinjifikanti mill-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2009 imdaħħla fil-BE 4/2010. Għaldaqstant, mhux propost aġġornament għall-ibbaġitjar f'dan l-ABE
4/2012.
2.3.2.1 Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011
It-tabella li jmiss tiġbor
fil-qosor il-bidliet bejn l-ammont proviżorju tal-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2011 mdaħħal fil-Baġit tal-2012 u l-ewwel aġġornament
tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2011 li jrid jiddaħħal
fl-ABE 4/2012. || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 PROVIŻORJU Baġit 2012 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 L-ewwel aġġornament ABE 4/2012 || Differenza (1) Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata || 15.0054% || 14.9462% || - 0.0592% (2) Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir || 7.6164% || 7.3204% || - 0.2960% (3) = (1) - (2) || 7.3890% || 7.6259% || + 0.2369% (4) Nefqa totali allokata || 114 982 094 901 || 116 689 113 932 || + 1 707 019 031 (5) Nefqa relatata mat-tkabbir = (5a) + (5b) || 29 243 025 286 || 26 918 339 726 || - 2 324 685 560 (5a) Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni || 3 047 748 507 || 3 037 294 340 || - 10 454 167 (5b) Nefqa relatata mal-Art 4(1)(g) || 26 195 276 779 || 23 881 045 386 || - 2 314 231 393 (6) Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) || 85 739 069 616 || 89 770 774 207 || + 4 031 704 591 (7) L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 || 4 181 273 373 || 4 518 220 698 || + 336 947 325 (8) Vantaġġ tar-Renju Unit || 319 474 318 || 534 381 657 || + 214 907 339 (9) Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) || 3 861 799 055 || 3 983 839 040 || + 122 039 986 (10) Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT || 61 357 780 || 8 838 069 || - 52 519 710 (11) Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) || 3 800 441 275 || 3 975 000 971 || + 174 559 696 L-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 huwa ta’
EUR 175 miljun iżjed meta mqabbel mal-ammont provviżorju
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 mniżżla fil-Baġit tal-2012. Għall-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2011, id-differenza fl-ammont oriġinali
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit bejn id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji
(DRP) tal-2000 u d-DRP tal-2007 hi ta’ EUR 2 144,6 miljun
bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 2 355,7 miljun bil-prezzijiet kurrenti.
2.3.2.2 Korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2010
It-tabella li jmiss tiġbor
fil-qosor il-bidliet bejn l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2010 mdaħħal fil-BE 4/2011 u it-tieni
aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2010 li għandha
tiddaħħal fl-ABE 4/2012. || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 L-1 aġġornament BE 4/2011 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 It-tieni aġġornament ABE 4/2012 || Differenza (1) Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata || 15.0995% || 15.3613% || + 0.2617% (2) Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir || 7.7390% || 7.7118% || - 0.0272% (3) = (1) - (2) || 7.3605% || 7.6495% || + 0.2889% (4) Nefqa totali allokata || 111 581 136 089 || 111 424 575 479 || - 156 560 609 (5) Nefqa relatata mat-tkabbir = (5a) + (5b) || 23 885 731 392 || 23 860 842 743 || - 24 888 649 (5a) Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni || 2 978 639 088 || 2 970 335 816 || - 8 303 272 (5b) Nefqa relatata mal-Art 4(1)(g) || 20 907 092 304 || 20 890 506 927 || - 16 585 377 (6) Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) || 87 695 404 697 || 87 563 732 736 || - 131 671 960 (7) L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 || 4 260 193 166 || 4 420 776 873 || + 160 583 707 (8) Vantaġġ tar-Renju Unit || 388 810 830 || 768 620 727 || + 379 809 897 (9) Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) || 3 871 382 336 || 3 652 156 146 || - 219 226 190 (10) Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT || 29 810 676 || 21 614 060 || - 8 196 616 (11) Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) || 3 841 571 660 || 3 630 542 087 || - 211 029 573 It-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 huwa ta’
EUR 211 miljun anqas meta mqabbel mal-ewwel aġġornament
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 imniżżel fil-BE 4/2009. Għall-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2010, id-differenza fl-ammont oriġinali
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit bejn id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji
(DRP) tal-2000 u d-DRP tal-2007 hi ta’ EUR 1,957 miljun bil-prezzijiet
tal-2004 u EUR 2,118 miljun bil-prezzijiet kurrenti.
2.3.2.3 Korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2008
It-tabella li jmiss
tippreżenta fil-qosor il-bidliet bejn it-tieni aġġornament
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 fil-BE 4/2010 u l-ammont
definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 li għandha
tiddaħħal fl-ABE 4/2012. || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 It-tieni aġġornament BE 4/2010 || Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 Ammont definittiv ABE 4/2012 || Differenza (1) Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata || 15.7045% || 15.7929% || + 0.0884% (2) Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir || 7.3387% || 7.3458% || + 0.0071% (3) = (1) - (2) || 8.3658% || 8.4471% || + 0.0813% (4) Nefqa totali allokata || 105 538 033 501 || 105 436 390 802 || - 101 642 699 (5) Nefqa relatata mat-tkabbir = (5a) + (5b) || 5 908 600 354 || 5 903 524 193 || - 5 076 161 (5a) Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni || 3 014 323 610 || 3 009 247 449 || - 5 076 161 (5b) Nefqa relatata mal-Art 4(1)(g) || 2 894 276 744 || 2 894 276 744 || + 0 (6) Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) || 99 629 433 147 || 99 532 866 610 || - 96 566 537 (7) L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 || 5 500 964 647 || 5 549 050 290 || + 48 085 644 (8) Vantaġġ tar-Renju Unit || 289 477 443 || 371 343 380 || + 81 865 937 (9) Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) || 5 211 487 204 || 5 177 706 910 || - 33 780 294 (10) Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT || -42 810 700 || -45 867 538 || - 3 056 839 (11) Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) || 5 254 297 904 || 5 223 574 449 || - 30 723 455 L-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 huwa ta’ EUR 30,7
miljun anqas meta mqabbel mat-tieni aġġornament tal-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2008 mniżżla fl-AB 4/2010. Għall-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2008, id-differenza fl-ammont oriġinali
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit bejn id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji
(DRP) tal-2000 u d-DRP tal-2007 hi ta’ EUR 280,6 miljun bil-prezzijiet
tal-2004 u EUR 301,7 miljun bil-prezzijiet kurrenti.
2.3.2.4 Limitu ta'
EUR 10,5 biljun
Skont l-Artikolu 4(2)
tad-Deċiżjoni 2007/436, matul il-perjodu 2007-2013 il-kontribut
addizzjonali tar-Renju Unit li jirriżulta mit-tnaqqis tan-nefqa allokata
min-nefqa relatata mat-tkabbir kif imsemmi fil-paragrafu (1)(g) ta’
DRP 2007 ma għandux jaqbeż l-EUR 10,5 biljun, imkejla
bil-prezzijiet tal-2004. L-effett
kumulattiv mill-2007 sal-2012 hu ta’ EUR 5 657,5 miljun
bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 6 125,2 miljun bil-prezzijiet
kurrenti. Korrezzjonijiet għar-Renju Unit għall-2007-2012 Differenza fl-ammont oriġinali b’referenza għal-limitu ta’ EUR 10,5 biljun (DRP 2007 vs. DRP 2000), f’EUR || Differenza fil-prezzijiet attwali || Differenza fil-prezzijiet tal-2004 kostanti (A) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 || 0 || 0 (B) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 || -301 679 647 || - 280 649 108 (C) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 || -1 349 840 247 || - 1 275 338 491 (D) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 || -2 117 969 550 || - 1 956 957 875 (E) Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 || -2 355 745 675 || - 2 144 599 880 (F) Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2012 || mhux applikabbli || mhux applikabbli (G) Is-somma tad-dfferenzi = (A) + (B) + (C) + (D) + (E) + (F) || -6 125 235 119 || 5 657 545 355 2.3.3 Id-dħul tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2011, it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 u
l-ammont definittiv tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008
fil-ABE 4/2012.
2.3.3.1 Korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2011 (kapitolu 15)
L-ammont tal-korrezzjoni
tar-Renju Unit li għandu jkun ibbaġitjat fil-kapitolu 15 ta’ dan
l-ABE 4/2012 huwa l-ammont tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni
tar-Renju Unit għall-2011 (jiġifieri
EUR 3 975 000 971, minflok
it-EUR 3 800 441 275 mdaħħla fil-Baġit tal-2012). Dan l-ammont għandu jkun
iffinanzjat skont il-bażijiet tad-DNG riveduti tal-2012 tal-ABE 4/2012
preżenti. L-ibbaġitjar ta' dan
l-ammont f'kapitolu 15 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel: Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 — Kapitolu 15 BE || 198 203 463 || LU || 16 036 164 BG || 19 835 268 || HU || 45 353 733 CZ || 72 448 521 || MT || 3 072 181 DK || 130 929 180 || NL || 54 982 877 DE || 241 497 563 || AT || 27 880 676 EE || 8 192 174 || PL || 181 295 704 IE || 64 772 790 || PT || 83 029 154 EL || 103 136 734 || RO || 71 193 078 ES || 535 142 160 || SI || 17 963 510 FR || 1 073 325 585 || SK || 36 210 428 IT || 814 588 491 || FI || 103 369 355 CY || 8 896 851 || SE || 36 684 944 LV || 10 833 332 || UK || 0 LT || 16 127 055 || L-ispiża || 3 975 000 971
2.3.3.2 Korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2010 (kapitolu 36)
L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit
li għandu jkun ibbaġitjat fil-kapitolu 36 ta' dan il-ABE 4/2012 huwa
d-differenza bejn it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2010 (jiġifieri EUR 3 630 542 087) u l-ewwel
aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 (jiġifieri
EUR 3 841 571 660 mdaħħla fil-BE 4/2011) li jammonta
għal EUR 211 029 573. Dan l-ammont għandu jkun
iffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tad-DNG tal-2011 kif magħrufa fl-aħħar
tal-2011. L-ibbaġitjar ta' dan
l-ammont f'kapitolu 36 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel: Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 — Kapitolu 36 BE || -7 206 164 || LU || -1 321 483 BG || -874 899 || HU || -4 025 268 CZ || -1 231 077 || MT || -289 108 DK || -5 756 244 || NL || -3 588 342 DE || -12 395 478 || AT || -764 191 EE || -159 399 || PL || -15 230 602 IE || -4 114 974 || PT || -4 186 172 EL || -10 261 013 || RO || 1 370 640 ES || -31 026 737 || SI || -1 504 459 FR || -53 804 546 || SK || -2 287 722 IT || -44 693 441 || FI || -4 814 952 CY || -988 357 || SE || -1 637 487 LV || 230 629 || UK || 211 029 573 LT || -468 727 || L-ispiża || 0
2.3.3.3 Korrezzjoni tar-Renju Unit
għall-2008 (kapitolu 35)
L-ammont tal-korrezzjoni
tar-Renju Unit li għandu jkun ibbaġittjat fil-kapitolu 35 ta' dan
il-ABE 4/2012 huwa d-differenza bejn l-ammont definittiv
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 (jiġifieri
EUR 5 223 574 449) u t-tieni aġġornament
tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 (jiġifieri
EUR 5 254 297 904 mdaħħla fil-BE 4/2010) li jammontaw
għal EUR 30 723 455. Dan l-ammont għandu jkun
iffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tad-DNG tal-2009 kif magħrufa fl-aħħar
tal-2011. L-ibbaġitjar ta' dan
l-ammont f'kapitolu 35 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel: Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 — Kapitolu 35 BE || -2 436 633 || LU || -714 690 BG || 1 220 806 || HU || -1 193 752 CZ || 1 690 027 || MT || -66 212 DK || -3 876 276 || NL || -305 503 DE || -4 774 265 || AT || -238 031 EE || 47 930 || PL || -2 645 902 IE || 492 015 || PT || 2 383 572 EL || -4 953 249 || RO || 1 233 079 ES || -5 638 762 || SI || 39 130 FR || -19 594 776 || SK || -868 292 IT || 8 439 585 || FI || 2 996 972 CY || -497 841 || SE || -1 526 708 LV || -254 104 || UK || 30 723 455 LT || 318 425 || L-ispiża || 0 2.4 Reviżjoni tal-finanzjament tat-tnaqqis gross fil-ħlasijiet tad-DNG
tal-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2012 It-tnaqqis gross
fil-ħlasijiet tad-DNG tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-2012 kien stabbilit
fil-Baġit tal-2012. L-ammonti ġew
aġġustati għall-prezzijiet kurrenti billi ġie applikat id-deflatur tal-PDG
għall-UE espress f’Euro, kif provdut mill-Kummissjoni fit-Tbassir Ekonomiku
tar-Rebbiegħa tal-2011, jiġifieri dawk li kienu disponibbli meta tħejja
l-abbozz tal-baġit tal-2012. L-ammonti
grossi huma EUR 678,8 miljun għall-Pajjiżi l-Baxxi u
EUR 168,3 miljun għall-Isvezja u dawn la jinbidlu u lanqas m’ huma se
jinbidlu[6]. It-tnaqqis għandu jiġi
ffinanzjat mill-Istati Membri kollha skont is-sehem fid-DNG. L-iffinanzjar huwa għalhekk immodifikat skont
l-aġġornament tal-bażijiet tad-DNG għall-2012 kif maqbul waqt l-154 laqgħa dwar
il-previżjonijiet tal-KKRP fit-21 ta’ Mejju 2012. It-tabella li jmiss tipprovdi
ħarsa ġenerali tal-iffinanzjament tat-tnaqqis gross għall-2012: Tnaqqis fil-ħlasijiet tad-DNG għall-2012 għall-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja BE || 25 260 463 || LU || 2 043 763 BG || 2 527 948 || HU || 5 780 203 CZ || 9 233 356 || MT || 391 541 DK || 16 686 549 || NL || - 638 798 259 DE || 175 802 420 || AT || 20 296 231 EE || 1 044 069 || PL || 23 105 618 IE || 8 255 106 || PT || 10 581 828 EL || 13 144 481 || RO || 9 073 354 ES || 68 202 334 || SI || 2 289 398 FR || 136 792 269 || SK || 4 614 915 IT || 103 816 968 || FI || 13 174 128 CY || 1 133 878 || SE || - 141 598 022 LV || 1 380 677 || UK || 123 709 437 LT || 2 055 347 || L-ispiża || 0 3. Strument
tal-kondiviżjoni tar-riskju 3.1 Introduzzjoni Ir-Regolament (UE)
Nru 423/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti
dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal Stati Membri li qed
jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità
finanzjarja tagħhom. L-għan tad-dispożizzjonijiet
il-ġodda hu li jiġu indirizzati problemi ta’ likwidità li jaffettwaw il-parti
ta’ proġett tal-politika ta’ koeżjoni li hija ffinanzjata privatament. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda joħolqu
l-possibbiltà li jiġi sttabbilit, permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni li
għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment
(BEI) jew entitajiet simili, strumenti ta’ qsim tar-riskji bil-ħsieb li jiġi
ffaċilitat l-investiment u t-tkabbir ekonomiku billi jiġu riallokati
approprjazzjonijiet finanzjarji sa 10% tal-allokazzjoni tal-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013
lill-istrumenti ta’ qsim tar-riskji. Sabiex jiġu implimentati
l-azzjonijiet, qed isir il-proposta li jinħolqu tliet intestaturi tal-baġit ta’
nfiq u intestatura tal-baġit waħda għad-dħul. Il-ħolqien ta’ dawn l-intestaturi tal-baġit diġà ġie propost fl-Abbozz
ta’ Baġit 2013. 3.2 Intestaturi tal-baġit ta’ nfiq ġodda Sabiex jiġu implimentati
l-azzjonijiet previsti, qed issir il-proposta li jinħolqu tliet intestaturi
tal-baġit ta’ nfiq ġodda fil-Baġit 2012 fil-Kapitolu 13 – Politika
Reġjonali: –
13 03 40: Strumenti
għall-qsim tar-riskju ffinanzjati mill-pakkett ta' konverġenza tal-FEŻR –
13 03 41: Strumenti
għall-qsim tar-riskju ffinanzjati mill-pakkett tal-kompetittività reġjonali u
l-impjiegi tal-FEŻR –
13 04 03: Strumenti
għall-qsim tar-riskju ffinanzjati mill-envelop tal-Fond ta’ Koeżjoni. Peress li l-azzjonijiet
il-ġodda huma ffinanzjati mingħajr l-ebda żieda ġenerali
fl-approprjazzjonijiet, f’dan l-istadju qed tiġi proposta annotazzjoni pro
memoria (p.m.) dwar dawn l-intestaturi tal-baġit ta’ nfiq ġodda. Wara d-dħul fis-seħħ tal-att
legali rispettiv fit-23 ta' Mejju 2012[7], il-Kummissjoni se teżamina
l-applikazzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati. B’mod parallel, il-programmi operattivi milquta se jkollhom jiġu
mmodifikati. Fi tmiem dan l-eżerċizzju,
l-ammonti li għandhom jiġu ttrasformati lejn l-istrumenti ta' kondiviżjoni
tar-riskji se jiġu diżimpenjati mill-programmi. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jirriżultaw li jsiru disponibbli
fl-intestaturi tal-baġit risettivi tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni imbagħad jiġu
trasfetiti lejn l-intestaturi tal-baġit maħluq ġodda. Dan jippermetti lill-Kummissjoni li tidħol f’impenji legali mal-BEI
jew ma’ korpi simili (il-firma tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni). 3.3 Intestatura tal-Baġit ta’ Dħul ġdida Sabiex ikun jistgħu jiġu
rreġistrati riflussi potenzjali u ammonti li jifdal mill-appoġġ tal-Unjoni
lill-Istrumenti ta’ Qsim tar-Riskju, qed issir il-proposta wkoll li tinħoloq
partita ta’ dħul fil-Baġit 2012 taħt l-Artikolu 6 1 4 – Rifużjoni
ta' appoġġ tal-Unjoni lil proġetti u attivitajiet li jkollhom suċċess lil
Strumenti ta’ Qsim tar-Riskju ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni: –
6 1 4 4 – Rifużjoni ta’ appoġġ
tal-Unjoni lil Strumenti ta’ Qsim tar-Riskju ffinanzjati mill-Programm Ewropew
ta' Żvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni - Dħul assenjat. Peress li r-riflussi
potenzjali jew l-ammonti li jifdal ma jistgħux jiġu kkwantifikati f'dan
l-istadju, qed jiġi propost li tiddaħħal annotazzjoni pro memoria (p.m.) dwar
din l-intestatura tal-baġit ta' dħul ġdida. 4. Modifika
tal-Intestatura tal-Baġit L-azzjoni preparatorja
EuroGlobe inħolqot fl-2009. Skont
l-artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn
relevanti għall-azzjoni preparatorja tista’ tiddaħħal fil-baġit għal mhux aktar
minn tliet snin finanzjarji wara xulxin. Madankollu, il-finalizzazzjoni ta’ pagamenti tista’ tkompli wara dan. Kuntratt, li jkun ikopri
l-organizzazzjoni ta’ kampanja ta’ komunikazzjoni u dibattiti pubbliċi dwar
linji ta’ politika u attivitajiet tal-UE li jkunu ta’ relevanza diretta
liċ-ċittadini bl-użu ta’ attivitajiet taċ-ċinema, ġie ffirmat
fit-28 ta’ Diċembru 2009. Il-kuntratt ippreveda azzjonijiet li għandhom jitwettqu matul
il-presidenza tal-Ungerija u dik tal-Polonja fl-2011, li jintemmu mhux aktar
tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. L-iffinanzjar minn qabel u
żewġ pagamenti temporanji saru fl-2010 u fl-2011. F’Novembru 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li t-talba finali ta'
pagament, flimkien mar-rapport finali, ikun ippreżentat biss fl-2012. It-talba għal pagament finali ġiet riċevuta
fit-12 ta’ Marzu 2012. Sabiex jiġi kopert dan
il-pagament finali, il-Kummissjoni se tagħmel trasferiment intern. Madankollu, skont l-artikolu 25
tar-Regolament Finanzjarju, trasferiment jista' jsir biss lil intestatura
tal-baġit li għaliha jkun hemm approprjazzjonijiet awtorizzati, jew li jkollhom
annotazzjoni pro memoria (p.m.). Fil-baġit
2012, l-intestatura kkonċernata, 16 03 05 01 – Azzjoni
preparatorja – EuroGlobe, tipprevedi biss “sing” fl-approprjazzjonijiet ta’
pagament. Għaldaqstant, qed issir
il-proposta li minflokha tidħol annotazzjoni pro memoria (p.m.) biex ikun
jista’ jsir it-trasferiment meħtieġ. [1] ĠU L
248, 16.9.2002, p.1. [2] OJ L 56, 29.2.2012, p. 1. [3] Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill
Nru 2007/436, jekk il-bażi tal-VAT ta' Stat Membru taqbeż il-50 % tad-DNG
tiegħu hija tiġi limitata għal dawn il-50 %. Għall-ABE 4/2012, erba’ Stati Membri se jkollhom il-bażi tal-VAT
tagħhom limitata għal 50 % tad-DNG: Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, u s-Slovenja. [4] L-ammonti li huma bl-isfond griż
jirriżultaw mill-bażijiet VAT limitati, kif spjegat fin-nota Nru 3 ta’ qiegħ
il-paġna ħawn fuq. [5] Deċiżjoni tal-Kunsill
nru 2007/436 tad-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema
tar-riżorsi proprji tal-UE, disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2007:163:0017:0021:EN:PDF
u d-Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2007
"Kalkolu, finanzjament, ħlas u reġistrazzjoni fil-baġit tal-korrezzjoni
tal-iżbilanċi baġitarji skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
[2007/436] dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE” msejħa Metodu ta' Kalkolu 2007
u disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/financing/calc_own_res_2007_en.pdf. [6] Skont l-Artikolu 2(5)
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom l-ammonti huma aġġustati
għall-prezzijiet kurrenti billi jiġi applikat id-deflatur l-aktar riċenti
tal-PDG għall-UE espress f’Euro, kif provdut mill-Kummissjoni, li jkun
disponibbli meta l-abbozz preliminari tal-baġit ikun mħejji. [7] ĠU L 133, 23.5.2012, p.1.