KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI GOVERNANZA AQWA TAS-SUQ UNIKU /* COM/2012/0259 final */
Governanza aqwa tas-Suq Uniku
Introduzzjoni
Il-kriżi wriet li l-UE trid tieħu
azzjoni biex ittejjeb il-mudell ekonomiku tagħha u terġa' tikseb
il-kompetittività. Dan jirrikjedi
taħlita ta’ finanzi pubbliċi sodi, riformi strutturali kbar u
investiment immirat. L-Ewropa 2020
hija l-istrateġija tal-UE li permezz tagħha għandha tistimula
t-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi, u s-Suq Uniku għandu
rwol ewlieni xi jwettaq biex dan iseħħ. Is-Suq Uniku huwa element essenzjali biex
jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku. Madankollu, biex jitgawdew il-benefiċċji li s-Suq Uniku
jġib miegħu, ir-regoli tiegħu għandhom jiġu
implimentati u infurzati b’mod xieraq. Filwaqt li l-Kummissjoni ilha taħdem fi sħubija mal-Istati
Membri biex jintlaħaq dan l-iskop, il-qagħda attwali turi li
għad jista' jsir ħafna aktar titjib. Id-defiċit medju għat-traspożizzjoni reġa’
għola minn 0.7 fl-2009 għal 1.2 % fi Frar 2012, u l-Istati
Membri qed jittardjaw dejjem aktar (medja ta’ 8 xhur) biex jittrasponu
d-Direttivi wara li l-iskadenza tat-traspożizzjoni tkun għaddiet.
It-tul ta’ żmien biex il-proċeduri ta’ ksur jitlestew kompla
jiżdied għal medja ta’ 25.5 xahar[1].
Anke fejn it-trasponiment tar-regoli jsir b’mod korrett, spiss, fil-prattika,
ma jiffunzjonawx tajjeb. Ta’ sikwit, in-negozji u ċ-ċittadini ma
jifhmux id-drittijiet tagħhom, u jiltaqgħu ma’ bosta diffikultajiet
x’ħin jiġu biex japplikawhom[2].
Jekk dak li għandna jirnexxilna
nagħmluh jiffunzjona aħjar fil-prattika, dan għandu jwassal
malajr għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi. Pereżempju, huwa stmat li implimentazzjoni aqwa tad-Direttiva
dwar is-Servizzi tista’ ġġib magħha żieda addizzjonali ta'
1.8 % fil-PDG tal-UE, kif intwera fil-Komunikazzjoni li l-Kummissjoni
adottat illum[3].
Barra minn hekk, ġie kkalkulat li traspożizzjoni aktar effikaċi
tal-leġiżlazzjoni tal-UE tista’ tnaqqas il-piżijiet
amministrattivi b’terz, li jwassal għal iffrankar globali
tal-ispejjeż li jammonta għal 40 biljun euro[4]. Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2012
irrikonoxxa l-ħtieġa li l-governanza tas-Suq Uniku tiġi
msaħħa u li l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu jiġu
mtejba. Sejħiet simili saru wkoll mill-Parlament Ewropew[5] Għaldaqstant, din
il-Komunikazzjoni titlob li jiġġedded l-impenn li s-Suq Uniku jsir
aktar effikaċi fir-rwol tiegħu għat-tkabbir. B’mod
partikolari, din il-Komunikazzjoni tipproponi: ·
strateġija partikolarment ambizzjuża biex
iseħħ progress rapidu f’oqsma ewlenin li jkollhom l-akbar potenzjal
ta’ tkabbir (il-Parti I); ·
miżuri konkreti biex itejbu aktar
iċ-“ċiklu ta’ governanza” tas-Suq Uniku, jiġifieri, il-mod li
bih ir-regoli tas-Suq Uniku jiġu mfassla, implimentati, applikati u
infurzati (il-Parti II).
1.
Mobilizzazzjoni: l-isforzi tagħna għandhom jiġu
ffokati biex iseħħ progress rapidu f’oqsma li jkollhom l-akbar
potenzjal ta’ tkabbir
1.1.
Fokus fuq oqsma ewlenin
F'dawn iż-żminijiet ta’
reċessjoni ekonomika, jeħtieġ li r-riżorsi skarsi jiġu
ffokati fuq l-aktar ħaġa essenzjali: li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jinħeles
il-potenzjal kollu ta' tkabbir tas-Suq Uniku f'oqsma fejn dan il-potenzjal ikun
l-akbar. Għalhekk, filwaqt li
tkompli timmonitorja mill-qrib u tinforza ż-żamma tal-konformità
mar-regoli tat-Trattat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiddetermina
l-“oqsma ewlenin” u tevalwahom b’mod regolari, abbażi ta’ indikaturi
ekonomiċi. L-Istati Membri u
l-Kummissjoni għandhom jiftiehmu dwar l-azzjonijiet u l-miri konkreti li
jgħinu biex jitjieb il-mod li bih is-Suq Uniku jiffunzjona f'dawn l-oqsma. Abbażi tal-analiżi tal-qagħda
attwali tal-ekonomija Ewropea, il-Kummissjoni tqis li għall-perjodu
2012-2013, l-attenzjoni għandha tkun iffokata l-aktar fuq is-setturi
tas-servizzi ewlenin u l-industriji tan-netwerk. Fis-settur tas-servizzi, għandha tingħata attenzjoni
partikolari għall-kummerċ bl-imnut u l-kummerċ bl-ingrossa,
is-servizzi tan-negozji, il-kostruzzjoni u s-servizzi tal-intermedjazzjoni
finanzjarja. Barra minn hekk,
funzjonament aqwa tas-Suq Uniku diġitali, flimkien ma' Suq Uniku aktar
b’saħħtu fis-settur tal-enerġija u t-trasport, jistgħu
jwasslu għal aktar benefiċċji. L-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni jiddeskrivi fid-dettall
il-mod li bih intagħżlu dawn l-oqsma ewlenin u liema atti
leġiżlattivi għandhom jitqiesu b’attenzjoni speċjali f’dawn
l-oqsma. Il-lista tal-oqsma u
tal-atti leġiżlattivi se tiġi evalwata b’mod regolari,
bl-għan li jiġu ddeterminati l-emendi possibbli. Barra minn hekk, għandha tingħata
prijorità lill-implimentazzjoni, kemm jista' jkun malajr, tal-azzjonijiet
ewlenin inklużi fl-Att dwar is-Suq Uniku maħsuba biex ikattru
t-tkabbir u l-kunfidenza tal-konsumaturi u tan-negozji; dan għandu jsir
b’mod partikolari fid-dawl tal-benefiċċju orizzontali li joffru biex
is-Suq Uniku jiffunzjona aħjar, kif ukoll fid-dawl tal-kontribut li
jistgħu jagħtu għat-tkabbir. Biex il-progress f’dawn l-oqsma ewlenin
iseħħ b’mod rapidu, jeħtieġ li jsiru sforzi speċjali
biex jiġi żgurat li r-regoli jiġu implimentati kif xieraq
(il-punt 1.2). Barra minn hekk,
il-Kummissjoni se tuża l-proċess tas-Semestru Ewropew biex
timmonitorja l-mod li bih is-Suq Uniku jiffunzjona f’dawn l-oqsma u biex
tiddetermina azzjonijiet ġodda, kemm fuq il-livell tal-UE kif ukoll fuq
dak nazzjonali (il-punt 1.3).
1.2.
Niffissaw miri ambizzjużi biex tiġi
żgurata implimentazzjoni xierqa
F’dawn l-aħħar snin ġew
adottati atti leġiżlattivi importanti fl-oqsma ewlenin imsemmija hawn
fuq (ara l-Anness). Issa
jeħtieġ li nikkonċentraw fuq kif se nagħmluhom jiffunzjonaw
fil-prattika. Biex dan
iseħħ, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu
flimkien biex jiżguraw li jkun hemm traspożizzjoni rapida u
implimentazzjoni effikaċi tar-regoli. Fil-każ ta’ Direttivi li għad iridu
jiġu trasposti, il-Kummissjoni se żżid l-assistenza tagħha
għat-traspożizzjoni. Pereżempju,
se tagħmel kuntatti ma’ uffiċjali nazzjonali fuq bażi bilaterali
u se toħloq gruppi ta' esperti u tipprovdi fora onlajn fejn l-esperti
nazzjonali jkunu jistgħu jiddiskutu u jiskambjaw l-aħjar prassi
bejniethom, minn kmieni kemm jista’ jkun fil-proċess
tat-traspożizzjoni. Il-Kummissjoni
se twettaq verifiki sistematiċi tal-konformità u tadotta miżuri ta’
appoġġ biex tiżgura li r-regoli jiffunzjonaw fil-prattika
fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membri għandhom: ·
jissottomettu lill-Kummissjoni, b’mod informali,
aspetti speċifiċi tal-abbozzi ta’ miżuri ta’
traspożizzjoni, fejn huma jew il-Kummissjoni jqisu li dan ikun xieraq,
biex l-għajnuna tal-Kummissjoni tkun effikaċi kemm jista’ jkun waqt
il-perjodu tat-traspożizzjoni u biex tiġi żgurata
implimentazzjoni rapida; ·
jimpenjaw ruħhom għall-kompromess ta’
“tolleranza zero” fir-rigward tat-traspożizzjoni ta’ direttivi,
jiġifieri li jilħqu l-mira ta’ defiċit
għat-traspożizzjoni[6] u l-mira ta’
defiċit għall-konformità[7] ta’
0 %; ·
jipprovdu spjegazzjoni onlajn ta’ kif ikunu
ttrasponew ir-regoli u ta’ kif dawn ir-regoli jiffunzjonaw fil-prattika[8]. Fir-rigward tar-Regolamenti, il-Kummissjoni se
żżid ukoll l-isforzi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni
xierqa tagħhom. Barra minn hekk,
fil-każ tal-leġiżlazzjoni li tkun ilha xi żmien li
ġiet trasposta u implimentata, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjonijiet
fid-dettall biex tara kif ir-regoli jkunu ġew implimentati u kif
jiffunzjonaw fil-prattika, mhux mil-lat legali biss iżda anke mil-lat
prattiku u dak ekonomiku. F’dan
il-kuntest, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li jsiru evalwazzjonijiet
reċiproċi bejn il-pari. F’każ li l-problemi jippersistu,
il-Kummissjoni tuża s-setgħat ta' infurzar tagħha bil-qawwa
kollha u tesiġi li l-Istati Membri jikkooperaw magħha biex
jiġi żgurat li l-ksur tal-liġi tal-UE jieqaf malajr kemm jista’
jkun. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom
li: ·
jaħdmu b’mod attiv fil-proċess u
jipprovdu l-informazzjoni b’mod rapidu biex jiżguraw li l-konformità
tintlaħaq malajr, u b’hekk it-tul ta’ żmien li jieħdu
l-proċeduri ta’ ksur f’oqsma ewlenin ikun jista’ jitnaqqas sakemm
tintlaħaq il-mira politika ta’ medja ta’ 18-il xahar;[9] ·
jiżguraw li l-konformità mal-opinjonijiet
motivati tintlaħaq b’mod rapidu biex jiġi żgurat li s-Suq Uniku
jiffunzjona b’mod effikaċi bla ma jkollu jitressaq każ fil-Qorti
tal-Ġustizzja; ·
iħaffu l-proċess ta’ konformità
mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-għan politiku għandu jkun li l-konformità sħiħa
tintlaħaq f’medja ta’ 12-il xahar[10].
1.3.
Monitoraġġ u definizzjoni ta’ azzjonijiet
ta’ rimedju fil-proċess tas-Semestru Ewropew
Minħabba r-rwol ewlieni tas-Suq Uniku fl-ixprunar
tat-tkabbir sostenibbli u tal-ħolqien tal-impjiegi, il-Kummissjoni
tipproponi li l-proċess tas-Semestru Ewropew jintuża
għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-Suq Uniku, biex tiġi
żviluppata pressjoni reċiproka iktar b'saħħitha fuq
il-livell tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern, u biex jiġu
ppreżentati azzjonijiet bil-mira li jingħelbu l-ostakoli li fadal,
kemm fuq il-livell Ewropew kif ukoll fuq dak nazzjonali. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni se
tħejji Rapport annwali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku. Dan ir-rapport se jippreżenta analiżi
tal-qagħda tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku u jeżamina l-mod li bih
is-Suq Uniku qiegħed jiffunzjona fil-prattika, b’mod partikolari fl-oqsma
ewlenin u għall-parteċipanti ewlenin tas-suq, inklużi n-negozji
u l-konsumaturi. Kemm jista’ jkun, se
jevalwa kemm is-Suq Uniku qiegħed jiffunzjona f'dawn l-oqsma billi
juża punti ta' riferiment konkreti. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni se
tidentifika l-isfidi prinċipali ta’ politika u tistabbilixxi
l-prijoritajiet għat-teħid ta’ azzjoni għas-sena li jmiss, kemm
fuq il-livell tal-UE kif ukoll fuq dak nazzjonali. L-azzjonijiet jistgħu jinkludu kemm inizjattivi
leġiżlattivi kif ukoll dawk mhux leġiżlattivi. Se tingħata attenzjoni partikolari
lit-tħaffif tal-piżijiet għall-SMEs sakemm jiġu
mminimizzati[11].
Fejn ikun meħtieġ, l-evalwazzjonijiet jistgħu jmorru lil hinn
mir-regoli eżistenti, bil-għan li l-potenzjal tas-Suq Uniku
jintuża kollu, b’mod partikolari bil-promozzjoni tal-aħjar prassi. Ir-Rapport Annwali se jkun parti mill-Istħarriġ
Annwali dwar it-Tkabbir, sabiex jiġi diskuss mill-Kunsill u mill-Parlament
Ewropew u approvat mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa. Ir-Rapport Annwali
għandu jikkontribwixxi għad-definizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiżi, li se jkunu bbażati fuq
analiżi aktar profonda tal-prestazzjoni f'kull Stat Membru, fil-kuntest
tal-proċess tas-Semestru Ewropew. Sabiex jinħeles il-potenzjal kollu ta' tkabbir
tas-Suq Uniku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimpenjaw
ruħhom li jwettqu progress rapidu fl-oqsma fejn dan il-potenzjal ikun
l-akbar. L-Anness jiddefinixxi l-oqsma ewlenin u jelenka l-atti
leġiżlattivi ta’ dawn l-oqsma li jeħtieġu attenzjoni
speċjali. Il-Kummissjoni: ·
se timpenja ruħha li twettaq azzjonijiet
konkreti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha, korretta u
effiċjenti tar-regoli tal-UE f’dawn l-oqsma ewlenin; ·
se tħejji Rapport Annwali dwar l-integrazzjoni
tas-Suq Uniku, biex teżamina l-mod li bih is-Suq Uniku qiegħed
jiffunzjona fil-prattika u biex tidentifika azzjonijiet oħra fuq il-livell
tal-UE u fuq dak nazzjonali; ·
se tevalwa b’mod regolari l-lista tal-oqsma ewlenin
u l-atti leġiżlattivi bil-għan li tiddefinixxi l-emendi
possibbli. Fir-rigward tal-atti leġiżlattivi ewlenin
tal-oqsma b’potenzjal ta’ tkabbir, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw
ruħhom li: ·
jirrispettaw l-iskadenzi ta’ traspożizzjoni u
jittrasponu l-leġiżlazzjoni b’mod korrett (defiċits
għall-konformità u għat-traspożizzjoni ta’ 0 %); ·
jissottomettu lill-Kummissjoni, b’mod informali,
aspetti speċifiċi dwar l-abbozzi ta’ miżuri ta’
traspożizzjoni u jipprovdu spjegazzjonijiet onlajn ta’ kif ikunu
ttrasponew ir-regoli u ta’ kif dawn ir-regoli jiffunzjonaw fil-prattika, hekk
kif il-miżuri ta’ traspożizzjoni jiġu adottati; ·
jagħmlu l-isforzi kollha biex jiżguraw li
l-konformità tintlaħaq b’mod rapidu, li jnaqqsu t-tul ta’ żmien li
jieħdu l-proċeduri ta’ ksur sakemm tintlaħaq il-mira politika
ta’ medja ta’ 18-il xahar u li l-konformità sħiħa mas-sentenzi
tal-Qorti tal-Ġustizzja tintlaħaq f’medja ta’ 12-il xahar. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tevalwa
ż-żamma tal-konformità ma’ dawn l-impenji b’mod regolari.
2.
Effikaċja: Is-Suq Uniku jsir jaħdem aħjar
għan-negozji u ċ-ċittadini
Tul dawn l-aħħar 20 sena,
is-Suq Uniku evolva konsiderevolment. Il-mod li bih jiġi governat għandu jżomm il-pass ma' din
l-evoluzzjoni. F’dawn
l-aħħar snin ittieħdu passi importanti biex isir titjib fil-mod
li bih ir-regoli jiġu mfassla, trasposti, implimentati u infurzati, kemm
fuq il-livell tal-UE kif ukoll fuq dak nazzjonali[12]. Issa wasal iż-żmien
li l-aħjar prassi jiġu kkonsolidati u razzjonalizzati, bil-għan
li jiġi żgurat li r-regoli tas-Suq Uniku jiffunzjonaw b’mod
effikaċi fl-Unjoni Ewropea kollha:
2.1.
L-applikazzjoni ta’ prinċipji
leġiżlattivi intelliġenti fit-tfassil u l-implimentazzjoni
tar-regoli tas-Suq Uniku
Sabiex is-Suq Uniku jiffunzjona fil-prattika,
il-qafas leġiżlattiv tiegħu għandu jkun tal-ogħla
kwalità kemm fuq il-livell tal-UE kif ukoll fuq dak nazzjonali. B’mod
partikolari, ir-regoli għandhom jiġu mfassla, trasposti u
implimentati b'tali mod li jkunu “jiffunzjonaw” sew għal dawk li huma
intiżi għalihom. Għalhekk, huwa importanti ħafna li
l-istituzzjoniet kollha tal-UE u l-Istati Membri jkunu konformi
mar-rakkomandazzjonijiet eżistenti biex tinkiseb leġiżlazzjoni
intelliġenti[13],
kif ukoll biex il-livell tal-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari
għall-SMEs u l-intrapriżi mikro, jinżamm kemm jista’ jkun baxx,
skont il-prinċipju ta’ “L-Ewwel Aħseb fiż-Zgħir”[14]. B’mod partikolari, qabel ma jadottaw ir-regoli
fuq il-livell tal-UE, l-awtoritajiet rilevanti għandhom
jiċċekkjaw jekk l-abbozzi tar-regoli jilħqux tal-anqas dawn
ir-rekwiżiti : (i) ir-regoli għandhom ikunu ċari, faċli li
jinftiehmu u mhux ambigwi; (ii) ir-regoli għandhom jiksbu l-effett mixtieq
mingħajr ma jikkawżaw piżijiet bla bżonn fuq in-negozji,
iċ-ċittadini u l-amministrazzjonijiet (jiġifieri, bla
rekwiżiti mhux neċessarji (goldplating)); (iii) meta jkun
meħtieġ li n-negozji u ċ-ċittadini jkunu konformi
mal-proċeduri, dawn għandhom ikunu jistgħu jagħmlu hekk
b’mod rapidu u b’mezzi elettroniċi; (iv) ir-regoli għandhom
jiggarantixxu li n-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jsibu
l-informazzjoni u l-għajnuna u li jkollhom aċċess għal
rikors rapidu u effikaċi meta dan ikun meħtieġ. Sabiex tinkiseb il-konformità ma’ dawn
il-prinċipji, il-partijiet interessati għandhom ikunu involuti kemm
jista’ jkun fl-istadji kollha tat-tfassil u tal-implimentazzjoni
tal-leġiżlazzjoni. Għal dan l-iskop, l-aħjar prassi
żviluppati f’xi oqsma[15]
għandhom jiġu razzjonalizzati aktar. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni se
tiżgura li l-proposti kollha għal-leġiżlazzjoni tas-Suq
Uniku jkunu fattibbli u infurzabbli, bl-inqas kost amministrattiv possibbli.
Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni se tipproponi Regolamenti minflok Direttivi,
b’mod partikolari meta ma jkunx hemm ħtieġa għal aktar
diskrezzjoni waqt l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE proposti. Fil-ħidma
tagħhom ta’ kuljum bħala koleġiżlaturi, il-Kunsill u
l-Parlament għandhom jiżguraw ukoll li tinżamm konformità
sħiħa mal-prinċipji msemmija hawn fuq. Hekk kif il-leġiżlazzjoni tal-UE
tiġi adottata, ikun f'idejn l-Istati Membri li jiżguraw li
l-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali jkunu skont il-prinċipji ta’
leġiżlazzjoni intelliġenti msemmija hawn fuq.
2.2.
Użu aktar intelliġenti tal-għodod
tal-IT biex in-negozji u ċ-ċittadini jiġu informati u jkunu
jistgħu jużaw id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom
Sabiex is-Suq Uniku jiffunzjona fil-prattika,
jeħtieġ li n-negożji u ċ-ċittadini jkunu jafu
d-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom u li jkunu jistgħu
jużawhom b’mod effikaċi. F’dawn l-aħħar snin, ġew
żviluppati diversi għodod u sistemi li jindirizzaw dawn
il-ħtiġijiet, iżda għad jista’ jinkiseb aktar minn hekk,
billi jkompli jsir żvilupp fuq dak li jeżisti, billi jsir użu
aktar intelliġenti tat-teknoloġija tal-IT, u permezz ta’
koordinazzjoni aħjar tal-inizjattivi fuq il-livell nazzjonali u dak
tal-UE. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem biex
tiżgura li l-informazzjoni prattika u l-għajnuna dwar id-drittijiet
tas-Suq Uniku jkunu aċċessibbli minn sors ta’ aċċess
wieħed, jiġifieri l-portal “L-Ewropa Tiegħek”. L-Istati Membri
għandhom ukoll iżidu l-isforzi tagħhom biex jipprovdu
informazzjoni faċli għall-utent dwar il-mod li bih ir-regoli
jiffunzjonaw fil-prattika fit-territorji tagħhom u jikkkooperaw
mal-Kummissjoni biex jiżguraw l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’
informazzjoni fuq il-livell nazzjonali u dak tal-UE. Fl-2013, il-Kummissjoni se
tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni li jistabbilixxi stadji u miri konkreti
għall-provvediment sħiħ ta' informazzjoni ta' kwalità tajba dwar
id-drittijiet tas-Suq Uniku u biex tkattar l-għarfien dwarhom, kemm fuq
il-livell nazzjonali kif ukoll fuq dak tal-UE. Barra minn hekk, il-proċeduri
tal-e-gvern għandhom ikunu disponibbli kull meta n-negozji u
ċ-ċittadini jkunu jridu jlestu xi formalitajiet amministrattivi biex
jużaw id-drittijiet tagħhom tas-Suq Uniku, b’mod partikolari
f’kuntest transkonfinali[16].
Finalment, meta jkun meħtieġ li
l-amministrazzjonijiet jikkooperaw bejniethom f’kuntest transkonfinali, din
il-kooperazzjoni għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’
għodod onlajn, fosthom is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern, li
l-Kummissjoni beħsiebha testendi għal oqsma oħra. Ir-Regolament
il-ġdid tal-IMI, li l-Kummissjoni tittama li jiġi adottat
mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dalwaqt, se jikkontribwixxi ħafna
għall-kooperazzjoni amministrattiva b’konformità sħiħa
mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali[17]. Fil-leġiżlazzjoni ġdida kollha,
minn Jannar 2013, għandhom jiġu previsti obbligi sistematiċi ta’
informazzjoni u tal-użu ta’ għodod tal-IT għall-komunikazzjoni
mal-awtoritajiet u bejniethom. Fl-istess ħin, u bil-għan li l-kosti
jiġu kkontrollati, il-Kummissjoni se taħdem biex toħloq
strateġija koerenti għall-iżvilupp ulterjuri tal-għodod
eżistenti biex dawn ikunu jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet
kollha ta’ informazzjoni, e-gvern u kooperazzjoni amministrattiva f’diversi
oqsma ta’ politika, bla ma jittieħed xogħol doppju[18]. Barra minn hekk se tkompli
tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prassi f’dan il-qasam u
timmonitorja l-progress.
2.3.
Soluzzjoni ta’ problemi u rikorsi rapidi u effikaċi
Ħafna mill-problemi li n-negozji u
ċ-ċittadini jiltaqgħu magħhom fis-Suq Uniku jibqgħu
mhux solvuti, jew jiġu solvuti wara ħafna żmien u b’kost għoli. Biex l-infurzar tar-regolamenti tas-Suq Uniku
jsir aktar effikaċi, jeħtieġ li l-mekkaniżmi eżistenti
jiġu żviluppati, jiġu msaħħin, u jkun hemm
sinerġija aħjar bejniethom. Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li
l-problemi jkunu jistgħu jiġu solvuti fuq il-livell nazzjonali u,
fejn ikun possibbli, b’mezzi informali. Fl-istess ħin, iċ-ċittadini u n-negozji dejjem
għandhom id-dritt li jressqu l-ilmenti tagħhom lill-Kummissjoni. Bħala l-Gwardjana tat-Trattati,
il-Kummissjoni se tagħti prijorità lill-aktar każijiet serji ta'
nuqqas ta' konformità mal-liġi tal-UE. Biex tagħmel l-infurzar aktar
effikaċi u tindirizza aħjar il-ħtiġijiet tan-negozji u
ċ-ċittadini, il-Kummissjoni qed tipproponi, b’mod partikolari, dawn
il-miżuri: L-ewwel nett, għandu jkun hemm servizz
ta’ għajnuna uniku, b’aċċess faċli u tal-aħjar kwalità
fuq il-livell nazzjonali li n-negozji u ċ-ċittadini jistgħu
jirrikorru għalih meta jiltaqgħu ma’ problemi x'ħin jipprovaw
jużaw id-drittijiet u l-opportunitajiet li joffrilhom is-Suq Uniku. Dan is-servizz ta’ għajnuna jista’ jiġi
stabbilit billi jkomplu jiġu żviluppati ċ-ċentri SOLVIT
eżistenti, abbażi tal-prassi tajba li diġà ġiet
żviluppata f’diversi Stati Membri. Għandu jkun possibbli li n-negozji u ċ-ċittadini li
jirrikorru għal dan is-servizz ta’ għajnuna (“ċentri SOLVIT
tat-tieni ġenerazzjoni”) jirċievu soluzzjoni rapida u informali
għall-problema tagħhom jew, fejn dan ma jkunx possibbli,
jirċievu parir malajr dwar fejn jistgħu jitolbu għall-għajnuna
u rikors. Għal dan l-iskop, sa
tmiem l-2012 il-Kummissjoni se tieħu inizjattiva biex timmodernizza
r-Rakkomandazzjoni li tikkonċerna s-SOLVIT u se tieħu azzjoni ta’
appoġġ[19].
Barra minn hekk se tipprova tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni man-netwerk
SOLVIT, pereżempju billi tgħaddilhom l-ilmenti u billi ssegwi b’mod
aktar sistematiku l-każijiet li ma jkunux għadhom ġew solvuti. Fl-istess ħin, għandhom
jittieħdu passi biex jiġi żgurat li għal kull problema
tas-Suq Uniku relatata mal-liġi, ikun hemm disponibbli mekkaniżmi
effikaċi għas-soluzzjoni ta’ problemi u li dawn ikunu
aċċessibbli faċilment. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni se
żżid l-isforzi tagħha biex tidentifika u tegħleb
in-nuqqasijiet fis-soluzzjoni informali ta’ problemi u biex timmonitorja
l-funzjonament tagħhom fil-prattika. B’mod partikolari, għandha
l-intenzjoni li taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet
interessati biex tiżgura li jiġu stabbiliti għodod ta’ kwalità
għas-soluzzjoni ta’ tilwim kif ukoll proċeduri ta’ medjazzjoni u li dawn
jiffunzjonaw fil-prattika,[20]
u li tiġi stabbilita pjattaforma onlajn tal-UE għall-ilmenti
transkonfinali[21].
Qiegħda tikkunsidra wkoll inizjattiva biex tiffaċilita s-soluzzjoni
ta' problemi relatati mat-tassazzjoni doppja. Il-funzjonament ta’ kuljum tas-Suq Uniku
jiddependi ħafna mill-effiċjenza u mill-kwalità tas-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jimpenjaw
ruħhom biex jiżguraw rikorsi ġudizzjarji rapidi u
effikaċi, inkluż billi jippromwovu l-użu tal-Proċedura
Ewropea għal Talbiet Żgħar[22].
Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa l-portal e-Ġustizzja biex
ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja fl-UE kollha. Barra
minn hekk, għandu jkun hemm kumpens adegwat disponibbli għal
meta n-negozji u ċ-ċittadini jsofru danni minħabba ksur
tad-drittijiet tagħhom fl-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom
jimpenjaw ruħhom ukoll f’azzjonijiet konġunti ta’ sorveljanza tas-suq
u ta’ infurzar, bħalma huma l-azzjonijiet konġunti (“sweeps” -
verifiki sistematiċi) biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli
tal-protezzjoni tal-konsumatur. Fl-aħħar nett, bħala
"l-Gwardjana tat-Trattat", il-Kummissjoni tiżgura l-użu
effikaċi u rapidu tal-istrumenti li għandha
għad-dispożizzjoni tagħha (proċeduri ta' ksur u
proċeduri ta' qabel il-ksur) biex jiġu eliminati l-ostakoli
għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-impjiegi. Il-Kummissjoni se
tiffoka bil-qawwa kollha fuq il-problemi sistematiċi (bħalma hi
t-traspożizzjoni tard, jew mhux korretta) li jeffettwaw il-funzjonament
tas-Suq Uniku b’mod negattiv.
2.4.
Monitoraġġ, koordinazzjoni u kontroll
aħjar
Sal-lum, kemm fl-Istati Membri kif ukoll
fil-Kummissjoni, ir-responsabbiltà li s-Suq Uniku jsir jiffunzjona fil-prattika
hija mxerrda fuq għadd kbir ta' servizzi u entitajiet, fuq il-livelli
kollha. Madankollu, il-prassi tajba
diġà eżistenti f’diversi Stati Membri tindika li l-aħjar
riżultati jinkisbu meta fl-amministrazzjoni nazzjonali jkun hemm entità
waħda biss li tieħu ħsieb tissorvelja u timmonitorja
l-funzjonament tas-Suq Uniku fuq il-livell nazzjonali[23]. Għalhekk, il-Kummissjoni
tirrakkomanda li din il-prassi tajba tiġi segwita kullimkien. B’mod
partikolari, dawn l-entitajiet ta’ koordinazzjoni nazzjonali (“ċentri
tas-Suq Uniku”) għandhom: ·
jimmonitorjaw li t-traspożizzjoni tar-regoli
tas-Suq Uniku ssir f’waqtha u tiġi implimentata b’mod effikaċi (u
jżommu kuntatt kontinwu mal-entitajiet parlamentari nazzjonali rilevanti
dwar dan); ·
jiżguraw li ċ-ċittadini u n-negozji
jkunu informati dwar ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali rilevanti
(b’kollaborazzjoni mal-għodod eżistenti u man-netwerks rilevanti,
bħalma huma n-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi (Enterprise
Europe Network) u n-netwerk taċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej
(European Consumer Centres)); ·
jipprovdu gwida u jippromwovu l-prassi tajba fost
l-amministrazzjonijiet rilevanti; ·
isibu u jiġbru dejta u dokumentazzjoni dwar
il-problemi u l-ostakoli li jimpedixxu l-funzjonament effikaċi tas-Suq
Uniku f'pajjiżhom, u ·
jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt
għall-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn l-entitajiet jistgħu wkoll
jingħataw ir-responsabbiltà li joffru għajnuna tal-aħjar kwalità
f’każijiet fejn isir ksur tad-drittijiet (ara fuq). Il-Kummissjoni se tistabbilixxi netwerk
Ewropew ta’ dawn l-entitajiet nazzjonali billi tagħti mandat ġdid
lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Suq Intern eżistenti biex janalizza
l-kwistjonijiet ta’ integrazzjoni u ta’ governanza tas-Suq Uniku, u billi
tuża pjattaformi onlajn. Naturalment, huma l-Istati Membri li
għandhom jiddeċiedu x’sura istituzzjonali jagħtu lil tali entità
u l-artikulazzjoni tagħha mal-istrutturi eżistenti. Sabiex ikomplu jtejbu l-mod li bih ir-regoli tas-Suq
Uniku jiġu mfassla, trasposti, implimentati u infurzati, l-Istati Membri
għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni biex jiġi
żgurat li: ·
il-qafas leġiżlattiv tas-Suq Uniku jkun
tal-ogħla kwalità u jiffunzjona b’mod effikaċi fil-prattika; ·
tkun disponibbli informazzjoni faċli
għall-utent dwar id-drittijiet tas-Suq Uniku u dwar kif għandhom
jintużaw; ·
in-negozji u ċ-ċittadini jistgħu
jikkonformaw mal-formalitajiet amministrattivi meħtieġa biex
jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-Suq Uniku b'mezzi
elettroniċi; ·
l-amministrazjonijiet li jeħtieġu
komunikazzjoni bejniethom ikunu konnessi b’mod elettroniku; ·
ikun hemm ċentri effikaċi ta’
għajnuna tal-aħjar kwalità fuq il-livell nazzjonali, fejn in-negozji
u ċ-ċittadini jistgħu jirrikorru meta jiltaqgħu ma’
problemi relatati mas-Suq Uniku (“ċentri SOLVIT tat-tieni
ġenerazzjoni”); ·
ikun possibbli rikors rapidu u effikaċi
għall-problemi kollha relatati mas-Suq Uniku; ·
jiġi stabbilit netwerk ta’ “ċentri
tas-Suq Uniku” nazzjonali li jimmonitorja u jissorvelja l-isforzi li jsiru biex
jittejjeb il-funzjonament tas-Suq Uniku. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress li jsir f’dawn l-azzjonijiet
kollha u tevalwa l-prestazzjoni b’mod regolari.
Konklużjoni
Għall-UE, is-Suq Uniku huwa stimulu
għat-tkabbir kif ukoll punt ta’ referiment għall-impenn ta’ riforma
strutturali fl-Istati Membri. Biex jiġi żgurat li l-impetu
imġedded ta' riforma fuq il-livell tal-UE jagħti l-frott tiegħu
jeħtieġ ukoll li jinbidel l-approċċ mil-lat tal-governanza
tiegħu. Dan ifisser li s-sorveljanza politika għandha terġa'
ssir fl-ogħla livell, li kwalunkwe distinzjoni artifiċjali bejn dak
li jseħħ fuq il-livell tal-UE u dak li jseħħ fuq il-livell
tal-Istati Membri tiġi evitata, u li jiġu żviluppati għodod
aktar effiċjenti biex jiżguraw li s-Suq Uniku jkun ta’ servizz
għaċ-ċittadini u n-negozji. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri
jieħdu l-passi meħtieġa biex jimplimentaw dawn l-azzjonijiet u
jikkonformaw mal-miri proposti f’din il-Komunikazzjoni. Il-Kummissjoni se taħdem fi sħubija
mal-Istati Membri biex tgħinhom f'dan, u minbarra l-azzjonijiet
l-oħra li għandha tieħu skont din il-Komunikazzjoni,
il-Kummissjoni se tipprovdi rapport inizjali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku
u l-implimentazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni bħala parti
mill-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013. Anness Oqsma
ewlenin u atti leġiżlattivi li jeħtieġu attenzjoni
speċjali Is-Suq Uniku jikkontribwixxi għat-tkabbir
u għall-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa. Madankollu, l-analiżi
turi li l-benefiċċji li jirriżultaw mill-ħolqien tas-Suq
Uniku jistgħu jkunu ferm aktar kieku jiġu eliminati l-ostakoli u
x-xkiel transkonfinali. Iżda l-qagħda tvarja minn settur
għall-ieħor[24].
Sabiex iseħħ progress rapidu, il-Kummissjoni tipproponi li l-fokus
jitqiegħed fuq setturi jew kwistjonijiet orizzontali fejn integrazzjoni
akbar tas-suq (u għalhekk, funzjonament aqwa tas-Suq Uniku) x’aktarx li
twassal għall-aktar benefiċċji sinifikanti f’termini ta’ tkabbir
u ħolqien tal-impjiegi fl-UE. Abbażi ta’ analiżi ekonomika, l-oqsma
ewlenin identifikati għall-perjodu 2012-2013 huma s-settur tas-servizzi
(inklużi l-kummerċ bl-imnut u l-kummerċ bl-ingrossa, is-servizzi
tan-negozji, il-kostruzzjoni u s-servizzi tal-intermedjazzjoni finanzjarja),
it-trasport, l-ekonomija diġitali u s-settur tal-enerġija.
L-azzjonijiet ewlenin inklużi fl-Att dwar is-Suq Uniku għandhom
jiżdiedu ma' din il-lista, peress li kienu ġew identifikati
bħala miżuri ewlenin meħtieġa biex jistimulaw it-tkabbir,
il-ħolqien tal-impjiegi u l-fiduċja, u minħabba li għandhom
impatt orizzontali biex is-Suq Uniku jiffunzjona aħjar. Dan l-anness jiddeskrivi kif il-Kummissjoni
identifikat l-oqsma ewlenin għall-perjodu 2012-2013. L-anness
jippreżenta wkoll lista tal-aktar atti leġiżlattivi importanti
li jikkonċernaw lil dawn l-oqsma, fejn għandu jsir sforz partikolari
biex jiġu żgurati traspożizzjoni f’waqtha, applikazzjoni xierqa
u infurzar rigoruż. 1. Metodoloġija u kriterji
biex jiġu ddefiniti l-oqsma ewlenin għal titjib fil-funzjonament
tas-Suq Uniku Sabiex tiddefinixxi l-oqsma ewlenin,
il-Kummissjoni għamlet studju komparattiv li fih evalwat il-prestazzjoni
ta' kull settur tal-ekonomija f’kull pajjiż tal-UE27, bi tqabbil ma'
livell ta' prestazzjoni meqjus li jista' jintlaħaq u li hu
rrappreżentat mill-pajjiżi tal-UE li kellhom l-aħjar
prestazzjoni[25].
Dan il-punt ta’ riferiment jindika valutazzjoni inizjali tal-potenzjal mhux
sfruttat tas-Suq Uniku, skont is-settur. Is-setturi jiġu identifikati bl-użu
ta’ erba’ kriterji jew ta’ erba’ “testijiet”: ·
Paragun tal-produzzjoni: Dan it-test huwa
bbażat fuq għażla ta’ indikaturi kwantitattivi li jkopru
l-fatturi ta’ produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi, biex jiġu
identifikati setturi li fihom jidher l-ogħla potenzjal mhux sfruttat biex
jiġi ġġenerat it-tkabbir, billi jqabbel il-prestazzjoni ma' dik
tal-ekonomija bl-aqwa prestazzjoni sinifikanti għal dak is-settur. L-indikaturi
jinkludu l-produttività tax-xogħol, l-innovazzjoni, it-tkabbir
tal-impjiegi u l-kriterji ta’ sostenibbiltà; ·
Importanza ekonomika: Dan it-test janalizza jekk
is-settur huwiex sinifikanti biżżejjed f’termini tad-daqs
tal-ekonomija tant li jħalli impatt mhux negliġibbli fuq it-tkabbir
li kieku jiġu indirizzati r-raġunijiet għall-isfruttament
insuffiċjenti tal-potenzjal; ·
Fatturi dinamiċi: Dan it-test janalizza jekk
is-settur ikunx jidher li diġà qiegħed jindirizza l-potenzjal mhux
sfruttat tiegħu, abbażi ta’ fatturi bħalma huma l-kapaċità
tas-settur li joħloq it-tkabbir tal-impjiegi, u l-possibbiltà tiegħu
li jilħaq il-livelli ta’ riferiment għall-produttività tax-xogħol; ·
Fatturi tas-Suq Uniku: Dan it-test għandu
l-għan li jfittex indikazzjonijiet li t-titjib tas-Suq Uniku jistax
iwassal għall-użu ta’ potenzjal mhux sfruttat. Janalizza aspetti
bħalma huma l-eżistenza ta' leġiżlazzjoni jew regolamenti
differenti bejn l-Istati Membri, is-sodisfazzjon tal-konsumaturi, (in-nuqqas
ta’) kompetittività, (in-nuqqas ta’) integrazzjoni bejn is-swieq
domestiċi, it-tnaqqis fid-domanda għal tul ta’ żmien, u
l-inizjattivi eżistenti ta’ politika. Meta dawn l-erba’ testijiet ġew applikati
għas-67 settur ekonomiku (kif iddefiniti fin-“Nomenklatura
tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunitajiet Ewropej”[26]) li jiffurmaw
l-ekonomija tal-UE, irriżulta li l-oqsma li ġejjin ikollhom l-akbar
potenzjal ta’ tkabbir jekk is-Suq Uniku jsir jiffunzjona aħjar: ·
Is-settur tas-servizzi (inklużi
l-kummerċ bl-imnut u l-kummerċ bl-ingrossa, is-servizzi tan-negozji,
u l-kostruzzjoni) ·
Is-settur tas-servizzi finanzjarji (ta’
intermedjazzjoni) ·
Is-settur tat-trasport
(ferrovjarju, bit-triq, tal-avjazzjoni u marittimu) ·
Is-settur tal-ekonomija diġitali (inklużi l-użu tal-broadband u l-e-kummerċ) Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li
s-settur tal-enerġija għandu jitqies bħala suq ewlieni
fil-politiki tas-Suq Uniku, minħabba r-rwol strateġiku li għandu
bħala settur li jipprovdi servizz essenzjali lil setturi oħra
tal-ekonomija. Il-metodoloġija li ntużat biex
jiġu ddefiniti l-oqsma ewlenin se tiġi riveduta b'mod regolari, fost
l-oħrajn fil-kuntest tal-Proċess tas-Semestru Ewropew. 2. Lista
ta’ atti leġiżlattivi ewlenin Fl-oqsma ewlenin kollha msemmija hawn fuq
ġew adottati, jew se jiġu adottati, atti leġiżlattivi biex
itejbu s-Suq Uniku. Hawn taħt
qed tingħata lista ta’ atti leġiżlattivi ewlenin f’dawn
is-setturi, jiġifieri, atti li għandhom jiġu implimentati, trasposti
u infurzati b’mod xieraq biex jiġi żgurat li l-potenzjal tat-tkabbir
tas-Suq Uniku f’dawn is-setturi jiġi sfruttat bis-sħiħ. Il-Kummissjoni tqis li huma meħtieġa
sforzi u impenji aqwa, kemm min-naħa tal-Istati Membri kif ukoll
min-naħa tal-Kummissjoni, biex is-Suq Uniku jsir jiffunzjona bil-potenzjal
kollu tiegħu. Għal kull att
leġiżlattiv elenkat hawn taħt, jidher spjegat il-mod li bih
il-Kummissjoni biħsiebha taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura
implimentazzjoni xierqa. Fejn ikun
meħtieġ, il-Kummissjoni tuża wkoll is-setgħat ta' infurzar
tagħha kollha biex tiżgura l-konformità sħiħa. Qasam ewlieni || Att leġiżlattiv || Azzjoni proposta Is-settur tas-servizzi || Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern || Sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi kif identifikati fil-Komunikazzjoni dwar is-servizzi, il-Kummissjoni għandha tagħmel sforzi f’diversi oportunitajiet, inkluż waqt laqgħat bilaterali, waqt laqgħat bejn il-pari għal gruppi żgħar ta’ Stati Membri, u permezz ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. Id-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji || Seba’ (7) Stati Membri għadhom ma ttrasponewx id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali (l-iskadenza għat-traspożizzjoni hija t-tmiem tas-sena 2012). Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ssottomettew abbozzi ta’ atti leġiżlattivi għal verifiki informali. Biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva, il-Kummissjoni qiegħda twettaq verifiki sistematiċi tal-konformità tal-leġiżlazzjoni adottata. Barra minn hekk, il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Posta (ERGP) se jkompli jwettaq l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prassi dwar kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni. Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali || Il-Kummissjoni għandha tkompli tiddiskuti l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva u l-funzjonament fil-prattika tagħha mal-Grupp ta’ Koordinaturi Nazzjonali, billi jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prassi. Il-Grupp ta' Koordinaturi Nazzjonali għandu jkompli jimmonitorja l-prestazzjoni, inkluż billi jsegwi r-riżultati tal-istudju komparattiv tal-prestazzjoni. Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali || Il-Kummissjoni tipprovdi għajnuna għat-traspożizzjoni volontarja qabel l-iskadenza tas-16 ta’ Marzu 2013. Diġà talbet lill-Istati Membri darbtejn li jħaffu fl-isforzi biex jadottaw miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Barra minn hekk, ġie stabbilit Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħlas Tardiv u se tiġi mnedija kampanja ta’ informazzjoni fl-Unjoni. Is-settur tas-servizzi finanzjarji (ta’ intermedjazzjoni) || Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u s-sorveljanza prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment (id-“Direttiva dwar ir-Rekwiziti ta' Kapital”) ) - COM(2011) 453, 20.7.2011 || Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-użu attiv tal-għodda tal-IT “Your Question on Legislation” biex tgħin lill-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva. Għandhom jiġu organizzati laqgħat mal-Istati Membri u mal-Awtorità Bankarja Ewropea biex jiffaċilitaw it-traspożizzjoni. Il-Kummissjoni għandha torganizza wkoll workshops u twettaq verifiki sistematiċi tal-konformità tal-leġiżlazzjoni. Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (ir-“Regolament dwar ir-Rekwiziti ta' Kapital”) - COM(2011) 452, 20.7.2011 || Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-użu attiv tal-għodda tal-IT “Your Question on Legislation” biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw ir-Regolament. Għandhom jiġu organizzati laqgħat mal-Istati Membri u mal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009. || Għandhom jiġu organizzati workshops tekniċi fl-ambitu tal-Kunsill tas-SEPA. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-azzjonijiet ta’ akkumpanjament tal-Istati Membri (pereżempju, il-kampanji ta' informazzjoni) permezz tal-Kumitat tal-Pagamenti u permezz tal-Eurosystem, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Kwistjonijiet tekniċi għandhom jiġu diskussi mal-parteċipanti fis-Suq (pereżempju, fil-Grupp Espert tas-Suq tas-Sistemi tal-Ħlasijiet). L-adozzjoni tal-istandards il-ġodda tal-pagamenti minn amministrazzjonijiet pubbliċi għandha tiġi mkejla kull sena (u dan il-kejl se jiġi ppubblikat fuq l-internet). Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) || L-abbozz ta’ “Direttiva Omnibus” (il-proposta COM(2012) 217 finali tas-16 ta’ Mejju 2012) jestendi l-iskadenza għat-traspożizzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-Kummissjoni qiegħda tiżviluppa għodda tal-IT biex timmonitorja t-traspożizzjoni tad-Direttiva tas-Solvibbiltà II mill-Istati Membri u biex issegwi l-implimentazzjoni tagħha. Fl-aħħar nofs tas-sena 2013 għandu jiġi organizzat seminar mal-Istati Membri u l-EIOPA dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva tas-Solvibbiltà II mill-Istati Membri. Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur || Il-Kummissjoni żviluppat linji gwida li għandhom jgħinu lill-Istati Membri biex jużaw l-aspetti tekniċi tad-Direttiva b'mod aktar armonizzat. L-iskadenza għat-traspożizzjoni kienet it-12 ta’ Mejju 2010, u issa, il-Kummissjoni qiegħda twettaq verifiki sistematiċi tat-traspożizzjoni. Qed isiru żewġ studji, wieħed ekonomiku u l-ieħor legali, biex jitħejja r-rapport ta’ implimentazzjoni għall-2013. Is-settur tat-trasport || Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi kif emendata bid-Direttiva 2006/38/KE tas-17 ta’ Mejju 2006 || Id-dati ewlenin għat-traspożizzjoni huma l-2008 u l-2013. Il-Kummissjoni għandha tintensifika l-laqgħat bilaterali minn kmieni mal-Istati Membri li qegħdin jimplimentaw dispożizzjonijiet ġodda għat-taxxi tat-toroq. Fl-2013, għandha taħdem ukoll mal-Kumitat rilevanti biex jiżviluppaw noti ta’ gwida bil-għan li jippromwovu implimentazzjoni aktar uniformi. Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità || Id-dati ewlenin għat-traspożizzjoni huma l-2006 u l-2012. Il-Kumitat dwar il-Ġbir tat-Taxxi tat-Toroq se jintensifika l-ħidma tiegħu. Il-Kummissjoni għandha timplimenta monitoraġġ aktar strett abbażi tal-Artikolu 258 tat-TFEU u l-Artikolu 7h tad-Direttiva 1999/62/KE, u għandha tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prassi permezz ta’ gruppi ta’ esperti u ta’ websajt speċifika. L-Ewwel Pakkett Ferrovjarju: Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità Id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar l-għoti ta' liċenzji għal impriżi ferrovjarji Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà || Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ad-hoc mal-Istati Membri kollha biex tispjega l-ewwel pakkett ferrovjarju. Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (Riformulazzjoni) - COM(2010) 475, 17.9.2010 || Bħala parti mill-għajnuna li toffri għat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta’ implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva. Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju: Proposta leġiżlattiva li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u temenda d-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi ferrovjarji Proposta leġiżlattiva dwar l-aċċess għas-suq ferrovjarju, li timplika l-adozzjoni adegwata tal-acquis attwali għall-aċċess għas-suq ferrovjarju (l-Ewwel Pakkett Ferrovjarju u l-emendi sussegwenti tiegħu) Reviżjoni tar-Regolament dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (ir-Regolament KE 1370/2007) || Wara li l-proposti jiġu adottati (sa tmiem l-2012), il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tniedi studju li jevalwa l-effikaċja fl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti (it-tnaqqis tal-kost u t-tul ta’ żmien tal-proċess tal-awtorizzazzjoni ta’ vetturi ferrovjarji, l-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq għall-impriżi ferrovjarji ġodda). F’dan il-kuntest, se tanalizza wkoll l-implimentazzjoni tar-Regolament 1370/2007, kif rivedut. B’mod partikolari, għandha twettaq analiżi dwar l-impatt fuq is-suq li jħalli r-regola ġdida prevista, li għandu l-għan li jimponi proċeduri ta’ sejħa għall-offerti kompetittivi għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku ferrovjarju. Il-Kummissjoni għandha torganizza workshop(s) biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prassi. Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti || Il-Kummissjoni għandha twettaq verifiki tal-konformità każ b’każ, u fl-2013 tirrapporta dwar is-sitwazzjoni tat-traspożizzjoni fl-Istati Membri. lr-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru || F’Ġunju 2012, il-Kummissjoni għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet u miri ta' prestazzjoni. Il-monitoraġġ, l-istudju komparattiv u r-reviżjoni tal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u ta’ funzjonijiet tan-netwerk għandhom jitwettqu minn Entità ta’ Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni indipendenti. F’Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar il-monitoraġġ, fejn tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni xierqa tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni. F’Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet u miri ta' prestazzjoni. Fl-2013 għandhom jiġu stabbiliti l-miri għat-tieni perjodu ta’ referenza (2015-2019), applikabbli għall-UE kollha. Kif previst fir-regolament dwar il-prestazzjoni, il-Kummissjoni (permezz ta’ proċedura ta’ Komitoloġija) għandha temenda r-regolamenti dwar il-prestazzjoni u t-tariffi fil-bidu tal-2013 biex l-iskema ta’ prestazzjoni tiġi estiża għal sistema “gate-to-gate” kompluta, fejn jiġu ffissati miri fl-erba’ oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin kollha (il-kapaċità, il-kosteffiċjenza, is-sikurezza u l-ambjent). Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri || Id-data għat-traspożizzjoni hija d-19 ta’ Mejju 2012. Il-Kummissjoni għandha tintensifika l-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Membri tul il-proċess ta’ implimentazzjoni kollu tas-“single window” nazzjonali (li għandu jiġi ffinalizzat sal-1 ta’ Ġunju 2015). B’mod partikolari, il-grupp ta’ esperti tal-Istati Membri (eMS) jipprovdi gwida ta’ traspożizzjoni dwar il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni u dwar kwistjonijiet tekniċi speċifiċi (sistemi tal-IT, proċeduri). Il-Grupp jippromwovi l-aħjar prassi u jippreżenta r-riżultati tal-implimentazzjoni. L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima tipprovdi għajnuna teknika lill-Grupp. L-Istati Membri jingħataw aktar appoġġ permezz tal-proġett ta’ riċerka tal-FP7 (eMar). Ir-riżultati jingħataw ukoll lill-grupp tal-eMS, u b’hekk, l-Istati Membri jiksbu għodda biex iħejju għall-implimentazzjoni. Fl-ambitu tas-sejħa tat-TEN-T 2012, hemm previst proġett pilota f’Novembru 2012 għall-implimentazzjoni tas-“single windows” nazzjonali.Konsorzju ffurmat minn 17-il Stat Membru wera l-interess tiegħu li jissottometti proposta għas-sejħa. Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni) || Il-Koordinaturi Ewropej jipprovdu appoġġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-Proġetti Prijoritarji b’mod effikaċi u f’waqthom. Il-Konferenzi annwali fl-ambitu tal-Ġranet TEN-T jipprovdu opportunità għall-iskambju ta’ prassi tajba (il-konferenza li jmiss għandha ssir fil-ħarifa tal-2012). Ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija || Il-kumitat tat-TEN-T għandu jadotta Programmi ta’ Ħidma Annwali u Multiannwali li jistabbilixxu l-prijoritajiet finanzjarji. Is-sejħiet għall-proposti għandhom jiġu mnedija fl-2012 u fl-2013, u għandha tiġi mnedija proċedura għall-għażla tal-proġetti bħala tħejjija għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa wara l-2013. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li torganizza sessjonijiet ta’ informazzjoni (ta' ġurnata) u għandha tipprovdi l-monitoraġġ u l-għajnuna għall-iżvilupp ta' sensiela ppjanata ta' proġetti. L-inizjattiva tal-Bonds Ewropa 2020 għall-Proġetti li għandha temenda r-Regolament (KE) Nru 680/2007 (imsemmi hawn fuq) || Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tat-TEN-T 2012 għandu jiġi emendat fit-tielet kwart tas-sena 2012 biex jiġi pprovdut baġit għal-LGTT (l-Istrument ta' Garanzija fuq is-Self għall-Proġetti TEN-T - “Loan Guarantee Instrument for TEN-T”) biex tiġi ffinanzjata l-fażi pilota tal-bonds għall-proġetti. Il-Kummissjoni għandha taħdem mal-BEI biex tidentifika u tagħżel proġetti għall-fażi pilota tal-bonds għall-proġetti. Lejn nofs is-sena 2013 għandhom isiru studji għar-rapport interim tal-fażi pilota tal-inizjattiva tal-bonds għall-proġetti. Is-settur tas-suq uniku diġitali || Id-Direttiva Nru 2000/31/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern || Bħalissa qiegħda ssir evalwazzjoni profonda tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva (ir-rapport finali huwa mistenni f’Awwissu 2012). Abbażi ta’ dan l-istudju, il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni xierqa. Il-ħidma li ssir fl-ambitu tal-grupp ta’ esperti tal-Istati Membri stabbilit bid-Direttiva għandu jkompli jgħin għall-iżvilupp tal-forniment transkonfinali legali ta’ prodotti u servizzi onlajn. Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personal u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta - COM(2012) 11, 25.1.2012 || Hekk kif jiġi adottat ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tiegħu fil-prattika. Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill || Il-Kummissjoni tipprovdi għajnuna aqwa għal traspożizzjoni permezz ta’ laqgħat ta’ esperti tal-Istati Membri u billi tiżviluppa linji gwida li jgħinu lill-awtoritajiet tal-infurzar biex jimplimentaw b’mod korrett ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/83/UE għas-settur diġitali. Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ - COM(2011) 635, 11.10.2011 || Hekk kif jiġi adottat ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għajnuna biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tiegħu fil-prattika. Is-settur tal-enerġija || Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (id-Direttiva dwar l-Elettriku) || Id-data għat-traspożizzjoni hija t-3 ta’ Marzu 2011. Bħalissa qiegħda ssir analiżi profonda tal-miżuri diġà notifikati. Madankollu, tlettax-il (13) Stat Membru għadhom ma trasponewx id-Direttiva b’mod sħiħ u l-Kummissjoni qiegħda tieħu l-azzjoni xierqa. Il-Kummissjoni għandha tkompli tiddiskuti l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva u l-funzjonament fil-prattika tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali, inkluż mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-enerġija. Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (id-Direttiva dwar il-Gass) || Id-data għat-traspożizzjoni hija t-3 ta’ Marzu 2011. Bħalissa qiegħda ssir analiżi profonda tal-miżuri notifikati. Madankollu, tnax-il (12) Stat Membru għadhom ma trasponewx id-Direttiva b’mod sħiħ u l-Kummissjoni qiegħda tieħu l-azzjoni xierqa. Il-Kummissjoni għandha tkompli tiddiskuti l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva u l-funzjonament fil-prattika tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali, inkluż mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-enerġija. Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE || Id-Direttiva ġiet trasposta fl-Istati Membri kollha; madankollu, qed jiġi evalwat għadd sinifikanti ta' lmenti, u dawn jindikaw il-possibbiltà ta’ kwistjonijiet ta’ konformità. L-implimentazzjoni tad-Direttiva tiġi diskussa b’mod regolari mal-Istati Membri, kemm fuq livell bilaterali kif ukoll fil-qafas ta’ Azzjoni Konġunta. Il-Kummissjoni qiegħda tħejji rapport li jiffoka fuq il-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miri nazzjonali indikattivi tagħhom; madankollu, għandhom jiġu indirizzati wkoll xi kwistjonijiet fir-rigward ta’ implimentazzjoni aktar ġenerali. Id-Direttiva proposta dwar l-Effiċjenza Enerġetika għandha l-għan li tkompli tispeċifika ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/32/KE biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħha. Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) || Id-dati ta’ traspożizzjoni huma: id-9 ta’ Lulju 2012 u d-9 ta' Jannar 2013 (skont id-dispożizzjonijiet). Il-Kummissjoni għandha twettaq verifiki sistematiċi tat-traspożizzjoni hekk kif jagħlqu dawn l-iskadenzi. L-għajnuna għall-implimentazzjoni għandha tingħata permezz ta’ dokumenti ta’ gwida, laqgħat bilaterali regolari mal-Istati Membri u laqgħat tal-gruppi ta’ esperti. Miżuri proposti mill-Kummissjoni
Ewropea skont l-Att dwar is-Suq Uniku I li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill
impenjaw ruħhom li jatuh prijorità, u li l-Kummissjoni se tipprovdi
għajnuna aħjar għat-traspożizzjoni u/jew l-implimentazzjoni
tiegħu: 1. Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Ewropej ta’ Kapital ta' Riskju, 7.12.2011 COM(2011) 860 finali 2011/0417 (COD) 2. Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali u r-Regolament dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, 19.12.2011 COM(2011) 883 finali 2011/0435 (COD) 3. Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, 13.4.2011 COM(2011) 215 finali 2011/0093 (COD) 4. Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi), 29.11.2011 COM(2011) 793 finali 2011/0373 (COD) Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) 29.11.2011 COM(2011) 794 finali 2011/0374 (COD) 5. Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 1.6.2011 COM(2011) 315 finali 2011/0150 (COD) 6. Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, 19.10.2011 COM(2011) 665 finali 2011/0302 (COD) Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE, 19.10.2011 COM/2011/0658 finali - 2011/0300 (COD) Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwidi tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew, 19.10.2011 COM/2011/0650 finali - 2011/0294 (COD) Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE, 19.10.2011 COM/2011/0657 finali - 2011/0299 (COD) 7. Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' identifikazzjoni elettronika u ta' fiduċja għat-transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, 4.6.2012, COM/2012/238 8. Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej, 7.12.2011 COM(2011) 862 finali 2011/0418 (COD) 9. Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, 13.4.2011 COM(2011) 169 finali 2011/0092 (CNS) 10. Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, Brussell, 21.3.2012 COM(2012) 131 final 2012/0061 (COD) Il-Proposta għal Regolament tal-Kusill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li tagħti servizz, 21.3.2012 COM(2012) 130 finali 2012/0064 (APP) 11. Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, 25.10.2011 COM(2011) 684 finali 2011/0308 (COD) 12. Il-Proposta għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku, 20.12.2011 COM(2011) 896 final 2011/0438 (COD) [1] Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal
tal-Kummissjoni “Nagħmlu Suċċess mis-Suq Uniku - Kontroll
Annwali fuq il-Governanza 2011”, SWD(2012) 25 finali, 24.2.2012. [2] Pereżempju, ara d-Dokument ta'
Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni "The Single Market through the
lens of the people: A snapshot of
citizens' and businesses' 20 main concerns", SEC(2011) 1003 finali,
16.8.2011. [3] Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni
tad-Direttiva dwar is-Servizzi: A partnership
for new growth in services 2012-2015" (Sħubija għal tkabbir
ġdid fis-servizzi 2012-2015), COM(2012) 261. [4] Rapport mill-Grupp ta’ Livell
Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti dwar Piżijiet
Amministrattivi, il-15 ta’ Novembru 2011. [5] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament
Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-governanza u s-sħubija
fis-Suq Uniku (2010/2289(INI) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew
tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-Suq Uniku
għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (2010/2011(INI). [6] Id-defiċit
għat-traspożizzjoni jkejjel l-għadd ta' Direttivi li ma
ġewx trasposti f’waqthom. [7] Id-defiċit għall-konformità
jkejjel l-għadd ta’ Direttivi li għalihom ikunu nbdew proċeduri
ta’ ksur għan-nuqqas ta’ konformità. [8] Minħabba l-importanza tagħhom
għat-tkabbir, il-Kummissjoni tqis li fil-każ tal-atti
leġiżlattivi l-ġodda inklużi fl-Anness, l-Istati Membri
għandhom jaċċettaw li jmorru lil hinn mill-ftehim li jidher
fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta
tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni
(2011/C 369/02). [9] Ikkalkulat mid-data li fiha
l-Kummissjoni tibgħat ittra ta’ tqegħid fil-mora sat-tmiem
tal-fażi ta’ qabel il-litigazzjoni. [10] Meta jitqies il-fatt li, f’xi
każijiet kumplessi, perjodu itwal għall-implimentazzjoni jkun
ġustifikat (ara l-Kawża C 278/01, Il-Kummissjoni v. Spanja,
il-25 ta’ Novembru 2003, b’mod partikolari l-paragrafi 43
ff.). [11] Ara r-Rapport mill-Kummissjoni
lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “L-imminimizzar tal-piż regolatorju
għall-SMEs - L-adattament tar-regolamentazzjoni tal-UE
għall-bżonnijiet tal-intrapriżi mikro”, COM(2011) 803
finali, 23.11.2011. [12] Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib
fil-funzjonament tas-Suq Uniku (2009/524/KE) u l-Komunikazzjoni “L-Att dwar
is-Suq Uniku – 12-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar
tal-fiduċja: Flimkien għal
tkabbir ġdid”, COM(2011) 206 finali, 14.4.2011. [13] Ara l-Komunikazzjoni “Regolamentazzjoni
Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea”, COM(2010) 543 finali,
8.10.2010, u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar
tal-liġijiet (2003/C 321/01). [14] Ara r-Rapport “L-imminimizzar
tal-piż regolatorju għall-SMEs - L-adattament tar-regolamentazzjoni
tal-UE għall-bżonnijiet tal-intrapriżi mikro”, supra. [15] Pereżempju, il-Forum
taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija. [16] Għal dan l-iskop, l-Istati Membri
għandhom ikomplu jiżviluppaw il-Punti ta' Kuntatt Uniċi
tagħhom; ara r-rapport dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar
is-Servizzi li ġie adottat illum. [17] Ara l-proposta għal Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva
permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, COM(2011) 522. [18] Ara wkoll il-programm għal
soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet
pubbliċi Ewropej, id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009. [19] Ara d-dokument ta’ ħidma
tal-persunal tal-Kummissjoni “Ir-rinfurzar tas-soluzzjoni effettiva
tal-problemi fis-Suq Uniku – inħollu l-potenzjal tas-SOLVIT
fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tiegħu", SWD(2012) 33 finali,
24.2.2012. [20] Ara d-Direttiva 2008/52
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar
ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali; Proposta għal Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn tat-tilwim għat-tilwim
tal-konsumaturi - COM(2011) 793 finali. [21] Ara l-Proposta għal Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn tat-tilwim
għat-tilwim tal-konsumaturi - COM(2011) 794 finali. [22] Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li
jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. [23] Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib
fil-funzjonament tas-Suq Uniku - 2009/524/KE. [24] Monitoraġġ tas-suq tal-prodotti, il-Kummissjoni Ewropea,
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
(2010b). [25] Preżentazzjoni komprensiva tal-metodoloġija proposta flimkien
mar-riżultati kwantifikati tagħha għandha tingħata
fl-istudju “cost of non-Europe” li bħalissa qiegħed jitħejja
għall-Kummissjoni mill-London Economics u minn PWC taħt
is-superviżjoni tal-BEPA u li għandu jiġi ppubblikat
fil-ħarifa tal-2012. [26] Nomenklatura tan-NACE, fil-livell ta’ 2
ċifri.