OPINJONI TAL-KUMMISSJONI dwar abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew favur li jiġu eżaminati l-emendi proposti tat-Trattati dwar iż-żieda ta' Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika Ċeka /* COM/2012/0197 final */
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI dwar abbozz ta’ deċiżjoni
tal-Kunsill Ewropew favur li jiġu eżaminati l-emendi proposti
tat-Trattati dwar iż-żieda ta' Protokoll dwar l-applikazzjoni
tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika
Ċeka IL-KUMMISSJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 48(3) tiegħu, Billi: (1) Fil-laqgħa tal-Kunsill
Ewropew fid-29 u t-30 ta’ Ottubru 2009 il-Kapijiet ta’ Stat jew tal-Gvern, wara
li qiesu l-pożizzjoni meħuda mir-Repubblika Ċeka, qablu li,
fil-mument tal-konklużjoni tat-Trattat tal-Adeżjoni li jmiss,
it-Trattati għandhom ikunu emendati fis-sens li mat-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)
jiġi mehmuz Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet
Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika Ċeka. Dak
il-Protokoll għandu jipprovdi li l-Protokoll Nru 30 dwar l-applikazzjoni
tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għall-Polonja u
għar-Renju Unit japplika wkoll għar-Repubblika Ċeka. F’dak
ir-rigward, il-Kunsill Ewropew fakkar li d-dħul fis-seħħ
tat-Trattat ta’ Lisbona jirrikjedi r-ratifika minn kull wieħed mis-27 Stat
Membru skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom u
saħaq mill-ġdid fuq id-determinazzjoni tiegħu biex jara li
t-Trattat jidħol fis-seħħ sa tmiem l-2009. Wara li ġie
rratifikat mir-Repubblika Ċeka fit-13 ta’ Novembru 2009, it-Trattat ta’
Lisbona daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009. (2) Fil-5 ta’ Settembru 2011,
il-Gvern Ċek ressaq proposta lill-Kunsill, skont l-Artikolu 48(2) tat-TUE,
biex it-Trattati jiġu emendati biex jiddaħħal Protokoll dwar
l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
għar-Repubblika Ċeka. (3) Il-President tal-Kunsill
Ewropew kiteb lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Ottubru 2011 fejn talab l-opinjoni
tagħha dwar dik il-proposta. (4) F’konformità mal-ewwel
subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-TUE il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali
tal-UE għandu jkollhom l-istess valur legali bħat-Trattati. It-tieni
subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-TUE tiċċara li din il-Karta
m’għandha bl-ebda mod testendi l-kompetenzi tal-Unjoni kif definiti
mit-Trattati. F’konformità mal-Preambolu, il-Karta tafferma mill-ġdid,
b’rigward debitu lejn il-kompetenzi u l-kompiti tal-Unjoni kif wkoll lejn
il-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-drittijiet kif jirriżultaw, b'mod
partikolari, mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali u mill-obbligi internazzjonali
komuni għall-Istati Membri, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni
tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Karti Soċjali
adottati mill-Unjoni u mill-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll il-ġurisprudenza
tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea
tad-Drittijiet tal-Bniedem. Għandu l-għan li jsaħħaħ
il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali billi dawk id-drittijiet isiru iktar
viżibbli. F’konformità mal-Artikoli 51(1) tagħha, il-Karta hija
“intiża għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji
tal-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u għall-Istati
Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni”. (5) L-Artikolu 1(1) tal-Protokoll
Nru 30 jistipula li l-Karta ma testendix l-abbiltà tal-Qorti tal-Ġustizzja
tal-Unjoni Ewropea, jew ta’ xi qorti jew tribunal tal-Istati Membri li
l-Protokoll Nru 30 japplika għalihom, li jiddeċiedu li
l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet, prattiċi
jew azzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li tapplika għalihom
ikunu inkonsistenti mad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji
fundamentali li hija tafferma. F’konformità mal-Artikolu 1(2) tal-Protokoll Nru
30, xejn fit-Titolu IV tal-Karta ma joħloq drittijiet ġustizzjabbli
applikabbli għall-Polonja u għar-Renju Unit, ħlief safejn dawn
l-Istati Membri ikunu pprovdew tali drittijiet fil-liġi nazzjonali
tagħhom. Fl-aħħarnett, l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 30
jipprovdi li sa dak il-punt li dispożizzjoni tal-Karta tirreferi
għall-prattiki u l-liġijiet nazzjonali, dan għandu japplika
għall-Polonja jew għar-Renju Unit biss sal-punt li d-drittijiet jew
il-prinċipji li jinsabu fih ikunu rikonoxxuti fil-liġijiet jew
fil-prattiki ta’ dawn l-Istati Membri. (6) Il-Protokoll Nru 30 huwa bla
ħsara għall-obbligi l-oħra tal-Polonja u tar-Renju Unit
taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea - u b’mod partikolari l-Artikolu
6(3) tiegħu, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u
l-liġi tal-Unjoni b’mod ġenerali. F’dan ir-rigward għandu
jiġi nnotat li hija biss il-Karta li tirrafferma d-drittijiet,
il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti fl-Unjoni u li jagħmel dawk
id-drittijiet aktar viżibbli. L-għan tal-Protokoll Nru 30 huwa li
tiġi ċċarata l-applikazzjoni tal-Karta fejn jidħlu
l-liġijiet u l-azzjoni amministrattiva ta’ dawn l-Istati Membri kif ukoll
il-ġustizzjabbiltà tagħha f’dawn l-Istati Membri. (7) Il-Kummissjoni tinnota li
l-ftehim fost il-Kapijiet ta’ Stat jew tal-Gvern fuq emenda tat-Trattati dwar
iż-ieda ta’ Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet
Fundamentali tal-UE lir-Repubblika Ċeka ntlaħaq f’kuntest
speċifiku. TAT OPINJONI FAVOREVOLI dwar abbozz ta’ deċiżjoni
tal-Kunsill Ewropew favur li jiġu eżaminati l-emendi proposti
tat-Trattati dwar iż-żieda ta' Protokoll dwar l-applikazzjoni
tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika
Ċeka Din l-opinjoni
hija indirizzata lill-Kunsill Ewropew.