52012DC0100

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) /* COM/2012/0100 final */


WERREJ

1........... Daħla............................................................................................................................. 3

2........... In-Netwerk CPC: L-iżviluppi riċenti fil-qafas legali u istituzzjonali..................................... 4

2.1........ Il-qafas ġuridiku.............................................................................................................. 4

2.2........ L-iżviluppi riċenti fil-qafas istituzzjonali............................................................................. 4

2.3........ Is-sistema CPC.............................................................................................................. 5

2.4........ Riżorsi allokati lin-Netwerk CPC.................................................................................... 6

2.5........ Il-Kumitat CPC.............................................................................................................. 6

3........... In-Netwerk CPC: Ħafna titjib iżda għad baqa' ħafna xi jsir............................................... 7

3.1........ Xejriet Statistiċi matul il-perjodu ta' referenza.................................................................. 7

3.2........ Valutazzjoni ġenerali....................................................................................................... 8

3.3........ In-Netwerk CPC: sforzi ulterjuri meħtieġa....................................................................... 9

4........... Oqsma oħra ta' kooperazzjoni: Attivitajiet komuni u l-iskambju ta’ uffiċjali...................... 11

4.1........ Attivitajiet komuni u l-iskambju ta’ uffiċjali..................................................................... 11

4.2........ Kooperazzjoni internazzjonali........................................................................................ 11

5........... Konklużjonijiet u prospettivi għall-ġejjieni...................................................................... 12

5.1........ Konklużjonijiet............................................................................................................. 12

5.2........ Prospettivi għall-ġejjieni................................................................................................ 13

ANNESS................................................................................................................................... 15

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)

1. daħla

Is-suq intern sar parti mill-ħajja ta' kuljum tal-konsumaturi kull meta jixtru oġġetti u servizzi. Sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji potenzjali u l-opportunitajiet ġodda li dan joffri f'termini ta' għażla, kwalità u prezz, il-konsumaturi Ewropej iridu jħossuhom fiduċjużi dwar il-fatt li d-drittijiet tagħhom qed jiġu protetti kull fejn jagħżlu li jixtru. Dan huwa partikolarment minnu għad-dimensjoni onlajn tas-suq intern.

Ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur[1] ("ir-Regolament") ġie adottat fl-2004 b'dak l-iskop. Huwa jistabbilixxi qafas li jippermetti l-infurzaturi fl-Istati Membri biex jaħdmu mill-qrib flimkien sabiex malajr u effettivament iwaqqfu l-prattiki kummerċjali li jiksru l-liġijiet dwar il-konsumatur kull meta l-konsumaturi u l-kummerċjanti huma stabbiliti f'pajjiżi differenti. Lin-negozji, ir-Regolament jiggarantixxilhom kundizzjonijiet indaqs u joffrilhom l-assigurazzjoni li negozjanti diżonesti jitkeċċew mis-suq.

Ir-rapport preżenti huwa mitlub mill-Artikolu 21 tar-Regolament li jipprovdi għal evalwazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu fuq bażi biennali. Ir-rapport preżenti jkopri s-snin 2009 u 2010. Huwa t-tieni rapport biennali stabbiliti mill-Kummissjoni[2].

Ir-rapport jorbot kemm l-istima tal-Kummissjoni tal-iżviluppi kif ukoll ir-rispons li jasal mingħand l-Istati Membri fil-forma ta' rapporti nazzjonali mressqa lill-Kummissjoni matul l-ewwel kwart tal-2011. Jiffoka fuq l-operazzjonijiet tan-netwerk CPC stabbilit bir-Regolament u jeżamina, b'mod partikolari, jekk in-nuqqasijiet identifikati fir-rapport biennali tal-Kummissjoni tal-2009 ġewx rettifikati kif xieraq.

Ir-rapport għandu wkoll jinqara fil-kuntest ta' riflessjoni kontinwa dwar is-suċċess tar-Regolament fir-realizzazzjoni tal-għan tiegħu li jtejjeb il-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi[3].

2. In-Netwerk CPC: L-iżviluppi riċenti fil-qafas legali u istituzzjonali 2.1. Il-qafas ġuridiku

Il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni tar-Regolament japplikaw biss għall-infurzar tal-atti ġuridiċi elenkati fl-Anness tiegħu.

Mill-adozzjoni tar-Regolament fl-2004, diversi proposti leġiżlattivi rriżultaw f'bidliet lill-Anness, prinċipalment sabiex il-lista ta' atti ġuridiċi tespandi (eż. l-inklużjoni f'Novembru tal-2009 tal-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi[4]). Ġew introdotti aktar tibdiliet bil-bidla fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar reklamar qarrieqi u komparattiv[5] u r-revoka tad-Direttiva 87/102/KEE dwar krediti tal-konsumatur.

Biex telimina kull ambigwità potenzjali dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva[6] fl-2010 li ġiet adottata fl-14 ta’ Settembru 2011 u li mmodifikat l-Anness tar-Regolament sabiex jirrifletti l-bidliet kollha li seħħew mill-2004 'l quddiem. Din għandha ġġib ċarezza legali, b'mod partikolari, dwar l-inklużjoni tad-Direttiva l-ġdida 2008/48/KE[7] dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur[8].

2.2. L-iżviluppi riċenti fil-qafas istituzzjonali

In-Netwerk CPC huwa magħmul mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar li huma notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. Il-lista ta’ dawn l-awtoritajiet hija ppubblikata kull sena fil-Ġurnal Uffiċjali[9].

Mill-2009, in-Netwerk f’termini ġenerali laħaq fażi aktar stabbli f'termini tal-qafas istituzzjonali tiegħu, filwaqt li l-ewwel sentejn tal-operat kienu mmarkati mill-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jistabbilixxu kompletament in-Netwerk CPC.

Xi bidliet fl-Anness tar-Regolament deskritti hawn fuq kellhom impatt fuq in-Netwerk: (1) l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tad-Direttiva 2008/48/KE dwar ftehim ta' kreditu għal konsumatur kienu esklużi temporanjament sakemm l-emenda għar-Regolament tiġi adottata u (2) awtoritajiet ġodda responsabbli għall-infurzar tal-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi qed jiġu konnessi kif notifikat lill-Kummissjoni.

Aġġustamenti oħra għan-netwerk notifikati lill-Kummissjoni wara pereżempju ċaqliq f’portfolji Ministerjali fil-livell nazzjonali, setgħu kollha jiġu implimentati mingħajr ma jaffettwaw ħażin lin-Netwerk, bl-eċċezzjoni ta' Stat Membru wieħed li rrapporta li kellu diffikultajiet u dewmien sinifikanti fil-livell nazzjonali għal awtorità waħda.

In-nuqqas ta' kwalunkwe rabta mal-għodda tal-IT komuni użata min-Netwerk issa sar marġinali u jinsab ġeneralment f’oqsma fejn il-koperazzjoni għadha okkażjonali (eż. l-infurzar tal-Artikoli 86–100 tad-Direttiva 2001/83/KE). Il-Kummissjoni qed tkompli ssegwi dawn is-sitwazzjonijiet mill-qrib.

2.3. Is-sistema CPC

Element ċentrali tan-Netwerk CPC huwa s-Sistema-CPC, l-għodda komuni tal-IT użata mill-awtoritajiet għall-iskambju tat-tagħrif.

Matul il-perjodu ta' referenza, il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha biex ittejjeb din l-għodda u ssaħħaħ il-faċilità tal-użu tagħha bl-għajnuna tal-grupp ta’ utenti prinċipali stabbilit fl-2006.

Ix-xogħol preparatorju estensiv li jippreċedi l-iżvilupp tal-karatteristiċi l-ġodda tal-IT kien iffinalizzat għall-Artikolu 9 tar-Regolament. Il-ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu fl-għodda tal-IT ittardja fil-fażi tal-ftehim mal-Istati Membri sabiex tinkiseb biżżejjed esperjenza prattika fil-qafas tal-"kontrolli", l-ewwel attivitajiet miftiehma ta' sorveljanza u infurzar fis-suq imwettqa min-Netwerk CPC. Fl-2012 l-implimentazzjoni ta’ dawn il-funzjonalitajiet il-ġodda se tiffaċilita l-koordinazzjoni ta' attivitajiet ta' infurzar li jinvolvu diversi awtoritajiet.

Titjib ieħor ippjanat issuġġerit mill-utenti jinkludi t-titjib tal-funzjonalità tat-tiftix u l-iżvilupp tas-Sistema CPC f'għodda multilingwi. L-utenti nnutaw ukoll li dan ħa pjuttost ħafna ħin biex jirreaġixxi. Din il-kwistjoni ġiet investigata mis-servizzi tal-IT tal-Kummissjoni u qed tiġi indirizzata.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta wkoll kienu sinifikanti fil-perjodu ta' referenza. Il-prijorità prinċipali tal-Kummissjoni hija li timplimenta l-parti l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet magħmula f’Settembru 2007 mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29, li jinkludi l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta. Id-Deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni[10] u r-Rakkomandazzjoni[11] kienu abbozzati u diskussi mal-Istati Membri fl-2010 u formalment adottati fl-1 ta' Marzu 2011. Salvagwardji addizzjonali tal-protezzjoni tad-dejta fis-Sistema CPC, pereżempju fil-forma ta' twissijiet lill-utenti permezz ta' messaġġi li jitilgħu fuq l-iskrin fl-istadji ewlenin tal-fluss tax-xogħol, kienu ġew implimentati fl-2009.

Il-Kummissjoni ħadmet ukoll mill-qrib mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS) matul dan il-perjodu biex tiffinalizza l-proċedura verifika minn qabel. Fl-opinjoni tiegħu[12] l-EDPS jikkonferma li r-Regolament jipprovdi bażi legali soda għall-iskambju tat-tagħrif u jilqa' l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni biex tintegra l-protezzjoni tad-dejta fit-tfassil tal-għodda tal-IT kif ukoll fil-proċeduri tal-immaniġġjar komuni stabbiliti għan-Netwerk. Iżda l-EDPS jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat aktar titjib.

L-aktar kwistjoni urġenti li jeħtieġ li tiġi indirizzata hija s-sejba ta' mekkaniżmu li jkun jista' jitħaddem għall-ittrattar ta’ talbiet li jidħlu mingħand suġġetti tad-dejta dwar id-drittijiet ta' aċċess u t-tweġibiet għal dawn it-talbiet. L-istabbiliment ta’ tali mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni jidher li hu partikolarment kumpless. L-isfida prinċipali se tkun li jinħoloq bilanċ ġust bejn id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali u l-ħtieġa tal-iskambju tat-tagħrif fil-qafas tal-infurzar u tal-kooperazzjoni investigattiva skont ir-Regolament sabiex jitwaqqaf il-ksur fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-konsumaturi. Il-fatt li l-konsumaturi nazzjonali u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta tvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri tkompli tikkomplika l-kwistjoni.

L-implimentazzjoni tal-passi l-oħra rakkomandati mill-EDPS, bħall-iżvilupp ta' funzjonijiet ġodda tal-IT, se jiġu evalwati fit-tieni fażi ladarba l-prinċipji ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni komuni jkun miftiehem bejn l-awtoritajiet tan-Netwerk u l-Kummissjoni.

2.4. Riżorsi allokati lin-Netwerk CPC

Bħal fl-2009, ir-rapporti nazzjonali biennali jipprovdu dejta limitata dwar ir-riżorsi allokati mill-awtoritajiet nazzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament. Fil-maġġoranza tal-każijiet l-Istati Membri jirrapportaw li l-attivitajiet tas-CPC huma inkorporati fl-attivitajiet ġenerali u fil-baġit tal-awtoritajiet; għalhekk, il-ġbir ta' dejta speċifika tas-CPC jidher li huwa imprattikabbli.

Bosta rapporti jenfasizzaw, filwaqt li ma jipprovdux ċifri konkreti dwar ir-riżorsi, li l-awtoritajiet ikunu interessati li jżidu l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tas-CPC imma ta' sikwit huma kostretti fid-deċiżjonijiet tagħhom fir-rigward tar-riżorsi disponibbli għalihom. Dan jikkonċerna b'mod partikolari, iżda mhux biss, l-attivitajiet komuni tan-Netwerk kif ukoll l-iskambji ta’ uffiċjali, li huma t-tnejn proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-UE.

Fuq il-bażi tad-dejta disponibbli bħalissa lill-Kummissjoni, mhuwiex possibbli li jiġi evalwat b'mod adegwat jekk l-Istati Membri humiex kompletament konformi mal-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 4 (7) tar-Regolament li jitlob li l-awtoritajiet jingħataw ir-riżorsi kif xieraq.

Ir-rapporti nazzjonali madankollu jagħtu xi evidenza li l-effiċjenza (u għalhekk l-effettività wkoll) tan-Netwerk jistgħu jkunu qed jintlaqtu minn limitazzjonijiet fir-riżorsi tal-awtoritajiet. F'xi każijiet, dan jikkonċerna l-Uffiċċji Uniċi ta’ Kooperazzjoni li, bħala koordinaturi fil-livell nazzjonali, għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fl-applikazzjoni tar-Regolament, speċjalment f'pajjiżi fejn il-kompiti ta' infurzar skont ir-Regolament huma maqsuma bejn bosta awtoritajiet. Il-kwistjoni se tiġi analizzata f'aktar dettall fil-qafas tal-valutazzjoni globali attwali tan-Netwerk CPC.

2.5. Il-Kumitat CPC

Ir-Regolament jistabbilixxi Kumitat ta' rappreżentanti mill-Istati Membri, il-Kumitat CPC, biex jgħin lill-Kummissjoni fil-ħidmiet ta’ implimentazzjoni tagħha.

Matul il-perjodu ta' referenza l-Kumitat iltaqa’ bejn tliet (3) u erba' (4) darbiet fis-sena. Fis-6 ta' Diċembru 2010 dan ħareġ opinjoni favorevoli dwar abbozz ta' emenda għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni[13] li timplementa r-Regolament, li ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-1 ta' Marzu 2011. L-emenda stabbiliet regoli ġodda għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament u naqqset xi distakki billi ċċarat il-bażi għat-tħassir ta' tagħrif fis-sistema CPC.

Il-Kumitat għandu rwol ċentrali fin-Netwerk CPC. Jipprovdi b'mod partikolari, pjattaforma għad-diskussjoni dwar it-tendenzi fil-protezzjoni tal-konsumaturi; jikkontribwixxi fl-iżvilupp ta' approċċ komuni fl-infurzar fi ħdan in-Netwerk CPC permezz tal-approvazzjoni ta' standards u linji gwida komuni (eż. il-Manwal għall-investigazzjonijiet tal-internet, il-linji gwida operattivi tas-CPC) u jagħti orjentazzjonijiet operattivi għan-Netwerk CPC fil-forma ta' Pjanijiet ta’ Azzjoni ta’ Infurzar annwali. Il-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' Infurzar jiffokaw fuq l-attivitajiet komuni mwettqa min-Netwerk, bħall-verifiki tal-internet annwali tiegħu, l-hekk imsejħa "kontrolli" (sweeps).

Is-suċċess tan-Netwerk CPC jiddependi ħafna mill-impetu u l-appoġġ meħtieġa li jagħti l-Kumitat biex jintlaħqu l-għanijiet tan-Netwerk.

Il-Kummissjoni qed tesplora wkoll jekk in-Netwerk tal-Politika tal-Konsumatur (CPN), li jlaqqa’ lid-Diretturi Ġenerali tal-ministeri nazzjonali tal-konsumaturi, jistax ukoll ikollu rwol f'dan.

3. In-Netwerk CPC: Ħafna titjib iżda għad baqa' ħafna xi jsir 3.1. Xejriet Statistiċi matul il-perjodu ta' referenza

Globalment, in-Netwerk ittratta ammont ta' każijiet li huwa komparabbli mal-perjodu ta' referenza preċedenti, jiġifieri madwar 540 talba, jew għal tagħrif jew biex jittieħdu miżuri ta’ infurzar biex jitwaqqaf ksur osservat[14]. In-numru ta' allerti madankollu naqsu b’mod sinifikanti, jiġifieri n-numru ta' messaġġi unilaterali mibgħuta minn awtorità waħda lill-awtoritajiet l-oħra kkonċernati biex iwissu dwar ksur tal-liġijiet tal-konsumaturi li ġie osservat jew li jidher li għalih hemm raġunijiet validi għalfejn għandu jiġi ssuspettat.

Rigward id-direttivi miksura, il-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar prattiki skorretti u/jew qarrieqa oħrajn ta' riklamar, koperti mid-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki kummerċjali żleali[15] huwa l-iktar tip komuni ta’ ksur trattat min-Netwerk, segwit minn ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku[16].

Sa mill-bidu, il-parti l-kbira ta' każijiet trattati min-Netwerk dejjem kienet relata mal-prattiki li jużaw mezzi ta' reklamar onlajn: fl-2010, 45 % tat-talbiet għal tagħrif kienu jirreferu għal messaġġi mmirati lejn il-konsumaturi permezz tal-posta elettronika, messaġġi testwali fuq it-telefon ċellulari jew permezz tal-internet. Iċ-ċifra ekwivalenti għat-talbiet għall-infurzar qed tiżdied għal 77 %. Dan huwa parzjalment minħabba l-"kontrolli" annwali mwettqa permezz tan-Netwerk CPC. F'dawn il-"kontrolli" l-awtoritajiet iwettqu verifiki simultanji ta’ siti onlajn ta' settur magħżul għall-konformità mar-rekwiżiti legali. Is-segwitu tal-ksur traskonfinali osservat fil-qafas ta' dawn l-eżerċizzji miftiehma naturalment iwassal għal aktar skambji bejn l-awtoritajiet. Barra minn hekk it-teknoloġiji ġodda (eż. l-internet) joffru opportunitajiet biex faċilment jintlaħaq għadd potenzjalment importanti ta’ konsumaturi u huma, f’dan is-sens, aktar probabbli li jipproduċu "ksur CPC" tipiku tal-interessi kollettivi.

Mit-tieni nofs tal-2009, l-attivitajiet tat-trattament tal-każijiet tan-Netwerk naqsu b'mod relattiv f’dak li għandu x'jaqsam mal-għadd ta’ każijiet ġodda maħluqa mill-awtoritajiet. (Jekk jogħġbok irreferi għall-Anness ta' dan ir-rapport għad-dejta tal-istatistika għal bejn l-2009 u l-2010). S'issa ix-xejra ma laqtitx it-talbiet għall-infurzar li baqgħu pjuttost stabbli, b’120 każ ġdid irreġistrati fis-Sistema-CPC fi tmiem l-2010.

Il-kawżi preċiżi għal din ix-xejra għadhom ma ġewx identifikati u huwa probabbli li hemm diversi fatturi fix-xena. L-awtoritajiet ma rrappurtawx tnaqqis f’kemm kien hemm ksur transkonfinali tal-liġijiet tal-konsumaturi, iżda enfasizzaw fir-rapporti tagħhom il-ħtieġa li jaqblu aktar dwar il-prijoritajiet tal-infurzar. Għandha tinġibed ukoll l-attenzjoni f'dan il-kuntest, għall-fatt li fil-"kontrolli" li twettqu dan l-aħħar ġew osservati inqas kwistjonijiet transkonfinali milli kienu osservati fil-bidu. Ta' min ifakkar ukoll li l-awtoritajiet qed isiru aktar familjari mar-regoli ta' kooperazzjoni fir-Regolament CPC. Dan wassal għal inqas każijiet li madankollu qed ikunu mħejjija aħjar, kif ukoll għal użu aktar razzjonali tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni skont ir-Regolament. It-titjib fit-trattament tal-każijiet huwa rifless ukoll fit-tnaqqis fil-medja taż-żmien għat-trattament tat-talbiet għall-assistenza reċiproka li għat-talbiet għall-infurzar, pereżempju, niżlet minn 177 jum fl-2008 għal 92 jum fl-2010. Fl-aħħar nett, hemm ċerti aspetti tekniċi li għandhom jitqiesu: id-dejtabejż issa tippermetti t-trattament ta' każijiet b’iktar minn ksur wieħed, filwaqt li fl-ewwel sena kellhom jinħolqu diversi każijiet paralleli mill-awtoritajiet, jiġifieri każ għal kull ksur.

3.2. Valutazzjoni ġenerali

Il-perjodu ta’ referenza ta’ dan ir-rapport jista' fil-qosor jitqies bħala wieħed ta' stabbilizzazzjoni u konsolidazzjoni tal-attivitajiet tan-Netwerk, minkejja l-limitazzjonijiet rappurtati mill-awtoritajiet minħabba l-ambjent ekonomiku u finanzjarju diffiċli li kellhom joperaw fih. Din hija l-konklużjoni ġenerali li tirriżulta mir-rapporti Biennali tal-Istati Membri u mill-esperjenza tal-Kummissjoni stess fis-sorveljanza tan-Netwerk.

Il-maġġoranza tal-awtoritajiet tqis li n-Netwerk għeleb il-problemi tal-bidu li kkaratterizzaw l-ewwel sentejn tal-operat. It-tnaqqis fit-tul medju ta' żmien (jekk jogħġbok irreferi għat-Tabella 4 fl-Anness) tal-każijiet juri li l-uffiċjali kompetenti tal-awtoritajiet qed jiksbu aktar esperjenza fl-immaniġġjar tat-talbiet għall-assistenza reċiproka rreferuti lilhom permezz tan-Netwerk.

Barra minn hekk, in-Netwerk CPC żviluppa qalba soda ta' attivitajiet konġunti, flimkien mal-kooperazzjoni ta' infurzar bilaterali. L-għan ta' din il-ħidma konġunta huwa li tagħti dimensjoni ġdida mifruxa mal-UE kollha lill-infurzar u wkoll fl-aħħar mill-aħħar li ttejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq intern. Fl-aħħar sentejn, dan ix-xogħol ta' infurzar komuni sar parti integrali mill-attivitajiet tan-Netwerk. L-investigazzjonijiet fuq l-internet li n-Netwerk iwettaq kull sena, jiġifieri l-"kontrolli", huma l-element ċentrali ta' din il-ħidma. Dawn jipproduċu riżultati konkreti għall-konsumaturi permezz tal-fażi ta' infurzar komuni li matulha l-awtoritajiet jkomplu jsegwu l-ksur osservat sabiex jiżguraw il-konformità. Fi tmiem l-2010, grupp ta' awtoritajiet kien involut fi proġett ġdid (ikkofinanzjat mill-Kummissjoni) li jesplora l-possibbiltajiet għal aktar titjib fil-kapaċitajiet ta' infurzar tan-Netwerk onlajn permezz ta' tekniki mtejba u skambju aktar sistematiku ta' għarfien u ta' kompetenza.

L-evoluzzjoni riċenti tan-Netwerk tista’ tiġi spjegata parzjalment mill-fatt li f'dawn l-aħħar sentejn, l-awtoritajiet tgħallmu jikkooperaw permezz tan-Netwerk, jiġifieri saru (aktar) familjari mal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni introdotti bir-Regolament CPC u permezz tal-għodda tal-IT żviluppata mill-Kummissjoni għall-iskambji tat-tagħrif tan-Netwerk.

Ix-xejra madankollu turi wkoll, kif enfasizzat f'ħafna mir-rapporti Biennali nazzjonali, li l-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fl-2009 fl-ewwel Rapport Biennali kellhom riżultati pożittivi.

Il-ħtiġijiet tat-taħriġ qed jintlaħqu b'mod aktar effettiv billi qed jiġi stabbilit pjan ta’ taħriġ kull sena flimkien mal-awtoritajiet. Fl-2009, ġie stabbilita netwerk ta’ trejners nazzjonali biex jespandu l-ħiliet ta' taħriġ tal-Kummissjoni. L-Uffiċċju Ċentrali għall-Għajnuna (central Help Desk) ġie organizzat mill-ġdid matul il-perjodu ta' referenza biex jirrispondi aktar malajr għall-mistoqsijiet tal-utenti.

L-ippjanar ta’ attivitajiet komuni (u għalhekk tar-riżorsi) bl-adozzjoni ta' Pjanijiet ta’ Azzjoni ta’ Infurzar annwali, jipprovdi proċess ta' programmar sod, strutturat u trasparenti. Dawn il-pjanijiet jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni tal-oqsma ta' interess komuni u jinkludu l-attivitajiet komuni kollha mwettqa min-Netwerk flimkien mal-qalba soda tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni (ġeneralment bilaterali).

Il-produzzjoni ta' dokumenti ta' gwida għenet biex tiżviluppa fehim aktar komuni dwar kif wieħed għandu jikkoopera fi ħdan in-Netwerk CPC. Dawn id-dokumenti jinkludu b'mod partikolari "linji gwida operattivi CPC" imħejjija mill-Kummissjoni li jipprovdu gwida prattika dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni CPC ibbażati fuq il-prattika komuni li ħarġet mit-taħditiet mal-awtoritajiet f’workshop dwar l-operat tan-Netwerk f'Diċembru 2009.

Il-workshops li ilhom jiġu organizzati regolarment mill-2009 joffru opportunità ulterjuri għall-awtoritajiet biex jiskambjaw fehmiet, l-aħjar prattika u b'hekk jaħdmu lejn fehim u/jew approċċ lejn l-infurzar komuni. Is-suġġetti diskussi f'dawn il-laqgħat ta' ħidma jiġu miftiehma flimkien mal-awtoritajiet fil-qafas tad-diskussjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Infurzar annwali. Dawn ivarjaw minn diskussjonijiet pjuttost legali rigward l-infurzar tal-acquis tal-konsumaturi, jew parti minnu, elenkat fl-Anness tar-Regolament għal diskussjonijiet aktar operattivi dwar kif titħejja talba għal miżuri ta’ infurzar.

Filwaqt li n-Netwerk CPC bla dubju kkonsolida l-attivitajiet tiegħu fl-aħħar sentejn, hemm ukoll evidenza ċara li n-netwerk għad irid jilħaq il-quċċata tal-potenzjal tiegħu. Għad hemm xi ftit Stati Membri li qatt ma ressqu talba għall-assistenza reċiproka (jew biss twissija) kif ukoll numru mhux negliġibbli li ttratta inqas minn ħames (5) talbiet bit-tipi kollha inklużi. Kif inhuma l-affarijiet, massimu ta’ disa’(9) Stati Membri jistgħu jiġu kkunsidrati bħala utenti attivi tas-sistema mill-bidu.

3.3. In-Netwerk CPC: sforzi ulterjuri meħtieġa

Matul l-ewwel snin ta' operat, l-awtoritajiet iddedikaw l-isforzi tagħhom primarjament biex jiżguraw li l-aċċess għall-għodda tal-IT kien operattiv u biex isiru familjari mal-mekkaniżmi ġodda ta’ koperazzjoni. Il-pass li jmiss issa jkun li wieħed jieħu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet offruti min-Netwerk biex dan ikun effiċjenti kemm kien maħsub.

Aktar xogħol huwa partikolarment meħtieġ fl-oqsma deskritti hawn taħt.

L-għadd ta' awtoritajiet li ma jużawx b'mod attiv il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni stabbiliti mir-Regolament CPC jibqa’ sinifikanti. Dan japplika b'mod partikolari għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni settorjali elenkata fl-Anness tar-Regolament CPC iżda mhux esklużivament. Kif enfasizzat fl-ewwel Rapport Biennali, l-eżistenza ta' netwerks paralleli f'dawn l-oqsma[17] setgħet kellha impatt fuq l-effettività tan-Netwerk CPC, iżda dan għad irid jiġi kkonfermat. Barra minn hekk ħafna awtoritajiet tal-konsumaturi fl-Istati Membri rari jużaw in-Netwerk CPC. Hija għalhekk meħtieġa analiżi ulterjuri.

Ma hemm l-ebda fehim uniformi dwar kif tintuża l-għodda ta' kooperazzjoni stabbilita mir-Regolament minkejja l-iżvilupp ta' regoli u ta' dokumenti ta' gwida maqbula b’mod komuni. Għarfien parzjali tar-regoli flimkien ma' ċertu nuqqas ta’ dixxiplina fl-applikazzjoni tagħhom huma fatturi f'dan il-kuntest (eż. ftit mill-awtoritajiet jipprovdu rispons regolari dwar il-progress li jkun sar fl-attivitajiet investigattivi u ta’ infurzar tagħhom kif stabbilit) iżda hemm ukoll diverġenzi aktar fundamentali li jxekklu l-użu aktar effiċjenti tal-mekkaniżmi CPC. Partikolarment għal allerti, fejn ma jeżisti l-ebda approċċ komuni fost l-awtoritajiet dwar kif u meta għandhom jintużaw, kif ukoll għat-talbiet għal miżuri ta’ infurzar, li għalihom l-awtoritajiet għandhom standards differenti (ħafna) ta' analiżi legali u ta' evidenza.

Ma jeżisti l-ebda approċċ komuni għall-prijoritajiet ta' infurzar tan-Netwerk. Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni ta' Infurzar annwali jidentifikaw oqsma ta' interess komuni iżda ma jkoprux l-attivitajiet kollha tan-Netwerk. L-isfida ewlenija se tkun li wieħed ikompli jaħdem biex jintlaħaq fehim komuni tal-kwistjonijiet rilevanti tal-konsumatur u, possibbilment, ta' qbil ta' standards komuni li jiżguraw li n-Netwerk CPC jintuża b'mod kumparabbli mill-awtoritajiet kollha mingħajr ma jiġi nnegat l-obbligu li wieħed jirrispondi għat-talbiet għall-assistenza.

In-Netwerk ma rnexxilux jiżviluppa "identità korporattiva" u għadu netwerk pjuttost virtwali marbut b'għodda tal-IT komuni. Il-kuntatti bejn l-awtoritajiet li jittrattaw il-każijiet jekk mhux relatati mat-trattament ta' każ partikolari jibqgħu l-eċċezzjoni u forsi jistgħu jispjegaw għalfejn in-Netwerk qatt ma uża l-forum fis-Sistema CPC. L-ostakli tal-lingwa x'aktarx li għandhom rwol f'dan il-kuntest iżda mhumiex biżżejjed biex jispjegaw l-assenza ta’ skambji bejn l-awtoritajiet.

Xi kwistjonijiet orizzontali, ħafna minnhom diġà identifikati fir-rapport Biennali tal-2009, ikomplu wkoll jaffettwaw in-Netwerk CPC:

· Id-differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-konsumaturi fl-UE jikkontribwixxu biex itawlu l-proċedimenti u jżidu l-kumplessitajiet fil-koperazzjoni billi l-awtoritajiet iridu l-ewwel jivverifikaw jekk il-kooperazzjoni tistax tkun prevista u sa liema punt.

· Il-kwistjoni tal-liġi applikabbli tkompli taqsam in-Netwerk; attwalment inqalgħu mistoqsijiet ġodda fil-qafas tal-workshops dedikati għal dan is-suġġett f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi applikabbli u r-regoli proċedurali nazzjonali.

· Ftit huwa komunikat dwar il-każijiet ta' suċċess tan-Netwerk, anki fi ħdan in-Netwerk stess u dan jista' jkun li qed jiġġenera l-perċezzjoni li n-netwerk mhuwiex jilħaq l-aspettattivi. Fl-istess ħin l-awtoritajiet mhumiex disposti li jaqsmu dan it-tip ta' tagħrif: xi żewġ rapporti biennali nazzjonali biss jinkludu eżempji ta' każijiet ta' suċċess, minkejja li din kienet parti mill-istruttura komuni maqbula.

· Kien hemm opinjonijiet differenti rigward ir-rwol li l-Kummissjoni għandu jkollha fil-qafas tal-kooperazzjoni dwar l-infurzar.

4. Oqsma oħra ta' kooperazzjoni: Attivitajiet komuni u l-iskambju ta’ uffiċjali 4.1. Attivitajiet komuni u l-iskambju ta’ uffiċjali

Matul il-perjodu ta' referenza, il-Kummissjoni kompliet tipprovdi finanzjament għaż-żewġ attivitajiet komuni kif ukoll skema tal-iskambji tal-uffiċjali. L-għan prinċipali ta’ dawn l-attivitajiet huwa li jipprovdu lill-awtoritajiet tas-CPC b'qafas għal skambju tal-aħjar prattika u b'ħidma komuni li tgħin biex tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi u, aktar importanti minn hekk, tiffaċilita kif dawn isiru jafu lil xulxin u jitgħallmu minn xulxin.

Bħal fir-rapporti tal-2009, ir-rispons fir-rapporti biennali nazzjonali rigward dawn l-attivitajiet huwa pożittiv: l-awtoritajiet jagħmlu użu modest iżda konsistenti tal-fondi disponibbli għalihom kull sena.

Minkejja l-isforzi li jsiru biex l-attivitajiet ikunu aktar attraenti għall-awtoritajiet, dawn tal-aħħar jenfasizzaw fir-rapporti tagħhom diffikultajiet komparabbli għal dawk identifikati fl-2009:

Il-limitazzjonijiet tar-riżorsi jipprevjenu bosta awtoritajiet milli jipparteċipaw fl-iskambji tal-uffiċjali jew fi proġetti konġunti

Ir-regoli kumplessi li jirregolaw il-proċedura tal-applikazzjoni u l-ġestjoni sussegwenti tal-fondi jiddiswadu lill-awtoritajiet kompetenti milli jinvolvu ruħhom f’dan it-tip ta’ attivitajiet. L-ostakli lingwistiċi huma fattur ieħor li jispjega l-għadd relattivament baxx ta’skambji ta' uffiċjali

L-iskema għall-uffiċjali ma għandhiex il-flessibilità meħtieġa biex tirrispondi malajr għal ħtiġijiet fuq żmien qasir li jinqalgħu waqt l-investigazzjonijiet

4.2. Kooperazzjoni internazzjonali

Il-Kunsill ta l-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti sabiex tinnegozja ftehim ta' kooperazzjoni dwar l-infurzar ta' leġiżlazzjoni tal-konsumaturi f’Mejju 2009. Matul il-perjodu kopert mir-rapport saru għadd ta' laqgħat mal-Kummissjoni Federali tal-Kummerċ, il-kontroparti kompetenti tal-Istati Uniti, iżda l-progress baqa' diffiċli minħabba approċċi differenti lejn il-protezzjoni tad-dejta.

5. Konklużjonijiet u prospettivi għall-ġejjieni 5.1. Konklużjonijiet

In-Netwerk CPC daħal f'fażi ta' konsolidazzjoni u stabbilizzazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Il-kisbiet ewlenin matul il-perjodu kopert mir-rapport preżenti huma kif ġej:

· Il-problemi tal-bidu tal-ewwel ftit snin (eż. diffikultajiet ta' konnessjoni jew kwistjonijiet tekniċi oħra relatati mal-użu tad-dejtabejż) ġew indirizzati.

· L-awtoritajiet tgħallmu jużaw l-għodda ta' kooperazzjoni stabbilita mir-Regolament CPC b'mod aktar effettiv billi saru aktar familjari mal-għodda tal-IT u mal-proċeduri l-ġodda.

· Il-"kontrolli", ikkoordinati u ssorveljati mill-Kummissjoni, saru parti mill-attivitajiet regolari tan-Netwerk u żguraw xi ftit viżibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam man-netwerk permezz tal-attivitajiet tal-istampa relatati.

· In-Netwerk jiddiskuti u jippjana l-attivitajiet miftiehma tiegħu fil-pjanijiet tal-attivitajiet annwali ta' infurzar.

· Il-korsijiet ta' taħriġ huma organizzati b'mod aktar effiċjenti fuq il-bażi ta' pjanijiet ta' taħriġ annwali u permezz tan-netwerk ta’ trejners nazzjonali.

· Qed ifiġġ bil-mod il-mod approċċ komuni biex wieħed jaħdem flimkien permezz ta' diskussjonijiet fil-workshops kif ukoll permezz tal-esperjenza prattika miksuba matul l-ewwel erba' snin tal-operat.

· Il-linji gwida operattivi, elaborati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-workshops f’Diċembru 2009, jipprovdu gwida prattika għal uffiċjali kompetenti dwar kif in-netwerk jaħdem u kif għandhom jitħejjew it-talbiet għall-assistenza reċiproka skont ir-Regolament CPC.

Il-valutazzjoni tal-aħħar sentejn ta’ operazzjonijiet madankollu turi wkoll li n-nuqqasijiet jippersistu u li n-Netwerk għad irid jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu. Bosta awtoritajiet rari jew qatt ma jużaw il-mekkaniżmi tal-kooperazzjoni CPC u xi wħud mill-aktar atturi attivi tal-ewwel snin naqqsu l-involviment tagħhom, li parzjalment jispjega għaliex l-attivitajiet tan-Netwerk qed jimxu b’ħeffa relattivament imnaqqsa f’dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet ġodda mill-2010 'l hawn.

Il-komplessitajiet ta' infurzar transkonfinali li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni nazzjonali diverġenti tal-konsumaturi u d-differenzi bejn ir-regoli proċedurali applikabbli fl-Istati Membri saru aktar evidenti meta mqabbla mal-ewwel snin tan-Netwerk, meta l-awtoritajiet kienu jiffukaw primarjament fuq it-tagħlim dwar kif tintuża s-sistema. Il-proċeduri twal, l-istrateġiji differenti għall-infurzar kif ukoll il-livelli ta' esperjenza komplew eżaminaw kemm l-awtoritajiet huma lesti biex jaħdmu permezz tan-Netwerk CPC.

F’xi każijiet, id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-awtoritajiet jistgħu jkunu l-ewwel indikazzjoni li l-qafas leġiżlattiv stabbilit mir-Regolament CPC jeħtieġ li jiġi adattat sabiex itejjeb l-infurzar transkonfinali. Dan jista’ jissuġġerixxi wkoll li l-proċeduri nazzjonali jeħtieġ li jkomplu jiġu reveduti fid-dawl tal-qafas ta' koperazzjoni tas-CPC biex jiżguraw li l-awtoritajiet huma kapaċi jilħqu l-għanijiet tar-Regolament bis-sħiħ.

L-emenda teknika tal-anness tar-Regolament CPC, adottata fl-2011, ġabet iktar ċarezza legali fir-rigward tal-lista tad-dispożizzjonijiet li għalihom japplikaw il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni. Sal-lum iżda ma hemmx biżżejjed evidenza biex wieħed jinbeda proċess leġiżlattiv li jirrevedi r-Regolament b'mod aktar sostanzjali. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tas-snin koperti mir-rapport preżenti turi, għall-kuntrarju, li ħafna mid-diffikultajiet iffaċċjati min-Network jistgħu jiġu indirizzati fil-qafas legali eżistenti.

Jeħtieġ, għalhekk, li jinġabru aktar esperjenza u tagħrif biex jifformaw idea aħjar dwar jekk ir-Regolament għandux jiġu rivedut u jekk iva, kif. B'mod partikolari l-kwistjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jeħtieġ li tiġi evalwata fil-fond, inkluża l-kwistjoni li possibbilment jiddaħħlu liġijiet sostantivi oħra fl-Anness. Barra minn hekk, l-iżgurar li jkunu allokati riżorsi adegwati lill-awtoritajiet se tibqa' sfida ewlenija fil-ġejjieni kif ukoll fattur kritiku għas-suċċess tan-Netwerk.

5.2. Prospettivi għall-ġejjieni

F’dan l-isfond, l-ewwel prijorità tal-Kummissjoni se tkun li taħdem mill-qrib flimkien mal-Istati Membri biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati fi ħdan il-qafas leġiżlattiv eżistenti.

Il-Kummissjoni identifikat l-oqsma li ġejjin li fuqhom għandhom jiġu kkonċentrati l-isforzi fit-terminu l-qasir u l-medju:

· Is-segwitu tal-isforzi għall-konsolidazzjoni tan-Netwerk permezz tat-titjib tal-funzjonalitajiet tal-għodda tal-IT tan-Netwerk, l-iżgurar ta' taħriġ għal uffiċjali kompetenti permezz tan-netwerk tat-trejners u l-iżgurar li r-regoli ta’ implimentazzjoni jiffaċilitaw it-trattament konsistenti u aktar veloċi tat-talbiet għall-assistenza reċiproka.

· Iż-żamma tal-finanzjament ta’ attivitajiet komuni għall-inkoraġġiment addizzjonali tal-iskambju tal-aħjar prattika u l-esperjenza, iżda wkoll l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-iskema ta' skambju tal-uffiċjali attwali fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-kummenti mill-awtoritajiet nazzjonali.

· Il-prosegwiment tal-ħidma mal-awtoritajiet għall-iżvilupp ta' approċċ komuni lejn l-infurzar permezz ta' diskussjonijiet f'workshops, l-attivitajiet komuni u l-"kontrolli." In-Netwerk jista’ jibbenefika wkoll mill-esplorazzjoni ta' metodi ġodda biex jitwettqu l-attivitajiet miftiehma ta' sorveljanza tas-suq u ta' infurzar kif stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament. Dan kien jidher fil-"kontrolli" tal-2009 u l-2010, fejn grupp ta' awtoritajiet rabtu l-"kontroll" flimkien ma' attivitajiet oħra ta' infurzar biex l-impatt jilħaq l-ogħla livell tiegħu. Diskussjoni dwar kif wieħed jista' jagħmel l-aħjar użu mill-allerti fin-Netwerk hija meħtieġa wkoll.

· It-titjib ulterjuri tal-ippjanar tal-attivitajiet tan-Netwerk. Il-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' Infurzar annwali jikkostitwixxu l-ewwel pass 'il quddiem lejn l-identifikazzjoni ta' oqsma ta’ interess komuni għall-awtoritajiet tan-Netwerk iżda dan ix-xogħol irid jimxi 'l quddiem. Dan sar saħansitra iktar importanti billi l-awtoritajiet qegħdin joperaw fi klima kkaratterizzat minn restrizzjonijiet ta' riżorsi u jesperjenzaw diffikultajiet fir-rikonċiljazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali ma' dawk tas-CPC. L-awtoritajiet kellhom l-ewwel diskussjoni dwar il-kwistjoni fil-qafas ta' workshop dwar il-prijoritizzazzjoni tal=attivitajiet fi tmiem l-2011.

· Bl-istess mod, in-Netwerk hemm bżonn li jiżviluppa modi aktar effettivi biex jidentifika l-prijoritajiet ta' infurzar f'livell Ewropew, li jgħaqqad l-ewwel tagħrif li jasal mingħand il-konsumaturi li huwa disponibbli f'livell nazzjonali flimkien mad-dejta li ġejja minn għodod bħat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumaturi, id-dejtabejż dwar l-ilmenti l-ġodda jew id-dejtabejż tan-Netwerk ECC. Rigward il-"kontrolli" (sweeps) tal-UE, grupp ta' awtoritajiet bħalissa qed jesplora kif jista' jiġi identifikat aħjar it-theddid emerġenti fuq l-internet filwaqt li sussegwentement jiżgura li tiġi identifikata azzjoni ta' segwitu adegwata min-Netwerk.

· L-iżvilupp ta' sforzi biex jgħollu l-profil pubbliku tan-Netwerk CPC. L-attivitajiet tal-istampa relatati mal-"konrolli" jagħtu ċerta viżibbiltà lill-kisbiet tan-Netwerk, iżda ftit wisq huwa magħruf dwar ir-riżultat tal-kooperazzjoni fl-infurzar (ġeneralment) bilaterali. Ir-rapporti biennali nazzjonali jindikaw li x-xogħol fis-CPC qed jipproduċi riżultati tanġibbli għall-konsumaturi iżda t-tagħrif ipprovdut għadu limitat. Mill-ġdid, grupp ta' awtoritajiet bħalissa qed jaħdem fuq il-ħolqien ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni interna u esterna li tiġi implimentata fil-forma ta' pjanijiet ta' komunikazzjoni approvati mill-Kumitat tas-CPC. Il-grupp diġà pproduċa l-ewwel riżultati tanġibbli fil-forma ta’ newsletter li qed tintbagħat lill-awtoritajiet darbtejn fis-sena.

F'perspettiva aktar fit-tul, il-Kummissjoni qed tkompli tivvaluta l-qafas ta' kooperazzjoni u l-proċeduri stabbiliti mir-Regolament CPC bil-ħsieb li tevalwa jekk xi wħud mid-diffikultajiet li ltaqa' magħhom in-Netwerk jistgħux jeħtieġu rispons leġiżlattiv.

Is-sejbiet tar-rapport preżenti jikkostitwixxu l-ewwel pass f 'dan il-proċess u kienu l-bażi għat-tħejjija tat-termini ta’ referenza ta’ evalwazzjoni esterna li l-Kummissjoni se tniedi dalwaqt, u li se tagħti r-riżultati fl-2012. Kwistjoni li jeħtieġ li tiġi eżaminata f’dan il-kuntest hija l-impatt li l-kamp ta' applikazzjoni pjuttost wiesa' tal-anness tar-Regolament CPC qed ikollu fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tan-Netwerk, speċjalment f’oqsma fejn jeżistu oqfsa kooperattivi oħra. Jeħtieġ ukoll li r-rwol tal-Kummissjoni fl-attivitajiet tan-Netwerk jiġi studjat.

ANNESS

1.                Għadd totali ta’ talbiet għall-assistenza reċiproka

Sena || Allerti (Art. 7) || Talbiet għat-Tagħrif (Art. 6) || Talbiet għall-Infurzar (Art. 8) || TOTAL

2007 || 71 || 161 || 95 || 327

2008 || 100 || 122 || 170 || 392

2009 || 44 || 150 || 170 || 364

2010 || 37 || 89 || 134 || 260

TOTALI || 252 || 522 || 569 ||

2.                Talbiet għall-assistenza reċiproka għal kull direttiva miksura (2007 – 2010)

|| Art. 6 Tagħrif || Art. 7 allerti || Art. 8 Infurzar ||  TOTAL

2007 || 2008 || 2009 || 2010 || 2007 || 2008 || 2009 || 2010 || 2007 || 2008 || 2009 || 2010

Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki kummerċjali żleali || 1 || 86 || 125 || 68 || 0 || 40 || 30 || 29 || 4 || 73 || 112 || 86 || 654

Direttiva 84/450/KEE dwar reklamar qarrieqi || 48 || 0 || 0 || 0 || 34 || 0 || 0 || 0 || 35 || 0 || 0 || 0 || 117

Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku || 3 || 9 || 13 || 16 || 7 || 20 || 14 || 8 || 15 || 48 || 54 || 40 || 247

Direttiva 93/13/KE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur || 21 || 10 || 30 || 6 || 15 || 7 || 6 || 1 || 10 || 14 || 14 || 37 || 171

Direttiva 97/7/KE dwar kuntratti li jsiru mill-bogħod || 11 || 4 || 18 || 22 || 4 || 11 || 2 || 4 || 9 || 22 || 35 || 19 || 161

Direttiva 97/55/KE li temenda d-Direttiva 84/450/KEE dwar reklamar qarrieqi sabiex tinkludi reklamar komparattiv || 40 || 0 || 0 || 0 || 4 || 0 || 0 || 0 || 3 || 0 || 0 || 0 || 47

Direttiva 94/47/KE dwar it-timesharing || 27 || 0 || 0 || 0 || 1 || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 1 || 30

Direttiva 85/577/KE dwar kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju || 1 || 10 || 2 || 3 || 0 || 6 || 0 || 1 || 1 || 0 || 7 || 5 || 36

Direttiva 2001/83/KE dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem || 2 || 0 || 3 || 0 || 3 || 2 || 0 || 0 || 6 || 2 || 4 || 7 || 29

Direttiva 1999/44/KE dwar il-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom || 2 || 1 || 2 || 1 || 1 || 3 || 4 || 2 || 3 || 4 || 8 || 8 || 39

Regolament (KE) Nru 261/2004 dwar imbarkazzjoni miċħuda u kanċellazzjoni jew dewmien twil fit-titjiriet || 1 || 1 || 0 || 0 || 1 || 2 || 0 || 0 || 3 || 4 || 7 || 1 || 20

Direttiva 98/6/KE dwar l-indikazzjoni tal-prezzijiet || 0 || 0 || 1 || 2 || 0 || 1 || 0 || 0 || 2 || 3 || 5 || 1 || 15

Direttiva 90/314/KE dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż || 2 || 1 || 1 || 1 || 0 || 2 || 1 || 2 || 1 || 0 || 0 || 5 || 16

Direttiva 2002/65/KE dwar it-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta' konsumaturi || 0 || 0 || 1 || 0 || 1 || 3 || 0 || 0 || 1 || 0 || 2 || 1 || 9

Direttiva 87/102 dwar il-kreditu lill-konsumatur || 1 || 0 || 1 || 1 || 0 || 1 || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 5

Direttiva 89/552 dwar it-twettiq ta' attivitjiet ta' xandir bit-televiżjoni || 0 || 0 || 0 || 0 || 1 || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 2

3.                Talbiet għall-assistenza reċiproka għal kull settur (2007 – 2010)

|| 2007 || 2008 || 2009 || 2010 || Total

Art 6 || Art 8 || Art 7 || Art 6 || Art 8 || Art 7 || Art 6 || Art 8 || Art 7 || Art 6 || Art 8 || Art 7

Ilbies u żraben || 1 || 0 || 0 || 0 || 5 || 0 || 1 || 3 || 1 || 2 || 0 || 1 || 14

Komunikazzjoni || 0 || 2 || 1 || 4 || 25 || 15 || 9 || 24 || 4 || 3 || 8 || 2 || 97

Edukazzjoni || 1 || 0 || 0 || 0 || 2 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 3

Ikel u xorb mhux alkoħoliku || 1 || 1 || 1 || 2 || 0 || 0 || 4 || 2 || 0 || 2 || 3 || 3 || 19

Għamara, tagħmir tad-dar u manutenzjoni ta’ rutina tad-dar || 0 || 1 || 0 || 1 || 1 || 1 || 9 || 6 || 1 || 5 || 4 || 1 || 30

Saħħa || 6 || 11 || 6 || 5 || 14 || 6 || 6 || 11 || 1 || 9 || 10 || 2 || 87

Akkomodazzjoni, ilma, elettriku, gass u fjuwils oħrajn || 0 || 0 || 0 || 1 || 0 || 0 || 4 || 0 || 0 || 2 || 0 || 0 || 7

Servizzi u oġġetti mixxellanji || 30 || 10 || 9 || 8 || 24 || 12 || 24 || 27 || 18 || 17 || 27 || 6 || 212

Mhux klassifikabbli || 10 || 9 || 4 || 59 || 39 || 35 || 37 || 23 || 5 || 11 || 9 || 6 || 247

Rikreazzjoni u kultura || 35 || 13 || 4 || 15 || 13 || 17 || 23 || 33 || 7 || 26 || 39 || 9 || 234

Ristoranti u lukandi || 5 || 2 || 1 || 19 || 0 || 8 || 6 || 5 || 0 || 7 || 4 || 3 || 60

Trasport || 72 || 46 || 45 || 8 || 47 || 6 || 26 || 36 || 7 || 5 || 30 || 4 || 332

TOTAL || 161 || 95 || 71 || 122 || 170 || 100 || 149 || 170 || 44 || 89 || 134 || 37 ||

4.                Għadd ta’ jiem (medja) biex talba għall-assistenza reċiproka tkun magħluqa fis-CPCS

|| 2008 || 2009 || 2010

Talbiet għal tagħrif (art. 6) || 148 || 208 || 125

Talbiet għall-Infurzar (art. 8) || 177 || 283 || 128

5.                Talbiet għall-assistenza reċiproka għal kull metodu ta' bejgħ (2007 – 2010)

|| 2007 || 2008 || 2009 || 2010 || Total

Art 6 || Art 8 || Art 7 || Art 6 || Art 8 || Art 7 || Art 6 || Art 8 || Art 7 || Art 6 || Art 8 || Art 7

Bejgħ lil hinn mill-postijiet tan-negozju || 0 || 5 || 0 || 11 || 3 || 8 || 6 || 3 || 0 || 3 || 3 || 3 || 45

Katalgu || 6 || 4 || 0 || 0 || 2 || 1 || 1 || 3 || 0 || 1 || 0 || 1 || 19

Bejgħ bieb bieb || 0 || 0 || 0 || 4 || 1 || 2 || 0 || 2 || 0 || 0 || 0 || 1 || 10

posta elettronika || 1 || 3 || 2 || 0 || 0 || 0 || 7 || 2 || 0 || 0 || 1 || 3 || 19

Wiċċ imb'wiċċ || 44 || 2 || 0 || 27 || 3 || 12 || 5 || 6 || 3 || 17 || 8 || 4 || 131

Faks || 0 || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 4 || 1 || 1 || 58 || 0 || 1 || 66

Internet || 91 || 63 || 54 || 32 || 136 || 72 || 89 || 137 || 34 || 9 || 110 || 25 || 852

Posta || 14 || 5 || 6 || 36 || 13 || 3 || 38 || 10 || 4 || 2 || 10 || 5 || 146

Gazzetta || 0 || 2 || 2 || 0 || 0 || 1 || 2 || 2 || 1 || 7 || 0 || 7 || 24

Mhux magħruf || 0 || 1 || 1 || 5 || 3 || 2 || 1 || 1 || 2 || 2 || 0 || 1 || 19

Nru tat-telefon || 6 || 11 || 7 || 15 || 8 || 2 || 9 || 10 || 3 || 4 || 5 || 1 || 81

Ħanut || 0 || 4 || 2 || 1 || 6 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 13

Messaġġi testwali || 0 || 1 || 1 || 0 || 2 || 1 || 4 || 7 || 0 || 17 || 0 || 2 || 35

6.                Talbiet għall-assistenza reċiproka maħruġa/irċevuti (Art. 6-7-8) minn kull Stat Membru bejn l-2007 u l-2010

|| 2007 || 2008 || 2009 || 2010

|| maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti

l-Awstrija || 2 || 67 || 3 || 72 || 7 || 44 || 7 || 29

il-Belġju || 128 || 67 || 119 || 85 || 84 || 51 || 29 || 28

il-Bulgarija || 12 || 57 || 2 || 63 || 1 || 34 || 4 || 21

Ċipru || 0 || 60 || 0 || 64 || 0 || 34 || 1 || 26

ir-Repubblika Ċeka || 2 || 59 || 0 || 66 || 4 || 36 || 4 || 27

il-Ġermanja || 5 || 72 || 12 || 101 || 16 || 64 || 13 || 59

id-Danimarka || 12 || 64 || 14 || 66 || 10 || 37 || 10 || 23

l-Estonja || 8 || 57 || 12 || 71 || 6 || 40 || 1 || 21

Spanja || 0 || 72 || 8 || 98 || 23 || 65 || 28 || 50

il-Finlandja || 5 || 58 || 31 || 75 || 2 || 33 || 2 || 23

Franza || 40 || 65 || 16 || 88 || 56 || 81 || 60 || 38

il-Greċja || 0 || 58 || 0 || 68 || 0 || 31 || 1 || 23

l-Ungerija || 70 || 63 || 30 || 61 || 23 || 32 || 22 || 28

l-Irlanda || 0 || 72 || 0 || 84 || 2 || 48 || 0 || 36

l-Italja || 2 || 59 || 2 || 62 || 4 || 42 || 2 || 33

il-Litwanja || 0 || 57 || 0 || 67 || 4 || 33 || 4 || 22

il-Lussemburgu || 0 || 62 || 0 || 70 || 1 || 39 || 2 || 27

il-Latvja || 4 || 63 || 11 || 66 || 6 || 36 || 6 || 24

Malta || 0 || 55 || 0 || 55 || 3 || 34 || 8 || 23

il-Pajjiżi l-Baxxi || 3 || 102 || 13 || 120 || 28 || 82 || 9 || 61

il-Polonja || 1 || 61 || 9 || 65 || 3 || 35 || 5 || 28

il-Portugall || 0 || 60 || 1 || 68 || 3 || 39 || 0 || 29

ir-Rumanija || 0 || 53 || 0 || 53 || 1 || 35 || 0 || 25

l-Isvezja || 7 || 65 || 33 || 79 || 12 || 44 || 6 || 30

is-Slovenja || 0 || 59 || 0 || 67 || 0 || 31 || 1 || 21

is-Slovakkja || 2 || 65 || 3 || 72 || 11 || 36 || 6 || 28

ir-Renju Unit || 14 || 90 || 65 || 84 || 45 || 84 || 27 || 54

TOTAL || 317 || || 384 || || 355 || || 258 ||

7.                Talbiet għall-assistenza reċiproka rċevuti minn kull Stat Membru fl-2007

|| Talbiet għat-Tagħrif Art. 6 || Allerti Art. 7 || Talbiet għall-Infurzar Art. 8 || TOTAL

|| maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti

l-Awstrija || 1 || 4 || 0 || 56 || 1 || 7 || 2 || 67

il-Belġju || 42 || 7 || 51 || 54 || 35 || 0 || 128 || 67

il-Bulgarija || 4 || 2 || 0 || 55 || 8 || 0 || 12 || 57

Ċipru || 0 || 3 || 0 || 56 || 0 || 1 || 0 || 60

ir-Repubblika Ċeka || 1 || 4 || 0 || 55 || 1 || 0 || 2 || 59

il-Ġermanja || 1 || 10 || 2 || 55 || 2 || 7 || 5 || 72

id-Danimarka || 12 || 7 || 0 || 55 || 0 || 2 || 12 || 64

l-Estonja || 1 || 2 || 1 || 53 || 6 || 2 || 8 || 57

Spanja || 0 || 10 || 0 || 52 || 0 || 10 || 0 || 72

il-Finlandja || 5 || 3 || 0 || 54 || 0 || 1 || 5 || 58

Franza || 19 || 6 || 7 || 56 || 14 || 3 || 40 || 65

il-Greċja || 0 || 2 || 0 || 55 || 0 || 1 || 0 || 58

l-Ungerija || 68 || 4 || 2 || 55 || 0 || 4 || 70 || 63

l-Irlanda || 0 || 7 || 0 || 56 || 0 || 9 || 0 || 72

l-Italja || 0 || 3 || 2 || 54 || 0 || 2 || 2 || 59

il-Litwanja || 0 || 2 || 0 || 54 || 0 || 1 || 0 || 57

il-Lussemburgu || 0 || 4 || 0 || 56 || 0 || 2 || 0 || 62

il-Latvja || 0 || 5 || 1 || 54 || 3 || 4 || 4 || 63

Malta || 0 || 1 || 0 || 54 || 0 || 0 || 0 || 55

il-Pajjiżi l-Baxxi || 3 || 27 || 0 || 60 || 0 || 15 || 3 || 102

il-Polonja || 0 || 3 || 0 || 55 || 1 || 3 || 1 || 61

il-Portugall || 0 || 5 || 0 || 55 || 0 || 0 || 0 || 60

ir-Rumanija || 0 || 3 || 0 || 49 || 0 || 1 || 0 || 53

l-Isvezja || 3 || 6 || 0 || 54 || 4 || 5 || 7 || 65

is-Slovenja || 0 || 2 || 0 || 54 || 0 || 1 || 0 || 59

is-Slovakkja || 0 || 8 || 0 || 55 || 2 || 2 || 2 || 65

ir-Renju Unit || 0 || 18 || 5 || 63 || 9 || 9 || 14 || 90

TOTAL || 160 || 158 || 71 || || 86 || 92 || 317 ||

8.                Talbiet għall-assistenza reċiproka maħruġa minn kull Stat Membru fl-2008

|| Talbiet għat-Tagħrif Art. 6 || Allerti Art. 7 || Talbiet għall-Infurzar Art. 8 || TOTAL

|| maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti

l-Awstrija || 1 || 3 || 1 || 66 || 1 || 3 || 3 || 72

il-Belġju || 28 || 9 || 43 || 70 || 48 || 6 || 119 || 85

il-Bulgarija || 0 || 0 || 0 || 63 || 2 || 0 || 2 || 63

Ċipru || 0 || 0 || 0 || 64 || 0 || 0 || 0 || 64

ir-Repubblika Ċeka || 0 || 2 || 0 || 63 || 0 || 1 || 0 || 66

il-Ġermanja || 3 || 13 || 2 || 68 || 7 || 20 || 12 || 101

id-Danimarka || 0 || 1 || 1 || 64 || 13 || 1 || 14 || 66

l-Estonja || 10 || 0 || 0 || 64 || 2 || 7 || 12 || 71

Spanja || 0 || 29 || 0 || 59 || 8 || 10 || 8 || 98

il-Finlandja || 0 || 1 || 20 || 74 || 11 || 0 || 31 || 75

Franza || 7 || 5 || 0 || 65 || 9 || 18 || 16 || 88

il-Greċja || 0 || 5 || 0 || 63 || 0 || 0 || 0 || 68

l-Ungerija || 6 || 3 || 4 || 55 || 20 || 3 || 30 || 61

l-Irlanda || 0 || 2 || 0 || 63 || 0 || 19 || 0 || 84

l-Italja || 1 || 3 || 1 || 51 || 0 || 8 || 2 || 62

il-Litwanja || 0 || 1 || 0 || 63 || 0 || 3 || 0 || 67

il-Lussemburgu || 0 || 1 || 0 || 68 || 0 || 1 || 0 || 70

il-Latvja || 0 || 1 || 1 || 63 || 10 || 2 || 11 || 66

Malta || 0 || 1 || 0 || 54 || 0 || 0 || 0 || 55

il-Pajjiżi l-Baxxi || 2 || 24 || 4 || 59 || 7 || 37 || 13 || 120

il-Polonja || 2 || 1 || 0 || 63 || 7 || 1 || 9 || 65

il-Portugall || 0 || 1 || 1 || 63 || 0 || 4 || 1 || 68

ir-Rumanija || 0 || 0 || 0 || 53 || 0 || 0 || 0 || 53

l-Isvezja || 15 || 2 || 10 || 72 || 8 || 5 || 33 || 79

is-Slovenja || 0 || 1 || 0 || 64 || 0 || 2 || 0 || 67

is-Slovakkja || 0 || 4 || 0 || 63 || 3 || 5 || 3 || 72

ir-Renju Unit || 43 || 8 || 12 || 65 || 10 || 11 || 65 || 84

TOTAL || 118 || 121 || 100 || || 166 || 167 || 384 ||

9.                Talbiet għall-assistenza reċiproka maħruġa minn kull Stat Membru fl-2009

|| Talbiet għat-Tagħrif Art. 6 || Allerti Art. 7 || Talbiet għall-Infurzar Art. 8 || TOTALI

|| maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti

l-Awstrija || 0 || 7 || 1 || 32 || 6 || 5 || 7 || 44

il-Belġju || 25 || 11 || 25 || 36 || 34 || 4 || 84 || 51

il-Bulgarija || 1 || 3 || 0 || 31 || 0 || 0 || 1 || 34

Ċipru || 0 || 3 || 0 || 31 || 0 || 0 || 0 || 34

ir-Repubblika Ċeka || 0 || 2 || 0 || 31 || 4 || 3 || 4 || 36

il-Ġermanja || 3 || 14 || 0 || 36 || 13 || 14 || 16 || 64

id-Danimarka || 6 || 1 || 0 || 32 || 4 || 4 || 10 || 37

l-Estonja || 0 || 3 || 0 || 33 || 6 || 4 || 6 || 40

Spanja || 7 || 15 || 4 || 37 || 12 || 13 || 23 || 65

il-Finlandja || 0 || 0 || 1 || 31 || 1 || 2 || 2 || 33

Franza || 40 || 20 || 1 || 38 || 15 || 23 || 56 || 81

il-Greċja || 0 || 0 || 0 || 31 || 0 || 0 || 0 || 31

l-Ungerija || 10 || 1 || 1 || 31 || 12 || 0 || 23 || 32

l-Irlanda || 1 || 2 || 0 || 32 || 1 || 14 || 2 || 48

l-Italja || 1 || 3 || 1 || 35 || 2 || 4 || 4 || 42

il-Litwanja || 2 || 1 || 0 || 31 || 2 || 1 || 4 || 33

il-Lussemburgu || 0 || 4 || 0 || 31 || 1 || 4 || 1 || 39

il-Latvja || 0 || 3 || 1 || 31 || 5 || 2 || 6 || 36

Malta || 0 || 3 || 0 || 31 || 3 || 0 || 3 || 34

il-Pajjiżi l-Baxxi || 26 || 21 || 1 || 32 || 1 || 29 || 28 || 82

il-Polonja || 0 || 1 || 0 || 33 || 3 || 1 || 3 || 35

il-Portugall || 0 || 1 || 0 || 34 || 3 || 4 || 3 || 39

ir-Rumanija || 0 || 0 || 0 || 31 || 1 || 4 || 1 || 35

l-Isvezja || 4 || 4 || 0 || 35 || 8 || 5 || 12 || 44

is-Slovenja || 0 || 0 || 0 || 31 || 0 || 0 || 0 || 31

is-Slovakkja || 2 || 0 || 0 || 31 || 9 || 5 || 11 || 36

ir-Renju Unit || 22 || 21 || 8 || 39 || 15 || 24 || 45 || 84

TOTAL || 150 || 149 || 44 || || 161 || 169 || 355 ||

10.             Talbiet għall-assistenza reċiproka maħruġa minn kull Stat Membru fl-2010

|| Talbiet għat-Tagħrif Art. 6 || Allerti Art. 7 || Talbiet għall-Infurzar Art. 8 || TOTAL

|| maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti || maħruġa || irċevuti

l-Awstrija || 3 || 5 || 0 || 22 || 4 || 2 || 7 || 29

il-Belġju || 12 || 2 || 6 || 24 || 11 || 2 || 29 || 28

il-Bulgarija || 0 || 0 || 4 || 21 || 0 || 0 || 4 || 21

Ċipru || 0 || 2 || 1 || 22 || 0 || 2 || 1 || 26

ir-Repubblika Ċeka || 2 || 0 || 1 || 22 || 1 || 5 || 4 || 27

il-Ġermanja || 2 || 12 || 0 || 26 || 11 || 21 || 13 || 59

id-Danimarka || 0 || 0 || 0 || 23 || 10 || 0 || 10 || 23

l-Estonja || 0 || 0 || 0 || 21 || 1 || 0 || 1 || 21

Spanja || 1 || 10 || 5 || 31 || 22 || 9 || 28 || 50

il-Finlandja || 1 || 0 || 1 || 21 || 0 || 2 || 2 || 23

Franza || 45 || 1 || 1 || 23 || 14 || 14 || 60 || 38

il-Greċja || 0 || 1 || 0 || 22 || 1 || 0 || 1 || 23

l-Ungerija || 9 || 2 || 3 || 21 || 10 || 5 || 22 || 28

l-Irlanda || 0 || 3 || 0 || 23 || 0 || 10 || 0 || 36

l-Italja || 1 || 1 || 0 || 26 || 1 || 6 || 2 || 33

il-Litwanja || 1 || 0 || 0 || 21 || 3 || 1 || 4 || 22

il-Lussemburgu || 2 || 3 || 0 || 23 || 0 || 1 || 2 || 27

il-Latvja || 0 || 0 || 0 || 21 || 6 || 3 || 6 || 24

Malta || 0 || 1 || 0 || 21 || 8 || 1 || 8 || 23

il-Pajjiżi l-Baxxi || 1 || 16 || 2 || 24 || 6 || 21 || 9 || 61

il-Polonja || 0 || 0 || 0 || 23 || 5 || 5 || 5 || 28

il-Portugall || 0 || 1 || 0 || 27 || 0 || 1 || 0 || 29

ir-Rumanija || 0 || 1 || 0 || 23 || 0 || 1 || 0 || 25

l-Isvezja || 1 || 4 || 2 || 22 || 3 || 4 || 6 || 30

is-Slovenja || 1 || 0 || 0 || 21 || 0 || 0 || 1 || 21

is-Slovakkja || 1 || 4 || 0 || 23 || 5 || 1 || 6 || 28

ir-Renju Unit || 6 || 18 || 11 || 25 || 10 || 11 || 27 || 54

TOTAL || 89 || 87 || 37 || || 132 || 128 || 258 ||

11.             Konnessjoni mas-CPCS u verifka tal-użu – Għadd ta' awtoritajiet Kompetenti - (Diċembru 2010)

Utenti tas-CPCS || Awtoritajiet

Total ta' 750 utent attiv fi 30 pajjiż. || Total ta' 346 awtorità u 30 Uffiċċju Uniku ta' Kooperazzjoni b'aċċess għas-CPCS 30 % minn dawn qatt ma ħarġu talba għall-assistenza reċiproka minkejja li għandhom passwerd.

[1]               Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi); ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

[2]               COM(2009) 336 finali tat-2.7.2009.

[3]               L-Artikolu 1 tar-Regolament.

[4]               ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

[5]               ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

[6]               ĠU L 259, 4.10.2011, p 1.

[7]               ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

[8]               L-Anness tar-Regolament CPC jista' jinbidel iktar fis-snin li ġejjin minħabba l-adozzjoni ta' testi leġiżlattivi ġodda fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur.

[9]               L-aħħar pubblikazzjoni: Il-lista sħiħa - ĠU C 206, 2.9.2011 u l-Addendum – ĠU 356, 6.12.2011.

[10]             ĠU L 59, 4.3.2011, p. 63.

[11]             ĠU L 57, 2.3.2011, p. 44.

[12]             Opinjoni tal-EDPS dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/141/UE, u dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/136/UE rigward linji gwida għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fis-CPCS bid-data tal-5 ta' Mejju 2011.

[13]             Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/76/KE; ĠU L 32, 6.2.2007, p 192.

[14]             Ta' min jiġbed l-attenzjoni f'dan il-kuntest, li n-Netwerk jittratta biss ksur ta' interessi kollettivi tal-konsumaturi f’sitwazzjonijiet transkonfinali u mhux ilmenti individwali (l-Artikolu 1 u 3 tar-Regolament CPC).

[15]             ĠU L 149, 11.6.2005, p.22

[16]             ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

[17]             Dan japplika għar-Regolament 261/2004 dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru, l-Artikoli 86 sa 100 tad-Direttiva 2001/83/KE dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u, skont ir-rimarki meħuda fir-rapporti biennali nazzjonali għall-artikoli mid-Direttiva tas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi.