RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL li jivvaluta l-progress irrappurtat mill-Italja lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-irkupru tal-tal-imposta addizzjonali dovuta mill-produtturi tal-ħalib għall-perjodi 1995/96 sal-2001/02 (skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/530/KE) /* COM/2012/0191 final */
RAPPORT
TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL li jivvaluta l-progress irrappurtat
mill-Italja lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-irkupru
tal-tal-imposta addizzjonali dovuta mill-produtturi tal-ħalib
għall-perjodi 1995/96 sal-2001/02
(skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/530/KE) Dan ir-rapport ta'
valutazzjoni qed isir mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/530/KE
tas-16 ta' Lulju 2003 dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni
tal-għajnuna li r-Repubblika Taljana beħsiebha tagħti
lill-produtturi tal-ħalib tagħha. Skont
l-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni, l-għajnuna, li
tikkonsisti f'pagament mir-Repubblika Taljana nfisha, tal-ammont dovut
mill-produtturi tal-ħalib lill-Unjoni b'riżultat tal-imposta
addizzjonali fuq il-ħalib għall-perjodu 1995/96 sal-2001/02, u
billi tippermetti lil dawn il-produtturi jħallsu d-dejn tagħhom
fil-forma ta' pagament diferit imqassam fuq għadd ta' snin mingħajr
imgħax, hija meqjusa kompatibbli b’mod eċċezzjonali mas-suq
komuni, bil-kundizzjoni li: –
il-produtturi jħallsu lura l-ammont kollu,
f'pagamenti annwali tal-istess daqs, u –
il-perjodu ta' ripagament ma jaqbiżx
l-erbatax-il (14) sena, li jibdew
mill-1 ta' Jannar 2004. Skont
l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni, l-għajnuna tingħata biss
bil-kundizzjoni li l-Italja tiddikjara l-imposta addizzjonali kollha
għall-perjodi kkonċernati lill-FAEGG u billi tnaqqas id-dejn li
jifdal permezz ta' tliet pagamenti annwali tal-istess daqs min-nefqa
ffinanzjata mill-FAEGG għal Novembru 2003, Novembru 2004 u
Novembru 2005 rispettivament. Id-dikjarazzjoni
mill-Italja tal-imposta addizzjonali totali għall-perjodi kkonċernati
twettqet kif suppost permezz ta' ittra tas-26 ta' Awwissu 2003. It-tnaqqis tad-dejn
li jifdal sar kif suppost min-nefqa ffinanzjata mill-FAEGG għal
Novembru 2003, 2004 u 2005. L-Artikolu 3
tad-Deċiżjoni jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti Taljani
jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kull sena dwar il-progress li
jkunu għamlu fl-irkupru tal-ammont dovut mill-produtturi b'riżultat
tal-imposta addizzjonali għall-perjodu 1995-96 sal-2001-02. L-awtoritajiet
Taljani ressqu s-seba’ rapport tagħhom skont din id-dispożizzjoni
lill-Kummissjoni permezz ta' ittra mill-AGEA (Agenzia per le erogazioni in
agricoltura) tal-31 ta' Ottubru 2011 li tikkonċerna
l-ħlas parzjali tal-2010. Pagament
tal-imposta skont il-faċilità tal-pagament parzjali Minn total ta'
madwar 23 140 produttur li issa jridu jħallsu l-imposta
għas-7 perjodi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill, imma li
ngħataw ordni mill-qrati nazzjonali biex jitwaqqfu l-pagamenti sakemm
tittieħed deċiżjoni finali, 15 433 minnhom
għażlu li jħallsu permezz tal-iskema tal-pagament parzjali.
L-għażla li jħallsu permezz tal-iskema tal-pagament parzjali fissret
l-irtirar tal-litigazzjoni pendenti kollha. Barra minn hekk, jekk produttur
jonqos milli jħallas xi wieħed mill-pagamenti parzjali fis-sena
jiġi eskluż mill-iskema, u konsegwentement jesponi lill-produtturi
fit-teħid tal-ammont kollu dovut bl-imgħax. Il-15 433
produttur parteċipant kellhom jagħtu madwar EUR 345 miljun
bejniethom fl-2004 qabel ma tħallas l-ewwel pagament parzjali, li
jirrappreżenta madwar kwart mill-ammont kollu tal-imposta li għad
trid titħallas fil-livell tal-produtturi. B'hekk jidher li
l-maġġoranza tal-produtturi responsabbli għal-livelli aktar
baxxi ta' kunsinni individwali eċċessivi għażlu li
jidħlu f'din l-iskema. Min-naħa l-oħra, il-produtturi b’kunsinni
individwali eċċessivi aktar sinifikanti, (madwar 8000 produttur
li nħarġilhom kont minħabba li kienu għadhom iridu
jagħtu madwar EUR 1 biljun f'imposta dovuta fuq is-seba'
perjodi), minflok ippreferew li ma jidħlux fl-iskema ta' pagament
parzjali. Madankollu, jekk jogħġbok innota li matul l-2010,
l-awtoritajiet Taljani laqgħu madwar 69 applikazzjoni ġdida
għal pagamenti parzjali, li kienu jammontaw għal bejn wieħed u
ieħor EUR 1.2 miljun. Is-seba' pagament
parzjali kellu jitħallas minn 11 406 produttur għal ammont
totali ta' EUR 24 331 454.59 qabel
il-31 ta' Diċembru 2010. Il-verifiki li twettqu
mill-awtoritajiet Taljani juru li matul l-2010, 10 802 produttur
ħallsu kif xieraq l-ammonti f’total ta’ EUR 22 040 163.61.
Dan ifisser li 95 % tal-produtturi ħallsu 90.5 % tal-imposti
fil-ħin skont is-seba’ pagament parzjali. Kien ġie rreġistrat li
l-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba' u l-ħames pagament parzjali kien
sar fil-ħin għal 99.6 %, 97.9 %, 99.5 %, 99.7%,
96.4 % u 96.2% tal-ammonti dovuti rispettivament. Għalhekk, l-imposta
kollha miġbura fl-ewwel seba’ pagamenti parzjali tammonta għal madwar
EUR 175 miljun (madwar 98 % tal-ammont totali dovut). Filwaqt li dawn
il-livelli huma ċertament indikattivi tal-impenn min-naħa
tal-produtturi parteċipanti fit-twettiq tal-obbligi tagħhom,
il-Kummissjoni tqis li l-azzjoni ta' segwitu meħuda f'dawk
il-każijiet fejn il-pagament ma sarx fil-limitu taż-żmien
stipulat hija sinjal ċar tal-livell ta' impenn min-naħa
tal-awtoritajiet sabiex jiżguraw li jitħarsu l-kundizzjonijiet
tal-iskema kif suppost u li fl-aħħar nett tinġabar l-imposta
kollha dovuta. Fir-rigward
tas-seba’ pagament parzjali, il-pagamenti ma ġewx identifikati
għas-604 produtturi li fadal għal valur ta'
EUR 2 291 279.38. Għas-sitt
perjodu tal-pagament parzjali 148 produttur naqsu milli jagħmlu
l-pagament li jikkorrispondi għal EUR 921 417.20
sal-aħħar tal-2009. Skont informazzjoni li waslet mill-awtoritajiet
Taljani, dawn il-każijiet kollha kienu notifikati mill-awtoritajiet
ċentrali lill-awtoritajiet reġjonali rilevanti sabiex jiġi
infurzat il-pagament tal-ammont sħiħ dovut mar-rata tal-imgħax
'il barra mill-iskema tal-faċilità tal-pagament parzjali. Mill-148 produttur
li għall-ewwel kienu maħsuba li ma ħallsux, wara ntwera li
23 minnhom biss kienu fil-fatt għadhom ma ħallsux. Dan
irriżulta fir-revoka tal-possibbiltà li l-pagament jitħallas b'mod
parzjali għal dawn il-produtturi u t-tnedija tal-proċeduri ta' rkupru
infurzat. Il-Kummissjoni bdiet
ukoll proċedura ta’ għajnuna lill-Istat kontra l-Italja[1], fir-rigward ta’ decreto-legge Nru 255
tad-29 ta’ Diċembru 2010, approvata b’emendi
bil-liġi Nru 10 tas-26 ta’ Frar 2011, li
pposponiet l-iskadenza għall-pagament tal-imposti għall-kampanji
tal-1995-1996 u 2001-2002 (mistenni bi prinċipju
għall-31 ta’ Diċembru 2010 skont l-iskema tal-2003
approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/530/KE)
sat-30 ta’ Ġunju 2011 (ara l-Artikolu 2(12k)). Tali posponiment
huwa infatti f’kunflitt mal-Artikolu 1, l-ewwel inċiż
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/530/KE, skont kif
għandhom jitħallsu l-pagamenti fuq bażi ta' kull sena, u
għalhekk jikkostitwixxi għajnuna ġdida u illegali tal-Istat
skont it-tifsira tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Imposta dovuta
għall-perjodi 1995-96 sal-2001-02 li ma ddaħħlitx fl-iskema
tal-pagament parzjali Saret referenza
għall-fatt li l-faċilità tal-pagament parzjali ntużat
relattivament ftit f'termini tal-ammont ta' imposta mdaħħla. Madwar
tliet kwarti tal-ammonti kumplessivi li kien għad fadal mill-imposti mhux
imħallsa għall-perjodu kkonċernat għadhom ma
ddaħħlux fl-iskema tal-faċilità tal-pagament parzjali. L-imposta
li mhix koperta bl-iskema tal-2003 tikkorrispondi (skont l-aħħar
ċifri disponibbli minn April 2010) għal
EUR 767 miljun, u madwar 91 % ta' dan l-ammont, jiġifieri
madwar EUR 701 miljun, qiegħed minflok jiġi kkontestat
fil-qrati Taljani. Fir-rapporti
preċedenti ta' valutazzjoni li kienu ppreżentati lill-Kunsill,
il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li r-rapporti annwali ppreżentati
mill-Italja għandhom jindirizzaw b'mod speċifiku l-kawżi marbuta
mas-seba' perjodi kkonċernati u għandhom jipprovdu dettalji li
jikkonfermaw il-pagament min-naħa tal-produtturi li tilfu l-kawża tagħhom
fil-qorti. Mingħajr tali indikazzjonijiet, il-Kummissjoni mhijiex
f'pożizzjoni li tagħmel monitoraġġ korrett tal-progress
fil-ġbir ta' dik il-parti tal-imposta li ma ddaħħlitx
fil-faċilità tal-pagament parzjali. Madanakollu,
ir-rapport dwar ir-seba’ ħlas ma fih l-ebda informazzjoni dwar dawn
il-proċeduri tal-qorti. Minkejja dan, xi
informazzjoni addizzjonali li rċevew l-awtoritajiet Taljani
f’April 2010 bħala risposta għal talba tal-Kummissjoni turi li
l-amministrazzjoni Taljana kienet rebbieħa f'għadd ta' każijiet
li jikkorrispondu għal madwar EUR 13 miljun. Il-ġabra
attwali ta’ dawn l-ammonti tikkorrispondi għal EUR 6.8 miljun, u
madwar EUR 580 miljun għadhom qed jiġu kkontestati quddiem il-qrati
Taljani. B’dispjaċir, l-awtoritajiet Taljani naqsu milli jipprovdu,
fil-komunikazzjoni tagħhom tat-2 ta' Frar 2011,
iċ-ċifri aġġornati dwar dawn il-proċeduri tal-qorti .
Rigward is-sistema introdotta fl-2009 ta' rimborż ta' imposti
minħabba r-rata ta' interess daqs ir-rata ta' referenza għall-Unjoni
miżjuda b'diversi punti ta' persentaġġ, 332 debitur
ippreferew lilha (għal total ta' EUR 90.5 miljuni), filwaqt li
1774 debitur ma ppreferewhiex (għal total ta’ EUR 535 miljun). Il-Kummissjoni
tesprimi dispjaċir kbir li ma sarx biżżejjed progress
fil-ġbir tal-parti tal-imposta li ma kinitx iddaħħlet
fil-faċilità tal-pagament parzjali, u hija diżappuntata wkoll
bil-livell ta' informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani, li mhuwiex
suffiċjenti. Il-progress bil-mod huwa marbut kemm mat-tul
tal-proċeduri tal-qorti kif ukoll, minħabba f'hekk, mat-tul
tal-irkupru tas-somom fejn il-każijiet tal-qorti tlestew (ir-rapport
Taljan dwar is-sitt pagament parzjali ma fihx informazzjoni dwar l-irkupru,
iżda informazzjoni preċedenti mressqa bħala tweġiba
għal talba tal-Kummissjoni turi li kienu nġabru biss xi
EUR 6.8 miljun sal-2010 wara proċeduri tal-qorti li kellhom
suċċess). Barra minn hekk, iċ-ċifri li jirrappreżentaw
il-ġbir tal-imposta li fil-fatt qatt ma kienet ikkontestata, u
għalhekk immedjatament rekuperabbli, jirriflettu nuqqas fil-proċess
reali tal-ġbir (madwar EUR 18 miljun minn
EUR 66 miljun imposta li qatt ma kienu kkontestati, sal-2010 għadhom
ma nġabrux). Il-Kummissjoni qed
tkompli ssegwi mill-qrib il-proċess ta' rkupru fl-Italja, b’mod
partikolari l-irkupru tal-imposta li mhijiex koperta mill-iskema
tal-faċilità tal-pagament parzjali. F'diversi okkażjonijiet
is-servizzi tal-Kummissjoni esprimew l-osservazzjonijiet tagħhom
(inklużi r-rimarki negattivi) lill-awtoritajiet Taljani u talbu informazzjoni
dettaljata dwar aspetti differenti li jikkonċernaw l-irkupru tal-imposta
tal-ħalib u l-imġiba tal-awtoritajiet Taljani quddiem il-qrati
Taljani. Konklużjoni Il-Kummissjoni tqis
li l-progress li sar mill-awtoritajiet Taljani fl-irkupru tal-ammont dovut
mill-produtturi li għażlu li jissieħbu fl-iskema tal-pagament
parzjali approvata mill-Kunsill fl-2003 għall-perjodi 1995-96 sal-2001-02
juri l-ġestjoni relattivament xierqa tagħha. Madanakollu, is-servizzi
tal-Kummissjoni nnutaw ukoll li l-ħlas tas-seba' pagament parzjali
ġie rreġistrat fil-ħin għal 90.5%, li huwa l-aktar baxx
fost is-seba’ pagamenti parzjali kollha (pagament fil-ħin tal-ewwel,
it-tieni, it-tielet, ir-raba’, il-ħames, u s-sitt pagament parzjali qabel
kienu ġew irreġistrati għal 99.6%, 97.9%, 99.5%, 99.7%, 96.4% u
96.2% tal-ammonti dovuti rispettivament). Barra minn hekk, il-Kummissjoni
tiddeplora li fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni ta’ ammonti li
effettivament inġabru mingħand produtturi parteċipanti li naqsu
milli jagħmlu pagamenti parzjali u li b'hekk ġew esklużi minn
aktar parteċipazzjoni, mhix f'pożizzjoni li tivvaluta
d-diliġenza użata jew il-progress li sar fil-ġbir ta' imposta
korrispondenti. Il-Kummissjoni titlob, kif diġà esprimiet f’rapporti ta’
stima preċedenti, li huwa indispensabili li rapporti futuri
mill-awtoritajiet Taljani jkun fihom informazzjoni dettaljata suffiċjenti
dwar tali ġabra. Rigward l-ammonti
ta’ imposta li ma ddaħħlux fl-iskema ta’ pagamenti parzjali u rigward
il-litigazzjoni li qed titwettaq quddiem il-qrati Taljani, il-Kummissjoni
diġà stqarret, fir-rapporti ta’ stima ppreżentati lill-Kunsill
fl-2010 u l-2011, in-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħha rigward il-progress
bil-mod ħafna fl-irkupru tal-imposti tal-kwota tal-ħalib, u
kkunsidrat li l-irkupru tal-imposti b'dan il-mod jeħtieġ li jittejjeb
b'mod sinifikanti. Fin-nuqqas ta’
informazzjoni biżżejjed dettaljata mill-awtoritajiet Taljani, kif
imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni sabiex timmonitorja
l-progress kif xieraq fil-ġbir tal-parti ta’ dik l-imposta li ma kinitx
iddaħħlet fil-faċilità tal-pagament parzjali. Madanakollu, xi
informazzjoni limitata li waslet fi Frar 2012 mill-awtoritajiet Taljani
turi li – minkejja xi titjib – l-ebda żvilupp ewlieni ġdid ma
ġie nnutat u l-effettività tal-liġi tal-UE f’dan il-każ hija ’l
bogħod ħafna milli tinkiseb b’ammont daqshekk kbir ta’ imposti li tul
perjodu daqshekk twil ta’ żmien għadhom ma tħallsux.
Il-Kummissjoni tistenna – kif diġà ntalab fir-rapporti ta’ stima
preċedenti – li r-rapporti annwali futuri jiddokumentaw l-evoluzzjoni
tal-litigazzjoni esperjenzata fil-perjodi 1995/96 sal-2001/02 u l-2003/04 sa
l-2008/09, u l-eżekuzzjoni ta’ ġudizzji finali li jikkonfermaw
l-imposta dovuta. [1] SA.33726