52012DC0055

WHITE PAPER Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli /* COM/2012/055 final */


WHITE PAPER

Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Daħla

It-tixjiħ tal-popolazzjoni jippreżenta sfida kbira għas-sistemi tal-pensjonijiet fl-Istati Membri kollha. Sakemm in-nisa u l-irġiel, li qegħdin jgħixu aktar fit-tul, ma jaħdmux ukoll aktar fit-tul u ma jfaddlux aktar għall-irtirar tagħhom, ma tistax tkun garantita l-adegwatezza tal-pensjonijiet billi ż-żieda meħtieġa fin-nefqa ma tkunx sostenibbli. Sal-2060, l-istennija tal-għomor tal-irġiel fit-twelid hija mistennija tiżdied b'7,9 snin u b'6,5 snin għan-nisa, meta mqabbla mal-2010. U l-problema mhijiex 'il bogħod – issa qiegħda magħna, bil-baby-boomers qegħdin jirtiraw u bil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol qiegħda tonqos. Dan tirriflettih iż-żieda annwali ta' madwar żewġ miljun ruħ li għandhom aktar minn 60 sena, kważi d-doppju ta' dawk li kien hemm fi tmiem is-snin disgħin u fil-bidu tas-snin 2000. B’kuntrast, l-għadd ta' persuni fl-età lavorattiva primarja (20-59) se jonqsu kull sena tul id-deċennji li ġejjin (Figura 1).

Figura 1 Varjazzjoni demografika matul is-sena preċedenti, UE-27, 1996-2061

Sors: Europop 2010 u demo_pjangroup.

Flimkien, iż-żieda fl-għomor u l-irtirar tal-baby-boomers se jkollhom konsegwenzi ekonomiċi u baġitarji importanti ħafna fl-UE, billi jnaqqsu l-potenzjal tat-tkabbir ekonomiku u jeżerċitaw pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi.

Dawn il-prospetti huma aggravati aktar mill-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali. It-tkabbir ekonomiku dgħajjef, id-defiċits tal-baġit u l-piżijiet tad-dejn, l-instabbiltà finanzjarja u r-rata baxxa tal-impjieg għamluha aktar diffiċli għas-sistemi tal-pensjoni kollha biex iżommu l-wegħdiet tagħhom. L-iskemi ħallas-waqt-li-tkun-għaddej tal-pensjoni huma affettwati mit-tnaqqis fl-impjiegi, u għalhekk mit-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni. L-iskemi ffinanzjati huma affettwati mit-tnaqqis tal-valuri tal-assi u tar-redditu.

Għaldaqstant, sar aktar urġenti minn qatt qabel li jiġu żviluppati u implimentati strateġiji komprensivi biex is-sistemi tal-pensjoni jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi u demografiċi li qegħdin jinbidlu. L-isfidi huma enormi, iżda jistgħu jingħelbu, jekk jiddaħħlu fis-seħħ il-politiki xierqa. Ir-riformi tas-sistemi tal-pensjoni u tal-prattiki tal-irtirar huma essenzjali biex jitjiebu l-prospetti tat-tkabbir tal-Ewropa, u jinħtieġu urġentement f’xi pajjiżi bħala parti mill-azzjonijiet attwali biex terġa' tinkiseb il-fiduċja fil-finanzi tal-gvern.

Hekk kif l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Istati Membri qed isiru dejjem aktar integrati, is-suċċess jew il-falliment tal-politiki u tar-riformi nazzjonali tal-pensjonijiet għandu riperkussjonijiet dejjem akbar lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, partikolarment fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. L-importanza ċentrali tal-pensjonijiet għas-suċċess ekonomiku u soċjali tal-Ewropa u ż-żieda fir-riskju ta' riperkussjonijiet transkonfinali tal-politiki nazzjonali tal-pensjonijiet ifissru li l-pensjonijiet qegħdin isiru dejjem aktar kwistjoni ta’ tħassib komuni fl-UE. Tabilħaqq, is-suċċess tar-riformi tal-irtirar fl-Istati Membri huwa fattur determinanti qawwi għall-t-tħaddim bla xkiel tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u se jaffettwa l-kapaċità tal-UE li tikseb tnejn mill-ħames miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 – li żżid ir-rata tal-impjieg għal 75 % u tnaqqas l-għadd ta' persuni li jinsabu fir-riskju tal-faqar b'mill-inqas 20 miljun.

Din il-White Paper tirrifletti dan it-tħassib komuni dwar il-problemi fis-sistemi tal-pensjoni tagħna u tistabbilixxi aġenda biex il-pensjonijiet isiru adegwati u sostenibbli fit-tul, billi jinħolqu l-kundizzjonijiet għal livell għoli ta' parteċipazzjoni tan-nisa u tal-irġiel fil-forza tax-xogħol tul ħajjithom u jissaħħu l-opportunitajiet ta' tfaddil għall-irtirar komplementari sikur. Din tissuġġerixxi inizjattivi u orjentazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew li permezz tagħhom l-UE tista' tappoġġja lil dawk li jfasslu l-politika nazzjonali fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' riforma, partikolarment dawk enfasizzati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2011 u l-2012 u speċifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2011.

Din il-White Paper tirrifletti wkoll ir-riżultati tal-konsultazzjoni wiesgħa li tnediet permezz tal-Green Paper Lejn sistemi ta' pensjonijiet Ewropej adegwati, sostenibbli u sikuri[1]. Mijiet ta’ partijiet interessati, kif ukoll il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, wieġbu għal dan id-dokument u esprimew l-istennija tagħhom għall-kwistjonijiet dwar il-pensjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-UE b 'mod komprensiv u koordinat.

2. L-Isfidi Attwali għall-Pensjonijiet

Is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjoni jiddependu fuq il-livell sa fejn dawn jissejsu fuq il-kontribuzzjonijiet, it-taxxi u t-tfaddil tal-persuni li għandhom impjieg. L-arranġamenti ta’ finanzjament, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol għandhom ikunu kalibrati b'tali mod li tista' tinkiseb relazzjoni bilanċjata bejn il-kontribuzzjonijiet u d-drittijiet, u bejn l-għadd ta’ kontributuri impjegati b'mod attiv u l-għadd ta' benefiċjarji rtirati.

2.1. Niżguraw is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-pensjoni

Il-pensjonijiet jirrappreżentaw sehem kbir ħafna u li qed jiżdied tan-nefqa pubblika: aktar minn 10 % tal-PDG bħala medja llum, li probabbilment jiżdied għal 12½ % fl-2060 fl-UE inġenerali[2]. Madankollu, l-infiq marbut mal-pensjonijiet pubbliċi llum ivarja minn 6 % tal-PDG fl-Irlanda għal 15 % fl-Italja, u dan ifisser li l-pajjiżi jinsabu f’sitwazzjonijiet pjuttost differenti għalkemm jiffaċċjaw sfidi demografiċi simili.

Matul l-aħħar għaxar snin, sar progress konsiderevoli fir-riforma tal-arranġamenti tal-pensjonijiet. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri adattaw is-sistemi tal-pensjoni sabiex jagħmluhom aktar sostenibbli u bis-saħħa tagħhom ikunu jistgħu jirreżistu t-tibdil demografiku li hu previst li jseħħ. Dan ġie implimentat permezz ta' riformi mmirati li jagħmlu l-parametri tas-sistemi konsistenti mas-sostenibbiltà fiskali, jew permezz ta' riformi strutturali, bħal bidla minn skemi ta' benefiċċju definit (BD) għal skemi ta' kontribuzzjoni definita (KD) jew billi jiġu stabbiliti pilastri ffinanzjati obbligatorji.

Madankollu, f'bosta każijiet jinħtieġu aktar riformi u l-kriżi finanzjarja u ekonomika għamlitha aktar diffiċli biex wieħed ilaħħaq mat-tibdil demografiku, kif ukoll enfasizzat aktar dgħufijiet f'ċerti sistemi tal-pensjoni. Għaldaqstant, f'ħafna mill-Istati Membri se jkun inevitabbli li jsiru aktar aġġustamenti mil-lat tal-infiq, u anki li jkun hemm sforzi akbar biex titkattar ir-rata tal-impjieg u l-produttività. Jeħtieġ li tiġi implimentata, b'mod rigoruż, strateġija fiskali kredibbli b'konformità mal-qafas fiskali fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li tqis sew l-ispiża netta li ġġib magħha l-implimentazzjoni ta' riforma tal-pensjonijiet. Fir-rigward tal-isfida tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma ddefinixxa fl-2001 strateġija fuq tliet livelli, li tinkludi: (i) it-tnaqqis tad-dejn pubbliku, (ii) iż-żieda fl-impjiegi, partikolarment tal-ħaddiema ikbar fl-età, kif ukoll il-produttività u (iii) r-riforma tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Reċentement, l-istrateġija fuq tliet livelli biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet marbuta mat-tixjiħ tal-popolazzjoni, ġiet arrikkita fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020 b'mod ġenerali, filwaqt li l-Green Paper tal-2010 dwar il-pensjonijiet tat bidu għal dibattitu dwar approċċ komprensiv fid-dawl tal-kisba ta' introjtu adegwat, sostenibbli u sikur wara l-irtirar.

2.2. Inżommu l-adegwatezza tal-benefiċċji tal-pensjoni

Il-pensjonijiet – l-aktar minn skemi pubbliċi – huma s-sors ewlieni ta' introjtu għall-Ewropej akbar fl-età, li huma parti sinifikanti u li dejjem tikber tal-popolazzjoni tal-UE (120 miljun jew 24 %). Tabilħaqq, l-għan bażiku tas-sistemi tal-pensjoni huwa li jiġi pprovdut introjtu adegwat wara l-irtirar u li l-persuni akbar fl-età jkunu jistgħu jgawdu minn livell tal-għajxien diċenti u jkunu ekonomikament indipendenti u l-pensjonijiet iservu wkoll ta' stabilizzaturi ekonomiċi. B'mod ġenerali, dan inkiseb fl-UE kollha, għalkemm għad fadal diskrepanzi importanti. Il-persuni li għandhom aktar minn 65 sena għandhom introjtu ta’ kważi 94 % tal-introjtu medju għall-popolazzjoni kollha kemm hi[3], iżda 22 % tan-nisa li għandhom aktar minn 75 sena jaqgħu taħt il-livell ta' riskju tal-faqar[4].

Filwaqt li r-riformi tal-pensjonijiet pubbliċi riċenti kellhom tendenza li jtejbu jew iżommu l-protezzjoni tagħhom kontra l-faqar, il-biċċa l-kbira ta' dawn ir-riformi se jirriżultaw f'rati ta' sostituzzjoni aktar baxxi (il-pensjonijiet marbuta mal-qligħ preċedenti) fil-ġejjieni (Figura 2).

Figura 1: Il-bidla mbassra fir-rati ta' sostituzzjoni tal-iskemi statutorji u supplementari tal-pensjoni bejn l-2008 u l-2048 (f'punti perċentwali)

Sors: L-istudju tas-Sottogrupp Indikatur tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (ISG) dwar ir-rati ta' sostituzzjoni teoretiċi għall-perjodu bejn l-2008 u l-2048

It-tnaqqis mistenni fir-rati ta' sostituzzjoni huwa, madankollu, imsejjes fuq is-suppożizzjoni tal-istess età tal-irtirar. Jekk wieħed jaħdem sa età aktar avvanzata, dan jista' jgħin biex jinżamm jew anki jiżdied il-livell futur tar-rati ta' sostituzzjoni. Dan l-effett jintwera fil-Figura 3 li tqabbel ir-rati ta' sostituzzjoni gross li minnhom jibbenefikaw il-persuni li bħalissa qed jirtiraw ta' 65 sena wara karriera ta' 40 sena mar-rati ta' sostituzzjoni tal-persuni li se jirtiraw ta' età aktar avvanzata (67 sena, wara karriera ta' 42 sena, jekk wieħed jassumi li l-elementi l-oħra kollha huma l-istess) fil-ġejjieni (Figura 3).

Figura 3 L-impatt mistenni tal-ħajja tax-xogħol itwal fuq il-bidla fir-rati ta' sostituzzjoni bejn l-2008 u l-2048

Sors: L-istudju tal-ISG dwar ir-rati ta' sostituzzjoni teoretiċi għall-perjodu bejn l-2008 u l-2048

It-tfaddil għall-irtirar komplementari jista' jgħin ukoll biex jiġu żgurati rati ta' sostituzzjoni adegwati fil-ġejjieni[5]. Xi pajjiżi introduċew miżuri biex jikkomplementaw l-iskemi pubbliċi ħallas-waqt-li-tkun-għaddej tal-pensjoni tagħhom bi skemi ffinanzjati b'mod privat, iżda hemm ħafna lok għal aktar żvilupp tal-opportunitajiet ta' tfaddil għall-pensjoni komplementari f'bosta Stati Membri. Madankollu, dan ikun jeħtieġ li l-iskemi tal-pensjoni ffinanzjati b'mod privat jsiru aktar sikuri u kosteffikaċi, kif ukoll aktar kompatibbli mas-swieq tax-xogħol flessibbli u l-mobilità.

F’xi pajjiżi l-kriżi wriet biċ-ċar li l-kapaċità tal-iskemi prefinanzjati tal-pensjoni li jtaffu r-riskji u jassorbu x-xokkijiet, jeħtieġ li tiġi mtejba. Ir-reċessjoni u d-deterjorament sussegwenti tal-finanzi pubbliċi żvelaw ukoll xi dgħufijiet fil-mod kif xi Stati Membri fittxew li jibnu l-iskemi tal-pensjoni privata obbligatorja.

2.3. Inżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-ħaddiema akbar fl-età fis-suq tax-xogħol

L-isfida tat-tixjiħ ta' spiss tintwera mill-irduppjar tal-proporzjon tad-dipendenza tal-età avvanzata (il-popolazzjoni li għandha aktar minn 65 sena mal-popolazzjoni li għandha bejn 15 u 64 sena) minn 26 % fl-2010 għal 50 % fl-2050. Madankollu, il-kwistjoni reali hija l-proporzjon tad-dipendenza fuq l-ekonomija, li jikkorrispondi għall-għadd ta' persuni qiegħda u pensjonanti bħala perċentwal tal-impjegati. Jekk l-Ewropa tikseb l-għan tal-Istrateġija Ewropa 2020 marbut mal-impjiegi, dak ta' rata ta' impjiegi ta' 75 % fil-grupp ta' età bejn l-20 u l-64 u jkun hemm aktar progress fil-perjodu 2020-2050 il-proporzjon tad-dipendenza fuq l-ekonomija se jiżdied biss mil-livell attwali ta' 65 % għal 79 % fl-2050[6].

Bosta pajjiżi għandhom lok konsiderevoli biex itejbu l-adegwatezza u s-sostenibbiltà fil-ġejjieni tas-sistemi tal-pensjoni tagħhom billi jgħollu r-rati tal-impjieg, u dan mhux biss fil-gruppi ta' età aktar avvanzata, iżda wkoll għal gruppi b'rati tal-impjieg aktar baxxi, bħan-nisa, il-migranti u ż-żgħażagħ. Jekk tintlaħaq il-mira tal-impjieg tal-UE jew jintlaħqu l-pajjiżi bl-aħjar rendiment, dan jista' kważi jinnewtralizza l-effetti tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq l-importanza tal-pensjonijiet fil-PDG.

Is-sistemi tal-pensjoni jinfluwenzaw ix-xejriet tal-irtirar, u għalhekk il-provvista tax-xogħol u l-proporzjon tad-dipendenza fuq l-ekonomija. Il-parametri ewlenin huma l-etajiet tal-eliġibilità għall-pensjoni normali u bikrija. Bħalissa, l-irtirar jirrappreżenta madwar terz tal-ħajja adulta u, bla tibdil fil-politika, dan is-sehem jista' jiżdied skont iż-żieda futura fl-istennija tal-għomor. Barra minn hekk, il-modi ewlenin għall-waqfien bikri mix-xogħol jirriżultaw f'rati tal-impjieg tal-ħaddiema akbar fl-età (li għandhom bejn 55 u 64 sena) inqas minn 50 % fl-2010 fl-UE. Iżda din iċ-ċifra aggregata għall-UE taħbi d-differenzi kbar li jeżistu bejn l-Istati Membri, li jvarjaw minn 30,2 % f'Malta sa 70,5 % fl-Isvezja (ara l-Figura 4). Barra minn hekk, ir-rati tal-impjieg tan-nisa akbar fl-età (38,6 %) huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-irġiel (54,6 %).

Madankollu, ix-xejra lejn l-irtirar bikri f'dawn l-aħħar deċennji, inqalbet. Ir-rata tal-impjieg għall-grupp ta’ età bejn il-55 u l-64 sena, żdiedet fl-UE-27 minn 37,7 % fl-2001 għal 46,3 % fl-2010. Barra minn hekk, ir-riformi tal-pensjonijiet li diġà ġew adottati fl-Istati Membri, li ħafna drabi jiddaħħlu gradwalment maż-żmien, jistgħu jirriżultaw f'żidiet sinifikanti fir-rati tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema akbar fl-età. Madankollu, hemm aktar xi jsir. Il-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol bħalissa għadha baxxa wisq fil-gruppi tal-età eżatt taħt l-età tal-irtirar u l-progress għadu limitat wisq. Età tal-irtirar fissa flimkien ma' alternattivi faċli ta' ħruġ bikri mid-dinja tax-xogħol se joħolqu żbilanċi dejjem akbar bejn is-snin attivi u s-snin tal-irtirar. Ir-riforma tas-sistemi tal-pensjoni biex tiżdied ir-rata tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol se tkun kruċjali biex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u biex tiġi stabbilita bażi soda għall-pensjonijiet sostenibbli u adegwati.

Is-suċċess tar-riformi mmirati li jżidu l-età ta' eliġibbiltà għall-pensjoni (inkluż bit-tneħħija gradwali tal-iskemi tal-irtirar bikri) jiddependi, madankollu, fuq opportunitajiet aħjar għan-nisa u l-irġiel akbar fl-età biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol. Dan jinkludi l-adattament tal-postijiet tax-xogħol u l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, il-politiki kosteffikaċi bl-għan li jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol, il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, il-miżuri biex ikun appoġġjat it-tixjiħ f'saħħtu u biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi bejn is-sessi u d-diskriminazzjoni minħabba l-età. Barra minn hekk, sabiex dawn ir-riformi jkunu aċċettati fil-livell politiku, jeħtieġ li dawn ikunu perċepiti bħala ġusti. Għalhekk jeħtieġ li jitqies il-fatt li l-kapaċità li wieħed jaħdem – u jsib impjieg – tvarja sewwa bejn l-individwi, u li hemm tendenza li l-istennija tal-għomor u l-istat tas-saħħa fl-età ta' 60 jew 65 sena jkunu aktar baxxi għall-ħaddiema manwali li bdew jaħdmu ta' età żgħira.

Figura 4 Ir-rati tal-impjieg ta’ ħaddiema akbar fl-età (bejn 55 u 64 sena) fl-Istati Membri tal-UE fl-2010

Sors: ESTAT

2.4. Ir-rwol tal-Istati Membri u tal-UE fil-qasam tal-pensjonijiet

L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja tat-tfassil tas-sistemi tal-pensjoni tagħhom skont iċ-ċirkostanzi tagħhom. Madankollu, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-UE tappoġġja u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri dwar il-ħarsien soċjali (l-Artikolu 153) u li tqis il-ħarsien soċjali adegwat fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħha (l-Artikolu 9).

Bosta kompetenzi u inizjattivi politiċi tal-UE jaffettwaw il-politiki u s-sistemi nazzjonali tal-pensjoni. Sa issa, l-UE kienet qed tindirizza kwistjonijiet speċifiċi ħafna marbuta mal-pensjonijiet b'mod pjuttost frammentat, pereżempju billi tneħħi l-ostakli għall-moviment ħieles tal-persuni, tiddefinixxi kif il-provvedituri tal-pensjonijiet privati jistgħu jibbenefikaw mis-Suq Intern, tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni u timmonitorja s-sostenibbiltà fiskali. Minħabba l-kobor u l-karattru interrelatat tal-isfidi makroekonomiċi, soċjali u tal-impjieg marbuta mal-pensjonijiet, jeħtieġ li jittieħed approċċ aktar komprensiv.

L-UE għandha firxa wiesgħa ta' strumenti politiċi biex tappoġġja lill-Istati Membri fil-kisba ta' pensjonijiet adegwati fuq bażi sostenibbli. Fil-Green Paper dwar il-Pensjonijiet tal-2010, il-Kummissjoni saħqet fuq l-importanza li l-kwistjonijiet marbuta mal-pensjonijiet jiġu indirizzati b' mod olistiku u jiġu ottimizzati s-sinerġji madwar l-oqsma tal-politika. L-istrateġija Ewropa 2020 u t-tisħiħ tal-governanza ekonomika fil-livell Ewropew, jipprovdu qafas aktar b’saħħtu biex jiġu eżaminati b'mod kritiku s-sistemi tal-pensjoni. Dawn jirrikonoxxu li l-pensjonijiet, li għandhom rwol vitali billi jappoġġjaw ħafna ċittadini tal-UE, huma wkoll wieħed mill-ikbar elementi tal-infiq pubbliku u għalhekk huma kwistjoni ta' tħassib komuni fost l-Istati Membri. Minbarra l-kooperazzjoni mill-qrib mal-gvernijiet tal-Istati Membri (partikolarment fil-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-KPS, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika, il-KPE u l-Kumitat tal-Impjiegi, l-EMCO), huwa importanti li jiġi żgurat li fid-diskussjoni dwar kif jistgħu jinkisbu pensjonijiet adegwati, sostenibbli u sikuri, ikunu jistgħu jipparteċipaw partijiet interessati nongovernattivi oħra.

Din il-White Paper tirrispetta r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri. Din hi intiża li torjenta l-istrumenti politiċi tal-UE lejn appoġġ aħjar għall-isforzi tar-riforma tal-pensjonijiet fl-Istati Membri u tipproponi sett ta' inizjattivi li jsaħħu lil xulxin, li jvarjaw minn leġiżlazzjoni dwar l-inċentivi finanzjarji għal koordinazzjoni tal-politika u l-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri komuni fil-qafas integrat u komprensiv tal-Ewropa 2020.

3. Il-ħtieġa għal Riformi tal-Pensjonijiet

L-isfida għall-politiki fil-qasam tal-pensjonijiet hija li tiġi stabbilita sistema li tkun finanzjarjament sostenibbli sabiex ikun jista' jinkiseb l-għan bażiku tas-sistemi tal-pensjoni, jiġifieri li jipprovdu introjtu adegwat wara l-irtirar u li jippermettu lill-persuni akbar fl-età igawdu minn livelli ta' għajxien diċenti u li jkunu ekonomikament indipendenti.

L-Istħarriġiet Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) tal-Kummissjoni ppubblikati fl-2011[7] u fl-2012[8] enfasizzaw l-orjentazzjonijiet ewlenin għar-riformi tal-pensjonijiet li jikkontribwixxu għall-konsolidament fiskali favorevoli għat-tkabbir u se jiżguraw pensjonijiet adegwati u sostenibbli. Sabiex jintlaħqu dawn il-miri, is-SAT enfasizzaw ir-rilevanza li jiġi żgurat bilanċ aħjar bejn is-snin li matulhom il-persuna tkun ħadmet u s-snin tal-irtirar u li jiġi promoss tfaddil għall-irtirar komplementari. B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni rrakkomandat li:

(a)          l-età tal-irtirar tiġi assoċjata maż-żidiet fl-istennija tal-għomor;

(b)          jiġi ristrett l-aċċess għall-iskemi tal-irtirar bikri u l-modi l-oħra għall-waqfien bikri mix-xogħol;

(c)          tiġi appoġġjata ħajja itwal fid-dinja tax-xogħol billi jiġi pprovdut aċċess aħjar għat-tagħlim tul il-ħajja, jiġu adattati l-postijiet tax-xogħol għal forza tax-xogħol aktar diversa, jiġu żviluppati opportunitajiet tal-impjieg għall-ħaddiema akbar fl-età u jiġi sostnut it-tixjiħ attiv u f'saħħtu;

(d)          tiddaqqas l-età tal-pensjoni bejn l-irġiel u n-nisa; kif ukoll,

(e)          jkun appoġġjat l-iżvilupp tat-tfaddil għall-irtirar komplementari sabiex jissaħħaħ l-introjtu wara l-irtirar.

L-implimentazzjoni b’suċċess tar-riformi tal-pensjonijiet skont dawn il-parametri se tikkontribwixxi biex is-sistemi tal-pensjoni jsiru aktar sostenibbli u b'hekk tgħin lill-Istati Membri biex joffru liċ-ċittadini tagħhom introjtu adegwat fix-xjuħija anki f'kuntest demografiku ferm anqas favorevoli.

Ir-riformi tas-sigurtà soċjali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istħarriġiet Annwali dwar it-Tkabbir imxew ’il quddiem sew f'bosta pajjiżi (l-aktar reċenti fir-Repubblika Ċeka, fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja, ara l-Anness 3 għar-riformi riċenti tal-pensjonijiet). Madankollu, hemm bżonn ta' aktar azzjoni politika, u hemm bżonnha issa. Il-komponenti meħtieġa tar-riformi ta' suċċess skont is-SAT huma deskritti hawn taħt.

3.1. Il-ksib ta' bilanċ bejn it-tul tal-ħajja professjonali u l-irtirar 3.1.1. Il-ħolqien ta' rabta bejn l-età tal-irtirar u ż-żieda fl-istennija tal-għomor

Ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-pensjonijiet speċifiċi għall-pajjiż adottati f’Lulju 2011 jiffokaw bil-qawwi fuq il-ħtieġa li l-ħaddiema akbar fl-età jinżammu għal żmien itwal fis-suq tax-xogħol, partikolarment billi tiżdied l-età tal-pensjoni u din tiġi adattata għaż-żieda fl-istennija tal-għomor. Fl-ewwel każ, iż-żieda effettiva fl-età tal-irtirar tkun tikkumpensa sa ċertu punt għaż-żieda preċedenti fl-għomor li ma ġietx meqjusa fil-kalkoli tal-pensjonijiet. Ir-rabta bejn l-età tal-pensjoni u l-istennija tal-għomor tista' mbagħad tgħin biex jiġi stabbilizzat il-bilanċ bejn is-snin tax-xogħol u s-snin tal-irtirar. Din hi ta’importanza ewlenija għas-sostenibbiltà fil-ġejjieni. Is-simulazzjonijiet fir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà 2009 tal-Kummissjoni jissuġġerixxu li ż-żieda fl-età tal-irtirar skont iż-żidiet futuri fl-istennija tal-għomor tista' twassal għal iffrankar baġitarju li jirrappreżenta aktar min-nofs iż-żieda mbassra fin-nefqa tal-pensjonijiet matul il-50 sena li ġejjin[9].

Xi Stati Membri jippruvaw jittardjaw l-età tal-irtirar billi jżidu l-għadd ta' snin ta' kontribuzzjonijiet meħtieġa biex tinkiseb pensjoni sħiħa, jew billi jadattawha għaż-żieda fl-istennija tal-għomor (eż. ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Franza, l-Italja). Oħrajn joħolqu rabta bejn il-livell tal-benefiċċji tal-pensjoni u ż-żieda fl-istennija tal-għomor (eż. il-Portugall), filwaqt li xi wħud jikkollegaw il-livelli tal-benefiċċji mal-bilanċ finanzjarju tal-iskema tal-pensjonijiet (eż. il-Ġermanja, l-Isvezja), li se jiġu affettwati mill-bidla demografika u miż-żieda fl-istennija tal-għomor. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri joffru xi opportunitajiet biex iċ-ċittadini jaqilgħu pensjoni ogħla billi jaħdmu aktar fit-tul, u b'hekk ikunu jistgħu jikkumpensaw għat-tnaqqis fil-valur tal-pensjonijiet f’età tal-irtirar partikolari, biex b’hekk jippreżervaw l-adegwatezza tal-pensjonijiet tagħhom.

Iż-żieda effettiva fl-età tal-irtirar mhix se tiffavorixxi l-interessi taż-żgħażagħ kontra dawk tal-persuni akbar fl-età iżda se tikkonsisti fil-ħolqien ta' bilanċ ġust bejniethom. Li wieħed jibqa' attiv matul parti mis-snin ta' ħajja itwal ma jfissirx li l-persuni akbar fl-età qegħdin jiġu mċaħħda mill-irtirar ferm mistħoqq tagħhom għall-benefiċċju taż-żgħażagħ. Lanqas ma jfisser li l-ħaddiema akbar fl-età se jżommu l-impjiegi illi kieku jkunu disponibbli għall-ħaddiema iżgħar. Tabilħaqq, dawk l-Istati Membri bl-ogħla rati ta’ impjieg għall-ħaddiema akbar fl-età għandhom ukoll fost l-aktar rati baxxi ta' qgħad fost iż-żgħażagħ. Fuq medda itwal ta' żmien, l-għadd ta’ impjiegi mhuwiex fiss, iżda jiddependi parikolarment fuq il-provvista ta' ħaddiema kwalifikati, li hija l-mutur prinċipali tat-tkabbir ekonomiku. Iż-żieda fid-disponibbiltà ta' ħaddiema akbar fl-età bl-esperjenza se ssaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir tal-Ewropa u b'hekk toħloq aktar opportunitajiet u kundizzjonijiet tal-għajxien aħjar għaż-żgħażagħ u għal dawk akbar fl-età. Il-ħolqien ta' opportunitajiet aħjar għall-persuni ta’ kull età se jkun fil-qalba tas-Sena Ewropea 2012 għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet.

3.1.2. It-trażżin tal-aċċess għall-irtirar kmieni

Ir-riformi tal-pensjonijiet immirati li jżommu lin-nies għal żmien itwal fis-suq tax-xogħol jeħtieġ ukoll li jiffokaw fuq it-tneħħija ta' alternattivi ta' rtirar bikri mhux ġustifikati li jistgħu japplikaw għall-impjegati kollha jew għal professjonijiet speċifiċi.

F’xi Stati Membri, is-sistema tal-pensjoni statutorja tippermetti lill-persuni li għandhom perjodi kontributorji sħaħ li jirtiraw qabel l-età tal-pensjoni standard (eż. l-Awstrija, il-Belġju u l-Lussemburgu). Għaldaqstant, ir-riformi tal-pensjonijiet ma għandhomx jiffokaw biss fuq iż-żidiet fl-etajiet tal-pensjoni, iżda wkoll, fejn rilevanti, fuq it-tul tal-perjodi kontributorji, li wkoll jeħtieġ li jirriflettu ż-żieda fl-istennija tal-għomor. Jekk jitqiesu l-perjodi kontributorji (anki jekk it-tul meħtieġ jiżdied skont l-istennija tal-għomor) is-sistemi tal-pensjoni jistgħu jkunu ġusti fil-konfront ta' persuni li bdew il-karriera tagħhom kmieni (normalment il-ħaddiema bla sengħa li ħafna drabi jkollhom stennija tal-għomor aktar baxxa u aktar problemi ta' saħħa).

L-Istati Membri jirriformaw l-iskemi tal-irtirar bikri b’modi differenti. Min iħaddem jista' jintalab iħallas kollox jew għall-inqas sehem sinfikanti mill-ispejjeż tal-benefiċċji tal-irtirar bikri. Il-ħaddiema f’impjiegi partikolarment diffiċli jew perikolużi jistgħu jingħataw alternattivi għall-irtirar bikri, bħall-mobilità tax-xogħol. F’xi Stati Membri, ir-regoli tal-eliġibbilità qegħdin isiru aktar stretti – pereżempju billi tiżdied l-età tal-eliġibbiltà. Xi pajjiżi qegħdin ukoll inaqqsu l-livelli tal-benefiċċji pprovduti permezz ta' skemi speċjali jew jagħlqu dawn l-iskemi. Kull meta jitneħħew l-alternattivi tal-irtirar bikri, huwa importanti li jiġi żgurat li l-individwi kkonċernati jkunu jistgħu jaħdmu aktar fit-tul jew, jekk dan ma jkunx possibbli, li jistgħu jgawdu minn sigurtà adegwata tal-introjtu.

3.1.3. Nappoġġjaw ħajja itwal fid-dinja tax-xogħol

It-tneħħija gradwali tal-iskemi tal-irtirar bikri u ż-żieda fl-età tal-pensjoni għandom ikunu akkumpanjati minn miżuri li jippermettu lin-nies jibqgħu għal żmien itwal fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri xierqa fil-qasam tas-saħħa, il-post tax-xogħol u l-impjiegi. Fin-nuqqas ta' dawn, l-impatt fuq il-finanzi pubbliċi jista' jkun ferm inqas ta' benefiċċju jekk tali riformi li jimmiraw lejn l-etajiet tal-pensjoni jkunu jwasslu għal żieda fl-għadd ta' persuni li jiddependu fuq tipi oħra ta' benefiċċji (eż. il-qgħad, l-invalidità, l-assistenza soċjali). Alternattivament, l-iffrankar għall-baġits pubbliċi jista' jirriżulta minn ħaddiema akbar fl-età li jirċievu pensjonijiet imnaqqsa jekk ma jkunux jistgħu jibqgħu jaħdmu sal-età normali tal-irtirar. Din jirriżulta f’riskju ogħla ta' faqar fix-xjuħija.

Sabiex jiġu żgurati l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet fil-ġejjieni, se jkun meħtieġ djalogu ġenwin fl-Istati Membri, li jlaqqa' flimkien il-gvernijiet, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati l-oħra biex jintlaħaq kunsens dwar il-politiki li joħolqu opportunitajiet biex wieħed jaħdem għal aktar żmien, filwaqt li jiżguraw ukoll is-solidarjetà ma’ dawk li ma jistgħux jagħmlu dan. Jeħtieġ li jiġi spjegat ukoll li, hekk kif qed tiżdied l-istennija tal-għomor, meta wieħed jaħdem aktar fit-tul, dan ma jimplikax li se jgawdi minn inqas snin ta' rtirar.

Fattur ta’ importanza kbira huwa l-istat tas-saħħa tan-nies li jinsabu qrib l-età tal-irtirar, billi dan jaffettwa l-kapaċità u r-rieda tan-nies li jissoktaw jaħdmu b’impatti konsegwenti fuq is-suq tax-xogħol. L-investiment fil-prevenzjoni tal-mard, il-promozzjoni tat-tixjiħ attiv u f'saħħtu u sistemi tas-saħħa aktar kosteffettivi huma importanti biex tinżamm u tiġi mmassimizzata forza tax-xogħol b’saħħitha u produttiva li tista' tissokta taħdem aktar tard fil-ħajja. Dan imbagħad se jgħin biex jonqos l-irtirar kmieni kkawżat minn mard, se jikkontribwixxi għal żieda fil-parteċipazzjoni fix-xogħol ta' nies ta' età 'l fuq minn 55 sena u jtaffi l-pressjoni fuq il-pensjonijiet.      Aktar miżuri jinkludu r-reviżjoni tal-etajiet obbligatorji tal-irtirar mhux ġustifikati, il-promozzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, l-adattament tal-postijiet tax-xogħol għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema akbar fl-età u l-iżvilupp ta' opportunitajiet għal arranġamenti flessibbli tax-xogħol, eż. permezz ta' kombinazzjoni ta' xogħol part-time u d-dħul ta' pensjoni parzjali. Hemm lok għall-iżvilupp tat-"tieni karriera" kif ukoll ta' impjiegi "ta' tmiem il-karriera" xierqa. It-tneħħija tad-diżinċentivi għall-impjieg u l-iżvilupp ta' ħajja itwal fid-dinja tax-xogħol għan-nisa u għall-irġiel fis-sistemi ta' benefiċċji fiskali u ta' rimunerazzjoni, se tkun importanti wkoll. Minħabba d-differenzi sinifikanti fir-rati tal-impjieg għan-nisa u l-irġiel li għandhom bejn 55 u 64 sena, l-inizjattivi kollha se jkollhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-aspetti marbuta mal-ġeneri tal-ħajja itwal fid-dinja tax-xogħol u t-tixjiħ attiv, inklużi l-miżuri li jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tar-responsabbiltajiet familjari u t-tnaqqis tad-diskrepanzi bejn il-ġeneri fl-impjieg u fil-pagi. Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jista' jkollu rwol importanti fit-tisħiħ tal-kapaċità ta' dawk li jfasslu l-politika, min iħaddem u l-ħaddiema biex jitneħħew l-ostakli għan-nisa u għall-ħajjiet itwal fid-dinja tax-xogħol u jitwettaq il-progress meħtieġ sabiex tissaħħaħ l-impjegabbiltà tal-ħaddiema akbar fl-età taż-żewġ ġeneri.

3.1.4. Jitneħħew id-diskrepanzi bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-pensjonijiet

Fl-2009, 13-il Stat Membru kien għad għandhom età tal-pensjoni aktar baxxa għan-nisa milli għall-irġiel. Madankollu, abbażi tal-leġiżlazzjoni attwali fis-seħħ, sal-2020 18 –il Stat Membru se jkunu ġabu l-etajiet tal-pensjoni l-istess. Ħames Stati Membri għandhom pjanijiet aktar fit-tul biex idaqqsu l-etajiet tal-pensjoni u erbgħa biss mis-27 Stat Membru ma għandhom l-ebda leġiżlazzjoni fis-seħħ biex jagħmlu dan (ara l-Anness 3 għad-dettalji speċifiċi għall-pajjiż). L-ugwaljanza fl-etajiet tal-pensjoni għan-nisa u l-irġiel tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema akbar fl-età fil-forza tax-xogħol u tgħin biex jitjieb l-introjtu għan-nisa, u għandha tiġi implimentata mingħajr dewmien.

Jeħtieġ li l-ugwaljanza fl-etajiet tal-pensjoni titqies fil-kuntest usa' tad-disparitajiet bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet li jirriżultaw minn differenzi bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-impjieg, il-pagi, il-kontribuzzjonijiet u l-waqfiet fil-karriera u x-xogħol part-time marbuta mar-responsabbiltajiet familjari. Din il-persistenza tal-inugwaljanzi bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol twassal għal inqas drittijiet għall-pensjoni għan-nisa. Għaldaqstant, l-indirizzar tal-adegwatezza u s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet jeħtieġ taħlita ta' politiki dwar il-pensjonijiet u l-impjieg immirati biex jitrattaw id-differenzi bejn il-ġeneri fir-rigward tal-introjtu tal-pensjoni. Jinħtieġu soluzzjonijiet aktar effettivi li mhumiex imsejsa fuq is-suppożizzjoni tar-rwoli speċifiċi għall-ġeneri, bħal krediti tal-assistenza li huma disponibbli kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa u li jippreżervaw is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjoni inkluż billi jiffaċilitaw ir-ritorn lejn ix-xogħol.

L-indirizzar tal-inugwaljanzi bejn is-sessi billi tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u l-ħajja privata, jista' jkollu wkoll benefiċċji indiretti fit-tul għas-sistemi tal-pensjoni billi jagħmilha aktar faċli biex in-nies irabbu familja, u għalhekk jgħolli r-rati tat-twelid u jtaffi t-tnaqqis fit-tul tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol.

3.2. L-iżvilupp tat-tfaddil privat u komplementari għall-irtirar

It-tfaddil għall-irtirar komplementari għandu jkollu rwol ikbar fl-iżgurar tal-adegwatezza tal-pensjonijiet fil-ġejjieni, u għalhekk l-Istati Membri se jkollhom isibu modi biex itejbu l-kosteffikaċja, is-sikurezza u l-aċċess ekwu għal skemi komplementari tal-pensjoni. Il-vantaġġi fiskali u l-inċentivi finanzjarji l-oħra, kif ukoll in-negozjar kollettiv għandhom rwol importanti hawnhekk. Dawn l-għodod qegħdin jintużaw b’modi differenti ħafna madwar l-UE, u għalhekk hemm lok konsiderevoli għal tagħlim reċiproku. L-indirizzar tal-ugwaljanza bejn is-sessi se jkun ukoll kruċjali biex jiġi evitat li jikbru d-diskrepanzi eżistenti bejn is-sessi, billi n-nisa bħalissa għandhom inqas opportunitajiet mill-irġiel li jiżguraw tfaddil għall-irtirar supplimentari.

Il-kriżi enfasizzat kemm l-iskemi tal-pensjoni ffinanzjati huma vulnerabbli għall-kriżijiet finanzjarji u għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Din enfasizzat ukoll il-ħtieġa li jiġi rivedut il-qafas regolatorju u t-tfassil tal-iskemi biex titjieb is-sikurezza tal-pensjonijiet privati. L-UE għandha kompetenzi leġiżlattivi f’dan il-qasam, u diġà hemm żewġ strumenti fis-seħħ: Id-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom[10] u d-Direttiva dwar l-attivitajiet u s-sorveljanza tal-Istituzzjonijiet għall-Provvista ta’ Rtirar Okkupazzjonali (IORP)[11]. Il-konsultazzjoni dwar il-Green Paper ikkonfermat li s-Suq Uniku huwa strument ewlieni biex jiġu appoġġjati l-adegwatezza tal-pensjonijiet u s-sostenibbiltà fiskali. Għad hemm potenzjal li mhuwiex sfruttat biex isiru aktar kisbiet fl-effiċjenza permezz tal-ekonomiji ta' skala, id-diversifikazzjoni tar-riskji u l-innovazzjoni. L-UE tista’ ssaħħaħ il-qafas tagħha biex tappoġġja l-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali fis-sistema tal-pensjoni ġenerali tal-Istati Membri u biex tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispiża tal-pensjonijiet. Din hi r-raġuni għaliex id-Direttiva dwar l-IORP se tiġi riveduta bl-għan li tiġi ffaċilitata aktar l-attività transkonfinali għall-IORPs u tiġi mmodernizzata s-sorveljanza tagħhom, b'kunsiderazzjoni tat-tipi differenti ta' IORP fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jeħtieġ li titjieb il-kwalità tal-prodotti finanzjarji għat-tfaddil għall-irtirar individwali mhux marbuta mal-impjiegi, bħall-iskemi tat-tielet pilastru u prodotti finanzjarji oħra użati biex jissupplimentaw l-introjtu tal-anzjani. It-titjib tal-informazzjoni u tal-ħarsien tal-konsumatur huwa meħtieġ biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-ħaddiema u tal-investituri fil-prodotti finanzjarji għat-tfaddil għall-irtirar.

Aktar dipendenza fuq l-iskemi komplementari tal-pensjoni tista' twassal biex il-persuni jaqsmu minn pajjiż għall-ieħor u b'hekk jitilfu parti sinifikanti mid-drittijiet tagħhom għall-pensjoni. Id-drittijiet statutorji tas-sigurtà soċjali tagħhom huma garantiti mil-leġiżlazzjoni tal-UE (b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 883/2004[12]), iżda l-iskemi privati huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta’dan ir-Regolament. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġu adottati miżuri li jipprevjenu l-iskemi supplimentari tal-pensjoni milli jkunu ta' ostaklu għall-mobilità professjonali u għall-flessibilità fis-suq tax-xogħol, li jistgħu jikkontribwixxu direttament biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku fl-UE, mingħajr ma jolqot b'mod ħażin sew id-dispożizzjoni ġenerali tal-pensjonijiet supplimentari.

Iċ-ċittadini li jaħdmu fi Stat Membru ieħor mhux biss għandhom bżonn jippreżervaw id-drittijiet għall-pensjoni akkumulati bejn il-fruntieri. Jeħtieġ ukoll li jkollhom stampa ċara tad-drittijiet għall-pensjoni li huma akkumulaw permezz ta' skemi tal-pensjoni statutorji u professjonali. Din tista’ tinkiseb permezz tat-twaqqif ta’ servizzi tat-traċċar tal-pensjonijiet madwar l-UE simili għal dawk li diġà jeżistu f’xi Stati Membri. Is-servizzi tat-traċċar jistgħu jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni preċiża u aġġornata dwar id-drittijiet għall-pensjoni, kif ukoll bi previżjonijiet tal-introjtu tagħhom wara l-irtirar minn skemi tal-pensjoni statutorji u dik professjonali. Għaldaqstant, dawn jistgħu juru l-benefiċċji li wieħed jaħdem għal żmien itwal u li jiżgura tfaddil għall-irtirar komplementari sabiex iżomm introjtu adegwat wara l-irtirar. Permezz ta' armonizzazzjoni minima tal-karatteristiċi ewlenin, is-servizzi tat-traċċar fil-livell nazzjonali jistgħu jiġu konnessi f'sistema tal-UE għas-servizzi tat-traċċar.

4. L-Użu tal-Istrumenti tal-UE

Meta jitqies li l-politiki nazzjonali dwar il-pensjonijiet qegħdin isiru dejjem aktar kwistjoni ta’ tħassib komuni, huwa loġiku li r-rwol tal-UE fl-għajnuna mogħtija lill-Istati Membri biex jiksbu l-miri ta' pensjonijiet adegwati u sostenibbli qiegħed isir aktar importanti.

L-UE tista' tutilizza firxa ta' strumenti ta' politika biex tippromwovi pensjonijiet adegwati, sikuri u sostenibbli, għalkemm jidher biċ-ċar li r-responsabbiltà ewlenija biex jinkisbu dawn il-miri tibqa' tal-Istati Membri.

Il-leġiżlazzjoni: L-UE ma għandha l-ebda setgħa li tilleġiżla dwar it-tfassil tas-sistemi tal-pensjoni bħala tali fl-Istati Membri, madankollu tista' tilleġiżla dwar kwistjonijiet li jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern (il-moviment liberu tal-persuni, il-libertà tal-provvista tas-servizzi, il-ħarsien tal-konsumaturi), biex tindirizza d-diskriminazzjoni (b'mod partikolari, minħabba raġunijiet ta' ġeneru u età), u biex tħares id-drittijiet tal-ħaddiema. Għadd ta’ regolamenti u direttivi li jaffettwaw l-iskemi tal-pensjoni fl-Istati Membri, diġà jinsabu fis-seħħ. Barra minn hekk, l-UE tista’ tippromwovi miżuri legali mhux vinkolanti, bħall-kodiċi ta' prattika tajba.

Il-finanzjament: L-UE tista’ wkoll timmobilizza l-fondi biex tikseb ċerti miri ta' politika marbuta mal-pensjonijiet. Il-Fond Soċjali Ewropew huwa bla dubju l-aktar għodda Ewropea importanti għal dan il-għan u jista' jintuża biex jippromwovi l-impjegabbiltà u l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol għall-ħaddiema akbar fl-età. F'oqsma politiċi bħall-impjieg u l-politika soċjali (PROGRESS), is-saħħa pubblika u t-tagħlim tul il-ħajja, jeżistu diversi strumenti ta' finanzjament fuq skala iżgħar li jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta' politiki mtejba fl-Istati Membri, partikolarment permezz tat-tagħlim reċiproku.

Il-koordinazzjoni tal-politiki: L-istrateġija Ewropa 2020 timplika koordinazzjoni akbar tal-politiki nazzjonali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari bl-użu tal-istrument tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi. Dan il-proċess jissejjes fuq il-ħidma tal-kumitati tal-politika bħall-KPE, il-KPS u l-EMCO li jeżaminaw fid-dettall l-isfidi speċifiċi marbuta mal-adegwatezza u s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet u l-promozzjoni ta' ħajja itwal fid-dinja tax-xogħol.

Din il-White Paper tippreżenta sett komprensiv ta’ inizjattivi li jridu jittieħdu fil-livell tal-UE b'appoġġ għar-riformi tal-pensjonijiet nazzjonali. Dawn jindirizzaw żewġ oqsma ewlenin għar-riforma rikonoxxuti fis-SAT, jiġifieri l-kisba ta' bilanċ bejn it-tul tal-ħajja professjonali u l-irtirar u l-iżvilupp tat-tfaddil privat u komplementari għall-irtirar. Il-White Paper tisħaq ukoll fuq l-importanza li l-proċess olistiku imniedi mill-Green Paper ikun appoġġjat permezz ta' titjib fl-għodod ta' koordinazzjoni u monitoraġġ. L-azzjonijiet speċifiċi huma stabbiliti fl-Anness 1, pereżempju dwar il-portabbiltà, ir-reviżjoni tal-IORP jew il-firxa ta' miżuri biex in-nies ikunu jistgħu jibqgħu aktar fis-suq tax-xogħol. Għaldaqstant, din il-White Paper toffri bażi importanti li fuqha tista' tinbena kooperazzjoni produttiva mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-imsieħba soċjali.

5. Konklużjoni

Bosta sistemi tal-pensjoni madwar l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jiġu xi ftit jew wisq aġġustati biex jiżguraw li jkunu jistgħu joffru pensjonijiet adegwati fuq bażi sostenibbli. Dan ġie enfasizzat fis-SAT tal-2011 tal-Kummissjoni u tradott fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar il-pensjonijiet indirizzati lill-maġġoranza tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni reġgħet saħqet, fis-SAT tal-2012, fuq il-ħtieġa li jitwettqu riformi komprensivi tal-pensjonijiet, imsejsa fuq il-miżuri tas-suq tax-xogħol li jippermettu lill-irġiel u lin-nisa li jaħdmu għal żmien itwal. B'appoġġ għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet, din il-White Paper tippreżenta strateġija għal pensjonijiet adegwati, sostenibbli u sikuri matul id-deċennji li ġejjin. Ma hemmx dubju li l-isfidi, partikolarment dawk marbuta mat-tibdil demografiku u mas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, huma sinifikanti ħafna, iżda jeżistu wkoll modi xierqa kif jiġu indirizzati.

Il-kriżi attwali tad-dejn sovran tagħmilha ċara kemm huwa importanti għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, li kull wieħed mill-Istati Membri jirnexxilu jindirizza l-isfidi attwali fis-sistema tal-pensjonijiet tiegħu. Għaldaqstant, ir-riformi tal-pensjonijiet għandhom jinżammu taħt skrutinju mill-qrib fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020. Neħtieġu approċċ aktar Ewropew biex nindirizzaw l-isfidi għas-sistemi tal-pensjoni, skont il-konklużjonijiet suċċessivi tal-Kunsill Ewropew li appellaw għal koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politika ekonomika. Issa huwa l-waqt li naġixxu u li nimplimentaw b’mod deċiżiv l-azzjonijiet imressqa f'din il-White Paper. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet Ewropej u l-partijiet kollha interessati, partikolarment l-imsieħba soċjali, jeħtieġ li jingħaqdu flimkien, filwaqt li jibqgħu fil-limiti tar-rwoli rispettivi tagħhom, biex iwieġbu għall-isfidi li joriġinaw mit-tixjiħ tal-popolazzjoni. Is-sistemi tal-pensjoni għandhom jikkontribwixxu għat-tkabbir fl-Ewropa billi jippromwovu t-tixjiħ attiv, filwaqt li jibqgħu strument adegwat u sostenibbli fil-qalba tal-mudell soċjali Ewropew biex isostnu l-livell tal-għajxien tal-anzjani Ewropej.

ANNESS 1: L-inizjattivi tal-UE b'sostenn għall-isforzi tal-Istati Membri

1. Jinkiseb bilanċ bejn it-tul tal-ħajja professjonali u l-irtirar

Sabiex jinkiseb bilanċ aħjar bejn it-tul tal-ħajja professjonali u dak tal-irtirar, jeħtieġ li jiġu aġġustati s-sistemi tal-pensjoni, tiżdied l-età tal-irtirar u jissaħħu l-inċentivi biex wieħed ikun jista' jaħdem għal żmien itwal. Madankollu, sabiex dawn il-miżuri jsarrfu f'żieda fl-età effettiva tal-irtirar u anki fil-pareċipazzjoni tal-ħaddiema akbar fl-età fil-forza tax-xogħol, jeħtieġ li dawn il-miżuri jippermettu lill-ħaddiema akbar fl-età jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

(1) Fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib ir-riformi tal-pensjonijiet u tas-suq tax-xogħol, u tinkoraġġihom, skont l-Istħarriġiet Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż bl-għan li tiġi ttardjata l-età tal-pensjoni inkluż, billi jiġu ugwalizzati f'waqthom l-etajiet tal-pensjoni għan-nisa u l-irġiel fejn dan għadu ma sarx, u billi tinħoloq rabta bejn l-etajiet tal-irtirar u ż-żidiet fl-istennija tal-għomor.

(2) Il-Kummissjoni se tappoġġja lill-EMCO, il-KPE u l-KPS fis-sorveljanza multilaterali tagħhom tar-riformi tal-pensjonijiet u se toffri appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri permezz tal-programm PROGRESS u tal-Programm futur għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali biex jiġu ffaċilitati t-tagħlim reċiproku u l-iżvilupp tal-politika.

(3) Il-Kummissjoni se titlob lill-kumitati rilevanti (eż. il-KPS, il-Kumitat Konsultattiv dwar l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel) biex jidentifikaw u jirrakkomandaw l-aħjar prassi biex titnaqqas id-diskrepanza bejn is-sessi fir-rigward tal-pensjonijiet (eż. il-promozzjoni ta' pagi indaqs, id-drittijiet minimi għall-pensjoni, il-krediti tal-assistenza, il-qsim tad-drittijiet għall-pensjoni f’każ ta' divorzju).

(4) Matul is-Sena Ewropea 2012 għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, il-Kummissjoni se tqajjem għarfien dwar il-benefiċċji u l-possibbiltajiet ta' ħajja itwal fid-dinja tax-xogħol u tistimola t-tixrid tal-prattiki tajba fil-qasam tal-ġestjoni tal-età fil-postijiet tax-xogħol u s-swieq tax-xogħol.

(5) Fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni se żżid l-appoġġ tagħha għall-koordinazzjoni tal-politiki u l-ħidma konġunta sabiex tippermetti u tħeġġeġ il-ħaddiema akbar fl-età, b'mod partikolari n-nisa, biex idumu aktar fis-suq tax-xogħol. Dan se jinkludi l-promozzjoni ta' ħidma konġunta mill-KPS u l-EMCO dwar l-ostakli speċifiċi għas-sessi, u l-opportunitajiet għal estensjoni tal-ħajja tax-xogħol, dwar l-iżvilupp, fl-Istati Membri kollha, tas-swieq tax-xogħol immirati lejn ħaddiema li waslu fi tmiem il-karriera tagħhom u dwar il-proġetti fl-ambitu tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv u f'saħħtu.

(6) Fil-qafas tad-Djalogu Soċjali Ewropew, il-Kummissjoni se titlob lill-imsieħba soċjali biex jiżviluppaw modi ta' adattament tal-post tax-xogħol u tal-prattiki tas-suq tax-xogħol, inkluż il-ġestjoni tal-karrieri partikolarment fir-rigward tax-xogħlijiet strapazzanti, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħajja itwal fid-dinja tax-xogħol għan-nisa u l-irġiel. Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol se jipprovdu parir minn esperti fil-livell tal-UE.

(7) Fl-iżvilupp tal-proposta tagħha għall-Fond Soċjali Ewropew fil-perjodu tal-ipprogrammar bejn l-2014 u l-2020, il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw il-FSE biex jappoġġjaw it-tixjiħ attiv u f'saħħtu, inkluża r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, u se tissorvelja mill-qrib jekk il-programmi tal-FSE effettivament jappoġġjawx il-ħtiġijiet ta' riforma identifikati f'dan il-qasam fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi.

(8) Il-Kummissjoni se tikkonsulta l-imsieħba soċjali dwar il-mod kif l-etajiet tal-irtirar obbligatorji li mhumiex ġustifikati jistgħu jiġu riveduti fi ftehimiet kollettivi u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

2. L-iżvilupp tat-tfaddil privat u komplementari għall-irtirar

It-tisħiħ tar-rwol tat-tfaddil privat u komplementari għall-irtirar jiddependi l-ewwel nett fuq aċċess aħjar għall-iskemi supplimentari u l-kosteffikaċja tagħhom. L-opportunitajiet għat-tfaddil komplementari għall-irtirar permezz ta' arranġamenti professjonali u tat-tielet pilastru mhumiex żviluppati biżżejjed u nieqsa f'termini tal-kosteffikaċja u s-sikurezza f'bosta Stati Membri. Għaldaqstant, ikun ta' valur miżjud jekk l-Ewropa tintensifika l-appoġġ tagħha għal kopertura aħjar tan-nisa u l-irġiel u l-proliferazzjoni tal-prattiki tajba inkluża dik tal-immirar ottimali tal-inċentivi fiskali għall-iskemi prefinanzjati tal-pensjoni. Dawn jistgħu jiġu promossi mill-gvernijiet jew mill-imsieħba soċjali. Billi n-nies fil-ġejjieni se jkollhom jiddependu aktar fuq it-tfaddil komplementari tal-irtirar, jeħtieġ li jiġu ottimizzati s-sikurezza u l-prestazzjoni ta' dan it-tfaddil. It-titjib tar-regolamenti vinkolanti tal-UE u dawk mhux vinkolanti jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal dan. Fl-aħħar nett, l-iskemi supplimentari tal-pensjoni għandhom ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tas-swieq tax-xogħol flessibbli u l-mobilità tax-xogħol.

(9) Mill-2012, il-Kummissjoni se tibda tikkoopera mal-Istati Membri billi ssegwi approċċ tal-aħjar prattiki biex tivvaluta u tottimizza l-effiċjenza u l-kosteffikaċja tat-taxxa u inċentivi oħra għat-tfaddil privat għall-pensjoni, inklużi inċentivi mmirati aħjar fuq l-individwi illi kieku ma jirnexxilhomx jiżguraw pensjonijiet adegwati. Se toffri wkoll appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali li jixtiequ jfasslu skemi supplementari tal-pensjoni kosteffettivi, biex tgħinhom jibbenefikaw mill-prattiki tajbin u mill-esperjenzi ta’pajjiżi oħra.

(10) Il-Kummissjoni se tistieden lill-KPS biex jirrevedi l-prattika tajba fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni individwali bl-għan li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni aħjar lill-individwi dwar l-ippjanar għall-irtirar tagħhom kif ukoll rigward deċiżjonijiet dwar kemm jistgħu jfaddlu permezz ta' skemi supplementari tal-pensjoni.

(11) Fl-2012, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tirrevedi d-Direttiva dwar l-IORP. L-għan tar-reviżjoni hu li jinżamm livell ekwu ma' Solvenza II u li tippromwovi aktar attività transkonfinali f'dan il-qasam u tgħin biex ittejjeb il-mod ġenerali kif jingħataw il-pensjonijiet fl-UE. Dan se jgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tixjiħ demografiku u d-dejn pubbliku.

(12) Fl-2012, il-Kummissjoni se tieħu inizjattivi biex tiżgura protezzjoni aktar effettiva tad-drittijiet tal-pensjoni tax-xogħol tal-ħaddiema fil-każ ta' insolvenza ta’ min iħaddimhom fuq il-bażi tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE, billi titqies il-valutazzjoni orizzontali tal-implimentazzjoni tagħha madwar l-UE u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(13) Il-Kummissjoni se tippreżenta, sal-2013, inizjattiva mmirata biex tgħolli l-kwalità tal-prodotti tal-irtirar tat-tielet pilastru għan-nisa u l-irġiel u ttejjeb l-informazzjoni tal-konsumatur u l-istandards tal-protezzjoni permezz ta' kodiċi volontarji u possibbilment permezz ta’ skema taċ-ċertifikazzjoni tal-UE għal dawn il-prodotti, li tibni, fejn xieraq, fuq il-miżuri biex titjieb l-informazzjoni għall-konsumaturi ppjanati għall-2012 dwar "il-Prodotti ta' investiment għall-konsumaturi aggregat" (PRIPs).

(14) Billi taħdem mal-partijiet interessati bħall-imsieħba soċjali, l-industrija tal-pensjonijiet u l-korpi konsultattivi bħal-Forum tal-Pensjonijiet, il-Kumitat Konsultattiv dwar l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel, il-Kummissjoni se tiżviluppa kodiċi ta’ prattika tajba għall-iskemi tal-pensjoni tax-xogħol (it-tieni pilastru), li jindirizza kwistjonijiet bħall-kopertura aħjar tal-impjegati, il-fażi ta' likwidazzjoni, il-qsim u t-trażżin tar-riskju, il-kosteffikaċja u l-assorbiment tax-xokkijiet.

(15) Fl-2012, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill u mal-Parlament Ewropew, se terġa' tibda taħdem fuq id-Direttiva dwar it-trasferibbiltà tal-pensjonijiet li tistabbilixxi standards minimi għall-ksib u l-preżervazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni supplementari. Filwaqt li tippromwovi l-mobbiltà tal-pensjoni transkonfinali fis-setturi professjonali kollha, il-Kummissjoni se tissokta l-ħidma kontinwa fuq fond tal-pensjoni pan-Ewropew għar-riċerkaturi.

(16) Fl-2012, il-Kummissjoni se tivvaluta l-każ għall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 883/2004/KE dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali fir-rigward ta' ċerti skemi tax-xogħol.

(17) Il-Kummissjoni se tippromwovi l-iżvilupp ta' servizzi tat-traċċar tal-pensjonijiet li jippermettu lin-nies isegwu l-evoluzzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom, miksuba permezz ta' impjiegi differenti. Din se tqis, fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-IORP u l-proposta għal direttiva dwar it-trasferibbiltà, kif tista' tiġi żgurata l-provvista tal-informazzjoni meħtieġa għat-traċċar tal-pensjonijiet, u se tappoġġja proġett pilota dwar it-traċċar transkonfinali.

(18) Il-Kummissjoni se tinvestiga jekk ir-regoli fiskali dwar (i) it-trasferimenti transkonfinali tal-kapital tal-pensjoni tax-xogħol u l-kapital tal-assigurazzjoni tal-ħajja (ii) il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja mħallsa lill-provvedituri stabbiliti xi mkien ieħor fl-UE u (iii) ir-redditu fuq l-investiment transkonfinali tal-pensjoni u l-provvedituri tal-assigurazzjoni tal-ħajja, inkluż l-introjtu tagħhom li jkun ġej minn proprjetà immobbli u qligħ kapitali, jippreżentawx ostakli fiskali għall-mobbilità transkonfinali u għall-investimenti transkonfinali; fejn meħtieġ, hi se tibda proċeduri ta' ksur. Il-Kummissjoni se tiddiskuti wkoll mal-Istati Membri kif tista' tnaqqas ir-riskju li l-pensjonijiet transkonfinali jkunu suġġetti għal taxxa doppja (jew jevadu t-taxxa kompletament).

(19) Il-Kummissjoni se tistudja l-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli marbuta mad-dritt kuntrattwali u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jkollhom funzjonijiet ta' tfaddil/investiment bl-għan li jiffaċilitaw id-distribuzzjoni transkonfinali ta’ ċerti prodotti tal-pensjoni privati.

3. It-titjib tal-għodod ta' monitoraġġ tal-UE fil-qasam tal-pensjonijiet u t-tisħiħ tas-sinerġiji bejn l-oqsma tal-politika

Fid-dawl tal-interdipendenza dejjem tiżdied bejn l-Istati Membri, huwa importanti li jiġi mmonitorjat, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-KPS u l-KPE, il-progress li l-Istati Membri qegħdin jagħmlu lejn pensjonijiet adegwati, sostenibbli u sikuri, inkluż b'indikaturi referenzjarji fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020. L-approċċ olistiku dwar il-pensjonijiet irrakkomandat mill-Green Paper dwar il-Pensjonijiet se jiġi żviluppat permezz tal-involviment ta' medda wiesgħa ta' partijiet interessati u billi jissaħħaħ ir-rwol tal-Forum tal-Pensjonijiet.

(20) Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-KPE, se tippubblika r-Rapport dwar it-Tixjiħ 2012 li se janalizza l-impatt ekonomiku u baġitarju tat-tixjiħ u li se jservi ta' bażi għal valutazzjoni dettaljata tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li l-pubblikazzjoni tagħha hi prevista fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar is-Sostenibbiltà 2012. B'kooperazzjoni mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, fl-2012 il-Kummissjoni se tħejji wkoll Rapport dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet li jista' jgħin lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-Pjattaforma kontra l-Faqar, biex tanalizza l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet tagħhom għan-nisa u l-irġiel.

ANNESS 2: Taqsira tal-Konsultazzjoni dwar il-Green Paper

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u tad-dibattitu li tqajjem permezz tal-Green Paper

Il-konsultazzjoni rċeviet kważi 1 700 rispons, li kienu jinkludu aktar minn 350 mill-Gvernijiet tal-Istati Membri, mill-Parlamenti Nazzjonali, mill-organizzazzjonijiet kummerċjali u trejdjunjonistiċi, mis-soċjetà ċivili u mir-rappreżentanti tal-industrija tal-pensjoni. Il-Green Paper intlaqgħet tajjeb mill-Kunsilli tal-EPSCO u tal-ECOFIN. Il-kontribuzzjonijiet mill-PE, mill-KESE u mill-KtR waslu fi Frar 2011.

Ir-reazzjonijiet mill-partijiet interessati ewlenin jipprovdu konsistenza rikka ta' pożizzjonijiet ippreżentati tajjeb dwar il-qafas Ewropew tal-pensjonijiet u l-kwistjonijiet dwar il-pensjonijiet b'mod ġenerali, li jgħinu fit-tfassil tal-alternattivi politiċi varji li jkunu qed jiġu kkunsidrati.

Flimkien ma' dan, saru aktar minn 100 laqgħa madwar l-Ewropa mal-partijiet interessati li kienu jinvolvu lill-Kummissarji Andor, Barnier u Rehn jew lis-servizzi tagħhom. Il-konsultazzjoni influwenzat l-orjentazzjoni tad-diskussjonijiet f'bosta Stati Membri. Ta' min jinnota li din wasslet biex id-deliberazzjonijiet nazzjonali jkunu aktar infurmati minn perspettivi komparattivi Ewropej.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jridu li l-isforzi jkunu kkonċentrati fuq it-titjib jew l-intensifikar tal-qafas tal-politika Ewropea eżistenti dwar il-pensjonijiet, aktar milli l-estensjoni tiegħu. Madankollu, il-parti l-kbira tagħhom fl-istess waqt jilqgħu l-infurzar tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.

Fil-Parlament Ewropew, il-kumitati tal-ECON, l-IMCO u l-FEMM ressqu l-kontribuzzjoni tagħhom lill-EMPL bħala l-kumitat ewlieni, u t-test finali adottat mill-PE kien jirrifletti b'mod xieraq il-fehmiet differenti u kellu appoġġ wiesa' ħafna. Ir-rapport jappoġġja l-approċċ olistiku li ħadet il-Kummissjoni fil-Green Paper u jsejjaħ għal politiki kkoordinati tajjeb biex dawn jindirizzaw il-kwistjonijiet minsuġa flimkien tal-adegwatezza, is-sostenibbiltà u s-sikurezza.

Avvenimenti nazzjonali marbuta mal-pensjonijiet, bħall-adozzjoni ta' riformi sinifikanti tal-pensjonijiet fil-Greċja u fi Franza, ovvjament ipprovdew kuntest vibranti għar-riflessjonijiet dwar il-Green Paper. L-avvenimenti f'xi Stati Membri ċentrali Ewropej żvelaw ukoll l-importanza tat-trattament ta' riformi sistemiċi tal-pensjonijiet fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

Fil-qasam ewlieni tal-koordinazzjoni politika, il-konsultazzjoni ngħelbet minn avvenimenti li rriżultaw mill-kriżi tad-dejn sovran. Il-pakkett dwar il-koordinazzjoni msaħħa tal-politika ekonomika u r-referenzi għal miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu għall-immodernizzar tas-sistemi tal-pensjonijiet fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir se jkun fihom bidliet importanti għall-qafas Ewropew għall-pensjonijiet u jista' jkun mistenni aktar impetu mill-Kunsill Ewropew.

Ir-reazzjonijiet dwar il-qafas tal-pensjonijiet u l-età tal-irtirar

[Qs1-2] Ir-reazzjonijiet għall-Green Paper jissuġġerixxu li t-titjib fil-qafas tal-pensjonijiet eżistenti tal-UE jista' jkun ta' benefiċċju f'li jiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Xi wħud minn dawk li wieġbu jqisu li l-UE tista' tagħmel il-parti tagħha billi tikkontribwixxi miżuri armonizzati ta' indikaturi użati għall-pensjonijiet, filwaqt li tiffaċilita dibattitu infurmat u dirett dwar kwistjonijiet rilevanti ta' politika dwar il-pensjonijiet, kif ukoll sfidi fil-livell tal-UE. Ħafna jenfasizzaw li żidiet bħal dawn għandhom jiġu żviluppati fl-oqfsa eżistenti, li b'mod ġenerali jitqiesu bħala xierqa. Il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (MMK) fil-qasam soċjali jitqies bħala l-aħjar strument għall-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-adegwatezza tal-pensjonijiet.

[Qs3-4] Qed jitqies li hemm bżonn ta' żieda effettiva fl-età tal-irtirar. Filwaqt li skont uħud minn dawk li wieġbu, l-età għandha tiġi ddeterminata mill-politiki nazzjonali bl-involviment tal-imsieħba soċjali, oħrajn jissuġġerixxu li l-età tal-pensjoni għandha tevolvi skont l-istennija tal-għomor, filwaqt li xi ftit oħrajn jissuġġerixxu li għandha titqies l-istennija tal-ħajja jew l-istennija ta' ħajja b'saħħitha fil-professjonijiet differenti. Il-PE jirrakkomanda li tingħata prijorità li taċċerta li l-impjegati jaħdmu sal-età tal-pensjoni. Għadd kbir minn dawk li wieġbu jenfasizzaw li r-riformi fil-pensjonijiet għandhom jingħaqdu mal-politiki tas-suq tax-xogħol attiv, mal-opportunitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja, mas-sistemi effettivi tas-sigurtà soċjali u tal-kura tas-saħħa, u mat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Qed jiġu identifikati rabtiet ma' ħafna elementi tal-istrateġija Ewropa 2020, inkluża l-ħtieġa għal parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol u l-impatt tal-politika tal-pensjonijiet fuq ir-rati tal-faqar. Il-PE jissuġġerixxi l-inkorporazzjoni tal-miri olistiċi tal-Green Paper fl-Istrateġija Ewropa 2020.

[Q14] Dawk li wieġbu rrikonoxxew rwol importanti ħafna għall-UE fil-koordinazzjoni politika tal-linji politiċi tal-pensjonijiet permezz tal-iffaċilitar tas-sorveljanza, tal-koordinazzjoni u t-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri. Il-qafas eżistenti tal-MMK, tal-Forum tal-Pensjonijiet u b'mod usa' tal-PST u tal-istrateġija Ewropa 2020 tqies bħala ġeneralment suffiċjenti. Iżda l-intensifikar tal-qafas eżistenti, pereżempju permezz ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-KPE u l-KPS ikun importanti. Il-PE kien tal-idea li Pjattaforma Ewropea għall-Pensjonijiet li tinvolvi rappreżentanti mill-istituzzjonijiet tal-UE flimkien mal-partijiet interessati, għandha tkun ta' għajnuna u li, biex jiġi evitat ix-xogħol doppju, għandu jitqies il-"Forum tal-Pensjonijiet" eżistenti.

Ir-reazzjonijiet għall-mistoqsijiet relatati mal-regolamentazzjoni

[Q5] Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu kienu favur li ssir reviżjoni tad-Direttiva dwar l-IORP sabiex jiġu ċċarati l-inċertezzi legali marbuta mal-attività transkonfinali u offrew suġġerimenti dwar kif dan jista' jsir.

[Qs6-7] Kien hemm appoġġ ġenerali biex jitneħħew l-ostakli għal aktar mobbiltà, ikkawżati mir-regoli tal-pensjonijiet, iżda kien hemm inqas qbil dwar kif dan għandu jsir fil-prattika. Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu, li indirizzaw il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali skont ir-Regolament 883/2004 ħassew li l-koordinazzjoni kienet taħdem tajjeb, u li ma kienx meħtieġ li jinbidel dan ir-regolament jew li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

Kważi dawk kollha li indirizzaw it-trasferibbiltà tal-pensjonijiet supplementari kienu jappoġġaw inizjattiva fil-livell tal-UE. L-approċċ ta' koordinazzjoni msejjes fuq il-mudell tar-Regolament (KE) Nru 883 kien jinħass mhux adattat għall-iskemi tal-pensjonijiet supplementari u l-maġġoranza kienet bil-qawwa kontra l-idea li jerġgħu jitqiesu l-kwistjonijiet ta' trasferimenti. L-approċċ ta' kisba u ta' preżervazzjoni segwita għal dawn l-aħħar snin attirat appoġġ wiesa' inkluż mill-PE, għalkemm oħrajn baqgħu jopponu bis-sħiħ. L-idea ta' servizzi tat-traċċar intlaqgħet tajjeb, għalkemm sar enfasi, għall-inqas fil-bidu, fuq is-servizzi fil-livell nazzjonali.

[Q8] Rigward l-iskemi ta' pensjonijiet iffinanzjati u l-prodotti tagħhom, l-impjegati, il-pensjonanti u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni ħassew il-ħtieġa li ssir reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE biex tkun żgurata l-konsistenza fir-regolamentazzjoni u fis-sorveljanza. L-impjegaturi u l-fondi tal-pensjonijiet kienu inqas miftuħa għal aktar inizjattivi tal-UE.

[Q9] Rigward il-modi biex ikun żgurat bilanċ bejn ir-riskju, is-sigurtà u l-affordabbiltà, kien qed jinħass li l-UE għandha tevita regolamentazzjoni vinkolanti u li għandha pjuttost tħeġġeġ regolamentazzjoni nazzjonali rilevanti jew kodiċi tal-UE mhux vinkolanti (rakkomandazzjoni).

[Q10] Il-kwistjoni ta' reġim ta' solvenza għall-fondi tal-pensjonijiet kienet l-aktar indirizzata minn assoċjazzjoniijiet ta' min iħaddem, minn provvedituri tal-fondi tal-pensjonijiet u tas-servizzi, bi ftit reazzjonijiet mill-membri u mill-benefiċjarji. Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu kienu favur is-sorveljanza msejsa fuq ir-riskju, filwaqt li ssuġġerew li s-sustanza għandha tieħu preċedenza fuq il-forma. L-approċċ it-tajjeb irid jiffoka fuq in-natura u t-tul ta' żmien tal-obbligazzjonijiet tal-pensjoni, filwaqt li jqis il-mekkaniżmi ta' sigurtà addizzjonali għat-taffija tar-riskji li huma disponibbli għall-fondi tal-pensjoni. Il-PE iqis li (i) is-swieq finanzjarji jistgħu jaħdmu b'mod effiċjenti biss meta hemm il-fiduċja u għalhekk huma meħtieġa r-regoli prudenti solidi għall-istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi l-IORPs, u li (ii) l-elementi kwalitattivi ta' Solvenza II jiffurmaw punt ta' tluq importanti għat-titjib tas-sorveljanza tal-IORPs.

[Q11] Dawk li wieġbu qablu dwar il-ħtieġa tal-ħarsien kontra l-insolvenza tal-impjegaturi li jisponsorjaw, iżda minoranza biss minnhom flimkien mal-PE jixtiequ aktar leġiżlazzjoni mill-UE, billi skont il-maġġoranza, dan jista' jiġi żgurat bl-aħjar mod fil-livell nazzjonali. L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u l-effettività tal-miżuri nazzjonali għandhom jiġu analizzati qabel ma jkunu previsti bidliet għall-qafas leġiżlattiv tal-UE.

[Q12] Dwar l-immodernizzar tar-rekwiżiti minimi ta' żvelar għall-prodotti tal-pensjoni, dawk li wieġbu inkluż il-PE saħqu fuq il-ħtieġa ta' informazzjoni ċara u komparabbli u ħafna qiesu li jeżisti potenzjal għall-valur miżjud tal-UE.

[Q13] Għalkemm jirrikonoxxu l-importanza ta' għażliet standard tajbin dwar il-parteċipazzjoni u l-investiment fit-tfassil tal-pensjonijiet, ftit minn dawk li wieġbu jaraw il-ħtieġa jew anki l-possibbiltà teknika għall-iżvilupp ta' approċċ komuni fil-livell tal-UE.

ANNESS 3 L-irtirar, il-pensjonijiet supplementari, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u l-aħħar riformi fl-Istati Membri tal-UE

Stat Membru || Stennija tal-għomor ta' 65 sena(i) Irġiel/Nisa (2010) || L-età tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol(ii) Irġiel/Nisa (2009) || L-età tal-pensjoni Irġiel/Nisa(iii) (2009) || L-età tal-pensjoni Irġiel/Nisa (2020)(iv) || Żidiet fl-età tal-pensjoni wara l-2020, Irġiel/NIsa(v) || Assi tal-Fondi tal-Pensjoni f'% tal-PDG 2009(vi) || Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi Marbuta mal-Pensjonijiet (jew referenzi tal-Memorandum ta' Qbil) || L-Aħħar Riformi/Kummenti(vi)

AT || 17.9/ 21.4 || 62.6/ 59.4 ## || 65/60 || 65/60 || 65/65 || 4.9 || RSP 3- B’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u skont il-prattiki nazzjonali, jittieħdu passi biex jiġi limitat aktar l-aċċess għall-iskema attwali għall-irtirar bikri għall-persuni b'perjodi tal-assigurazzjoni twal u jittieħdu passi biex jitnaqqas il-perjodu tat-tranżizzjoni għall-armonizzazzjoni tal-età statutorja tal-irtirar bejn l-irġiel u n-nisa biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistema tal-pensjonijet. Jiġu applikati strettament il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-iskema tal-pensjoni tal-invalidità. || Iż-żewġ oqsma tar-riforma stabbiliti fl-2010: L-ewwel nett, mill-2014 se japplikaw regoli aktar stretti għall-irtirar bikri fuq il-bażi ta’ reġistri tal-assigurazzjoni fit-tul ("Hacklerregelung") billi tiżdied b'sentejn l-età kwalifikattiva, jiġifieri minn 60, kif inhi attwalment, għal 62 sena għall-irġiel, u minn 55, kif inhi attwalment, għal 57 sena għan-nisa, u billi jingħadd biss l-impjieg attiv bħala żmien kontributorju. It-tieni, mill-2011, il-pensjonijiet tal-invalidità saru kondizzjonali fuq il-parteċipazzjoni f’miżura ta’ rijabilitazzjoni. Barra minn hekk, ġiet introdotta sistema ċentralizzata biex jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għal dan it-tip ta' pensjoni. Ġie stabbilit grupp ta' ħidma biex jiżviluppa aktar ir-riformi fuq il-bażi ta’ proposta mressqa mill-imsieħba soċjali f'Ottubru 2011.

BE || 17.5/ 21.1** || 61.2/ 61.9 ## || 65/65 || 65/65 || - || 3,3 (v) || RSP 2- Jittieħdu passi biex titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. B'konformità mal-qafas tal-istrateġija tal-UE fuq tliet livelli, għandha ssir enfasi fuq it-trażżin tan-nefqa marbuta mal-età, partikolarment billi jiġi prevenut il-ħruġ bikri mis-suq tax-xogħol sabiex tiżdied konsiderevolment l-età effettiva tal-irtirar. Jistgħu jitqiesu miżuri bħall-konnessjoni tal-età statutorja tal-irtirar mal-istennija tal-għomor. || Mill-1 ta' Jannar 2012, ġew introdotti regoli ġodda marbuta mal-età u l-karriera għall-pensjoni statutorja bikrija. L-età se tiżdied gradwalment minn 60 għal 62 sal-2016(2012: 60 sena; 2013: 60,5 sena; 2014: 61 sena; 2015: 61,5 sena; 2016: 62 sena). L-għadd meħtieġ ta' snin ta' karriera wkoll se jiżdied gradwalment minn 35 sena għal 40 sena sal-2015 (2012: 35 sena; 2013: 38 sena; 2014: 39 sena; 2015: 40 sena). Fis-settur pubbliku, l-għadd meħtieġ ta' snin ta' karriera se jiżdied minn 5 snin għal 40 sena sal-2015 (2012: 5 snin; 2013: 38 sena; 2014: 39 sena; 2015: 40 sena). Il-miżuri tat-tranżizzjoni qed jiġu diskussi attwalment. Id-Digriet Irjali ta' implimentazzjoni huwa mistenni sa April 2012. Il-kundizzjonijiet fir-rigward tal-età u l-karriera għal irtirar kmieni konvenzjonali (irtirar qabel/pensjoni li tibbriġġja) se jiżdiedu wkoll mill-1 ta' Jannar 2012. Inġenerali, l-età se tiżdied minn 58 għal 60 sena u l-għadd meħtieġ ta' snin ta' karriera se jiżdied minn 38 għal 40 sena għall-irġeil u minn 35 għal 40 sena għan-nisa għal ftehimiet ta' negozjar kollettiv li saru wara 31/12/2011. Ftehimiet ta' negozjar kollettiv li saru qabel se jinġiebu gradwalment f'konformità ma' dawn ir-rekwiżiti l-ġodda bejn l-2012 u l-2024. Fil-każ ta' tkeċċijiet kollettivi f'kumpaniji li jkunu qegħdin jirristrutturaw jew jesperjenzaw diffikultajiet, l-età minima se tiżdied minn 52 għal 55 bejn l-2012 u l-2018. Is-sistema tal-irtirar qabel tal-part-time ġiet abolita mill-1/01/2012.

BG || 13.6/ 17 || 64.1/ 64.1 # || 63/60 || 63/60 || 65/63 || mhux applikabbli || RSP 3- Jiġu implimentati l-miżuri miftiehma mal-imsieħba soċjali skont ir-riforma attwali tal-pensjonijiet, jiġu avvanzati xi miżuri ewlenin tagħha li jgħinu biex tiżdied l-età effettiva tal-irtirar u jitnaqqas il-ħruġ bikri, pereżempju permezz taż-żieda gradwali tat-tul tas-servizz tal-assigurazzjoni soċjali, u jissaħħu l-politiki biex jgħinu lill-ħaddiema akbar fl-età jdumu aktar fid-dinja tax-xogħol. || Inizjalment, ir-riforma tal-2011 bassret żieda fl-età tal-pensjoni minn 63/60 sena (Irġiel/Nisa) għal 65/63 sena bejn l-2021 u l-2026, filwaqt li, għal dawk mingħajr karrieri sħaħ, għall-età ta' 67 sena (iż-żewġ ġeneri, wara l-2024). Il-perjodi kontributorji huma wkoll imtawla għal diversi kategoriji ta' impjegati, rati tal-kontribuzzjoni miżjuda fl-2011 u l-2017, u rati ta' akkumulazzjoni fl-2017. F'nofs Novembru 2011 il-Gvern ippropona, fid-dibattitu Parlamentari dwar l-abbozz tal-baġit 2012, biex jiġu avvanzati konsiderevolment xi wħud mill-komponenti ewlenin tar-riforma tal-pensjonijiet previsti preċedentement għall-2021. Għal dan il-għan, il-Parlament adotta fil-bidu ta' Diċembru 2012 bidliet leġiżlattivi li jbassru żieda gradwali tal-età tal-pensjoni għaż-żewġ ġeneri minn 4 xhur kull sena - mill-1 ta’ Jannar 2012 sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni ta' 65 sena għall-irġiel u 63 sena għan-nisa.

CY || 18.1/ 20.9** || 62.8 || 65/65 || 65/65 || - || mhux applikabbli || RSP 3 - Titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi billi jiġu implimentati miżuri ta’ riforma biex tiġi kkontrollata n-nefqa fuq il-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa sabiex titrażżan iż-żieda mbassra fin-nefqa marbuta mal-età. Għall-pensjonijiet, jiġu estiżi s-snin ta’ kontribuzzjoni, l-età tal-irtirar tiġi konnessa mal-istennija tal-għomor jew jiġu adottati miżuri oħra b'effett baġitarju ekwivalenti, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-indirizzar tar-rata għolja ta' riskju ta' faqar għall-anzjani. Għall-kura tas-saħħa, jittieħdu passi ulterjuri biex titħaffef l-implimentazzjoni tas-sistema nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa. || Skont ir-riforma tal-2009 tal-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali (1) ir-rati ta’ kontribuzzjoni se jiżdiedu b'1.3 punti perċentwali bejn l-2009 u l-2039 f’intervalli ta’ ħames snin, (2) il-perjodi ta' kontribuzzjoni għall-eliġibbiltà tal-pensjoni tal-irtirar żdiedu bil-perjodu kontributorju minimu li żdied minn 3 sa 10 snin, (3) ġie introdott limitu massimu ta' 6 snin fuq il-krediti tal-edukazzjoni/tat-taħriġ mogħtija fis-sistema kontributorja, (4) ġie ristrett l-aċċess għall-benefiċċji tal-qgħad għall-benefiċjarji tal-pensjonijiet tax-xogħol, (5) se titwettaq reviżjoni attwarja perjodika tas-sistema tal-pensjoni. F'Awwissu 2011 tħabbar pakkett ta' miżuri ta' konsolidazzjoni, li fosthom hemm (1) kontribuzzjoni permanenti ta' 3 % fuq il-qligħ gross tal-impjegati fis-settur pubbliku u dak pubbliku aktar wiesa' – mill-1 ta' Ottubru 2011, (2) l-inklużjoni ta' impjegati ġodda fis-servizz ċivili, fil-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali biss (mhux fl-iskema tal-pensjonijiet tax-xogħol) - mill-1 ta' Ottubru 2011, (3) żieda fir-rata tal-kontribuzzjoni għall-Fond tar-Romol u l-Iltiema b'1,25 punti perċentwali għal 2 % fuq il-qligħ gross – mill-1 ta' Ottubru 2011.

CZ || 15.5/ 19 || 61.5/ 59.6 || 62/60 || 63s10x/63s8x || 65/65 || 4.6 || RSP 2- Tiġi implimentata r-riforma tal-pensjonijiet ippjanata sabiex titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi u biex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-pensjonijiet fil-ġejjieni. L-isforzi addizzjonali għandhom jiffokaw fuq aktar tibdil għall-pilastru pubbliku biex jiżguraw li s-sistema ma tkunx sors ta' żbilanċi fiskali fil-ġejjieni, u fuq l-iżvilupp tat-tfaddil privat. Bl-għan li tiżdied l-età effettiva tal-irtirar, jistgħu jitqiesu miżuri bħall-ħolqien ta' rabta bejn l-età statutorja tal-irtirar u l-istennija tal-għomor. Jiġi żgurat li l-iskema ffinanzjata mbassra tattira parteċipazzjoni wiesgħa, u hija mfassla biex iżżomm l-ispejjeż amministrattivi trasparenti u baxxi. || Ir-Riforma tal-Pensjonijiet tal-2011: Il-Pilastru Pubbliku, effettiv mit-30 ta’ Settembru, jinkludi: - se jissoktaw iż-żidiet fl-età tal-irtirar, partikolarment għan-nisa bit-tfal, bl-għan li l-età tal-irtirar tkun uniformi għall-kontributuri kollha wara l-2040. Wara li tintlaħaq l-età tal-irtirar komuni, din se tibqa' tiżdied b'xahrejn oħra skont is-sena tat-twelid sakemm issir emenda ulterjuri; - rabta akbar bejn il-pensjonijiet u l-kontribuzzjonijiet fil-pilastru pubbliku; - regola tal-indiċjar aktar stretta: ir-regola preċedenti speċifikat limitu aktar baxx għaż-żidiet fil-pensjonijiet, issa l-limitu huwa vinkolanti; - estensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni għall-kalkolu tal-pensjonijiet; - alternattivi aktar stretti tal-irtirar bikri. Ir-Riforma tal-Pensjonijiet tal-2013: Il-Pilastru Privat ġie approvat. Se tidħol fis-seħħ fl-2013. Ir-riforma tipprevedi li mill-2013 il-ħaddiema se jkunu jistgħu jittrasferixxu 3 punti perċentwali tal-ħlasijiet obbligatorji għall-assigurazzjoni tal-pensjoni tagħhom lill-fondi privati, bil-kundizzjoni li dawn iżidu 2 punti perċentwali oħra tal-kontribuzzjonijiet mill-introjtu tagħhom. It-trasferiment se jkun fakultattiv għal persuni li ma jkollhomx minn 35 sena. Il-persuni li għandhom aktar minn 35 sena se jkunu jistgħu jidħlu fis-sistema sa tmiem l-ewwel nofs tal-2013.. Barra minn hekk, skont ir-riforma tal-2010, il-perjodi ta' studju ma għadhomx jitqiesu u l-perjodu tal-assigurazzjoni meħtieġ se jiżdied minn 25 għal 35 sena fl-2019.

DE || 17.8/ 20.9 || 62.6/ 61.9 || 65/65 || 65s9x/65s9x || 67/67 || 5,2 (x) || || Fl-2007 ġiet leġiżlata żieda fl-età tal-pensjoni minn 65 sa 67 sena bejn l-2012 u l-2029. Madankollu, ir-riforma tal-pensjonijiet se twassal għal tnaqqis fil-livell ta' benefiċċji, li hu mistenni li jiġi kkumpensat permezz tal-pensjonijiet iffinanzjati mill-kapital. Sabiex tiġi evitata ż-żieda fil-faqar fost l-anzjan, il-Ministru tax-Xogħol u Affarijiet Soċjali ħabbar suppliment tal-pensjoni ġdid ("Zuschussrente") li qed jiġi diskuss bħalissa. Barra minn hekk, qed tiġi diskussa l-estensjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni tal-pensjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom u li mhumiex membri ta’ skema tal-pensjoni obbligatorja.

DK || 17/ 19.7 || 63.2/ 61.4 || 65/65 || (66/66) || 67+/67+ || 43,3 (w) || RSP 2- Sabiex jissaħħu l-impjiegi u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, għandhom jittieħdu aktar passi biex tiżdied il-provvista tax-xogħol fit-tul, billi tiġi implimentata r-riforma li ġiet konkluża reċentement dwar l-iskema tal-pensjoni tal-irtirar bikri volontarju (PRBV) tiġi riformata l-pensjoni tad-diżabbiltà u jiġu mmirati aħjar l-iskemi tal-impjieg sussidjati (is-sistema tal-"flex-job") lejn l-aktar gruppi vulnerabbli. || Ir-riforma tal-2006 żiedet l-età tal-pensjoni minn 65 għal 67 sena (bejn l-2024 u l-2027) u wara ħolqot rabtha bejnha u l-istennija tal-għomor. Skont ir-riforma miftiehma f'Mejju 2011 , iż-żieda se tkun implimentata ħames snin qabel milli kien previst fil-pakkett tal-2006 (l-età tal-pensjoni se tiżdied gradwalment b'sitt xhur bejn l-2019 u l-2022). Ir-riforma dwar l-irtirar kmieni li rrakkomanda l-RSP ġiet leġiżlata fil-ħarifa 2011.

EE || 14.2/ 19.4 || 62.6 || 63/61 || 64/64 || 65/65 || 6.9 || || Il-miżuri ta' politika ewlenin implimentati bejn l-2009 u l-2011 kienu jikkonsistu f'tibdil ad hoc tar-regola ta' indiċjar tal-pensjonijiet fl-2009 li aġġusta l-valur tal-pensjonijiet nominali, u f'sospensjoni temporanja tat-trasferimenti lejn is-sistema tal-pensjoni ffinanzjata matul it-tieni nofs tal-2009 u fl-2010. Dawn it-trasferimenti reġgħu nbdew parzjalment fl-2011 u kompletament mill-2012 b’mekkaniżmu ta’ kumpens implimentat bejn l-2014 u l-2017. L-età tal-pensjoni se tiżdied għal 65 sena bejn l-2017 u l-2026. L-iskema obbligatorja tal-pensjoni ffinanzjata, il-kriżi rriżultat f'kontroll aktar strett u regoli aktar ċari dwar il-ġestjoni tal-fondi u aktar flessibbiltà għall-impjegati u għal min iħaddem.

EL || 18.5/ 20.4 || 61.3/ 61.6 || 65/60 || 65/65 || L-età tal-irtirar marbuta mal-istennija tal-għomor (69 sena u 4 xhur kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa fl-2060) || 0.0 || Memorandum ta' Qbil. Skont il-MtQ: Il-fondi tal-pensjoni eżistenti se jingħaqdu fi tliet fondi. Ir-riforma se tintroduċi sistema ġdida biex tissaħħaħ ir-rabta bejn il-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji, b'regoli uniformi li se japplikaw prorata għall-ħaddiema kollha attwali u futuri. L-età normali tal-irtirar se tiġi ffissata għal 65 sena, li tiżdied skont l-istennija tal-għomor. Il-benefiċċji se jiġu indiċjati mal-prezzijiet. Ir-riforma se tirrestrinġi wkoll l-irtirar bikri, inkluż għal dawk assigurati qabel l-1993, u tnaqqas il-lista ta’ professjonijiet intensivi u diffiċli. Is-sistema l-ġdida se tinkludi wkoll pensjoni soċjali ttestjata skont il-mezzi finanzjarji għaċ-ċittadini kollha li qabżu l-età normali tal-irtirar sabiex tiġi pprovduta sistema ta' protezzjoni, li tkun konsistenti mas-sostenibbiltà fiskali. Il-fondi tal-pensjoni supplimentari se jiġu riveduti biex jitneħħew l-iżbilanċi, tiġi introdotta rabta aktar b'saħħitha bejn il-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet, tiġi garantita s-sostenibbiltà tal-fondi kollha, u jitnaqqas in-numru tagħhom. Il-pensjonijiet tad-diżabbiltà u l-pensjonijiet imħallsa f'daqqa għall-ħaddiema taċ-ċivil u l-impjegati tal-impriżi pubbliċi, se jiġu riveduti. || F'Lulju 2010, il-Parlament adotta riforma tal-pensjonijiet komprensiva tal-iskemi ewlenin tal-pensjoni skont il-Memorandum ta' qbil. Ir-riforma ssemplifikat is-sistema tal-pensjonijiet frammentata ħafna, saħħet it-trasparenza u l-ġustizzja, ipposponiet l-età tal-irtirar, u naqqset l-ammonti kbar ta' benefiċċji. Ir-regoli ġodda li jorbtu universalment dwar id-drittijiet, il-kontribuzzjonijiet, ir-regoli tal-akkumulazzjoni u l-indiċjar tad-drittijiet għall-pensjoni, japplikaw għall-fondi ewlenin tal-pensjoni (IKA, OGA u OAEE, l-iskema tas-settur pubbliku, l-iskema tal-Bank tal-Greċja). Ir-riforma tal-pensjonijiet hija applikata prorata għall-ħaddiema kollha attwali u futuri. L-elementi ewlenin tar-riforma huma: (i)             L-introduzzjoni ta' pensjoni ġdida bażika ta' EUR 360 fix-xahar (12-il pagament annwali). (ii)            Is-sistema l-ġdida tintroduċi r-rati ta' akkumulazzjoni bl-istess profil għall-ħaddiema kollha li jiddependu biss fuq it-tul tal-karriera (li jvarjaw minn 0,8 għal 1,5 % tal-qligħ). (iii)           Ir-riforma żżid l-età statutorja tal-irtirar minn 60 għal 65 sena. L-età minima tal-irtirar hi ffissata għal 60 sena; il-penali japplikaw għall-persuni b'inqas mill-karriera kontributorja sħiħa. (iv)           Il-karriera kontributorja sħiħa tiżdied għal 40 sena (meta mqabbla ma' 35 sena kif kienet ġeneralment qabel). (v)           Mill-2021, l-etajiet tal-irtirar minimi u statutorji se jiġu aġġustati kull tliet snin skont il-bidliet fl-istennija tal-għomor. (vi)           L-ugwaljanza tal-etajiet tal-irtirar għall-irġiel u għan-nisa kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, sal-2013. (vii)          L-indiċjar tal-benefiċċji (inkluża l-pensjoni bażika) mhux se jaqbeż l-inflazzjoni tal-HICP. (viii)         Il-qligħ pensjonabbli se jkun ikkalkolat abbażi tat-totalità tal-qligħ. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tinkludi klawżola ta’ sostenibbiltà (l-Artikolu 11.b.1, tal-Liġi 3863, tal-15 ta' Lulju 2010) li tistipula li, jekk il-projezzjonijiet fit-tul (li se jitwettqu mill-NAA kull sentejn) juru ż-żieda fin-nefqa pubblika għall-pensjonijiet bejn l-2009 u l-2060 li tkun taqbeż it-2,5 punti perċentwali tal-PDG, allura l-parametri rilevanti tas-sistema tal-pensjoni se jitbiddlu biex iż-żieda fin-nefqa tinġieb taħt il-livell limitu fil-mira.

ES || 18.5/ 22.7 || 61.2/ 63.4 || 65/65 || 65/65 (66s4x/66s4x) || 67/67 || 8.1 || RSP 2- Tiġi adottata r-riforma proposta tal-pensjonijiet sabiex tiġi estiża l-età statutorja tal-irtirar u jiżdied l-għadd tas-snin ta' xogħol għall-kalkolu tal-pensjonijiet kif ippjanat; jiġu riveduti regolarment il-parametri tal-pensjonijiet b’konformità mat-tibdil fl-istennija tal-għomor, kif ippjanat, u jiġu żviluppati miżuri ulterjuri biex jitjieb it-tagħlim tul il-ħajja għall-ħaddiema akbar fl-età. || Fil-qafas tar-riforma tal-pensjonijiet tal-2010 u l-2011, l-età tal-pensjoni żdiedet minn 65 għal 67 sena (implimentata gradwalment bejn l-2013 u l-2027), żdied it-tul tal-perjodu ta’ kontribuzzjonijiet li jintitolaw għal dritt għall-pensjoni sħiħa minn 35 għal 37 sena, l-età tal-irtirar bikri normalment żdiedet minn 61 għal 63 sena (iżda matul il-kriżi ekonomika nżammet il-possibbiltà għal dawk li għandhom mill-inqas 33 sena ta' kontribuzzjonijiet, li jirtiraw fl-età ta' 61 sena) żdiedu l-penali għall–irtirar bikri, ġie estiż il-perjodu ta' kontrubuzzjonijiet li tqies għall-kalkolu tal-pensjoni bażi minn 15 għal 25 sena fl-2022, ġew introdotti perjodi ta' kreditu itwal għat-trobbija tat-tfal, u ġiet semplifikata s-sistema (l-iskemi għall-ħaddiema agrikoli u domestiċi ġew integrati fl-iskema ġenerali). Fit-28 ta’ Ottubru 2011, il-Gvern approva l-Istrateġija Globali għall-Impjiegi globali għall-Ħaddiema Akbar fl-Età bejn l-2012 u l-2014 (bl-Ispanjol, l-Istrateġija "55 y más"). Din l-inizjattiva tikkostitwixxi kumpliment fundamentali għar-riforma tas-sistema tal-pensjoni adottata f'Settembru ta' din is-sena. L-Istrateġija "55 y más" tistabbilixxi erba' miri: (i) li żżid ir-rata tal-impjieg u tnaqqas il-qgħad fost dan il-grupp; (ii) li tgħin fiż-żamma tal-impjiegi; (iii) li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u (iv) li trawwem l-inkorporazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

FI || 17.5/ 21.5 || 62.3/ 61.1 || 65/65, 63-68 || 65/65, 63-68 || - || 76.8 || RSP 4- Jittieħdu miżuri biex titjieb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema akbar fl-età u l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tagħlim tul il-ħajja. Jittieħdu passi ulterjuri, b'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u bi qbil mal-prattiki nazzjonali, biex il-ħaddiema akbar fl-età jitħeġġu jibqgħu fis-suq tax-xogħol, permezz ta' miżuri biex jitnaqqas il-ħruġ bikri u tiżdied l-età effettiva tal-irtirar. Fid-dawl tas-sistema diġà eżistenti li torbot il-benefiċċji tal-pensjoni mal-istennija tal-għomor, titqies ir-rabta bejn l-età statutorja tal-irtirar u l-istennija tal-għomor. || Il-Finlandja ħolqot rabta bejn il-benefiċċji tal-pensjoni u l-koeffiċjent tal-istennija tal-għomor fl-2009. Il-Gvern u l-organizzazzjonijiet tas-suq tax-xogħol qablu fl-2009 li jgħollu l-età effettiva tal-irtirar għal mill-inqas: 62,4 snin sal-2025.

FR || 18.7/ 23.2** || 60.3/ 59.8 || 60-65/60-65 || 62-67/62-67 || - || 0,8 (v) || RSP 1- Jiġi żgurat l-isforz fiskali annwali medju rrakkomandat ta' aktar minn 1 % tal-PDG matul il-perjodu bejn l-2010 u l-2013 u tiġi implimentata l-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv sal-2013, b'konformità mar-rakkomandazzonijiet tal-Kunsill skont il-PŻE, u b'hekk jibda jitnaqqas il-proporzjon tad-dejn pubbliku, u wara jiġi żgurat il-progress xieraq lejn il-mira għall-medda medja taż-żmien; jiġu speċifikati l-miżuri korrispondenti meħtieġa għall-2012 ’il quddiem, jittieħdu miżuri addizzjonali jekk meħtieġa u jintuża kwalunkwe dħul imprevist biex jiġi aċċelerat it-tnaqqis tad-defiċit u tad-dejn kif ippjanat; tissokta r-reviżjoni tas-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjoni u jittieħdu miżuri addizzjonali jekk meħtieġa. || F'Novembru 2010, il-Parlament Franċiż adotta riforma tal-iskemi statutorji tal-pensjoni. Ir-riżultat l-aktar pubbliċizzat tar-riforma huwa ż-żieda gradwali tal-età statutorja tal-irtirar minn 60 għal 62 sena sal-2018 (skont l-aħħar previżjonijiet: sal-2017, għalkemm din għadha ma ġietx illeġiżlata). Ir-riforma tinkludi serje ta' miżuri oħra bħal armonizzazzjoni gradwali tar-rati ta’ kontribuzzjoni bejn l-iskemi tas-settur pubbliku u privat jew il-ħolqien ta’ dritt għall-irtirar bikri (mill-età ta' 60 sena) għall-ħaddiema b'inkapaċità parzjali għax-xogħol. Ġew introdotti wkoll xi bidliet tekniċi biex jippromwovu l-iżvilupp ta' skemi ffinanzjati tal-pensjoni.

HU || 14.1/ 18.2 || 60.1/ 58.7 || 62/62 || 64/64 || 65/65 || 13.1 || || Ir-riforma tal-2009 (1) żiedet l-età statutorja tal-irtirar minn 62 għal 65 sena bejn l-2014 u l-2022, (2) introduċiet indiċjar anqas ġeneruż tal-pensjonijiet dipendenti fuq it-tkabbir reali tal-PGD, mill-2010, u (3) abolixxiet il-pensjoni tat-13-il xahar u introduċiet l-hekk imsejħa primjum tal-pensjoni. B'konsegwenza ta' dawn ir-riformi, is-sostenibbiltà fil-ġejjieni se tittejjeb u n-nefqa gross tal-pensjonijiet tas-sigurtà soċjali se tilħaq 10,5 % tal-PDG fl-2060 minflok it-13,8 % imbassra fir-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2009. Fl-2010 u l-2011 il-gvern ħa passi drastiċi meta abolixxa l-pilastru obbligatorju tal-pensjonijiet privati. Għall-inqas safejn id-dħul imprevist mill-fondi tal-pensjonijiet intuża biex jiġu koperti l-ispejjeż attwali, dan għandu mnejn jikkomprometti s-sostenibbiltà fil-ġejjieni. F'Diċembru 2011 l-irtirar kmieni tneħħa u d-drittijiet għall-benefiċjarji attwali ġew sottoposti għat-taxxa. Dan jolqot l-aktar lil dawk ix-xogħlijiet fejn ix-xogħol kien meqjus iebes ħafna u li għalhekk kienu jgawdu minn opportunitajiet ta' rtirar kmieni.

IE || 18.1/ 21.1 || 63.5/ 64.7 # || 65/65 || 66/66 || 68/68 || 44.1 || Memorandum ta' Qbil (MtQ) Skont l-MtQ Għall-Q1 2011: Tnaqqis fil-ħelsien mit-taxxa fuq il-pensjoni u tnaqqis ieħor marbut mal-pensjoni jġibu EUR 155m fl-2011 Se jiġi introdott tnaqqis fil-pensjonijiet tas-servizz pubbliku eżistenti fuq bażi progressiva b'medja ta' 4 % Għall-Q2 2011: Sabiex tittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul, l-awtoritajiet jieħdu taħt idejhom l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni li żżid l-età tal-pensjoni statali għal 66 sena fl-2014, 67 sena fl-2021 u 68 fl-2028. Għall-Q3 2011: Sabiex is-sistema tal-pensjonijiet tas-servizz pubbliku fuq bażi aktar sostenibbli, se jkun hemm riforma tad-dritt tal-pensjoni għall-ħaddiema l-ġodda tas-servizz pubbliku. Din se tkun tinkludi reviżjoni ta' rtirar aċċelerat għal ċerti kategoriji u indiċjar tal-pensjonijiet għall-prezzijiet tal-konsumatur. Il-pensjonijiet se jkunu bbażati fuq il-qligħ medju tal-karriera. L-età tal-irtirar tal-ħaddiem il-ġdid se tkun marbuta mal-età tal-irtirar tal-pensjoni statali. Q4 2011: u għall-2012 hemm imsemmi wkoll tnaqqis fil-ħelsien mil-pensjoni u aġġustament fid-drittijiet tal-pensjonijiet tas-servizz pubbliku bħala parti mill-miżuri ta' konsolidazzjoni baġitarja. || F'Marzu tal-2010 il-gvern Irlandiż ippubblika il-Qafas Nazzjonali tal-Pensjonijiet li jistabbilixxi l-intenzjonijiet tal-Gven fir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet fl-Irlanda. Minn dakinhar 'l hawn kien hemm għadd ta' bidliet, fosthom: Leġiżlazzjoni adottata sabiex l-età tal-irtirar tal-Pensjoni Statali titla' għal 66 sena fl-2014, 67 sena fl-2021 u 68 fl-2028. Is-somom sħaħ tal-pensjonijiet ħielsa mit-taxxa ngħataw limitu ta' EUR 200 000 Mill-2011, Social Insurance u Universal Social Charge ma għadhomx jattiraw ħelsien fuq kontribuzzjonijiet tal-pensjoni Arranġamenti ġodda tal-pensjonijiet għal uffiċjali pubbliċi ġodda jfissru li l-pensjoni finali se tkun ibbażata fuq il-qligħ medju tal-karriera minflok fuq is-salarju finali. Sensiela ta' miżuri biex itaffu l-pressjonijiet tal-iffinanzjar fuq l-iskemi tal-BD (Benefiċċji Definiti), bħat-tibdil fil-prijorità tal-pagament f'każ ta' stralċ, it-twaqqif ta' Pensions Insolvency Payment Scheme, u bidliet fl-istandard tal-iffinanzjar.

IT || 18.2/ 22* || 60.8/ 59.4 || 65/60 || 66s 11-il xahar/ 66 11-il xahar || L-età tal-irtirar marbuta mal-istennija tal-għomor (70 sena u 3 xhur għal R/M fl-2060) || 4.1 || || Matul l-2011, tliet interventi leġiżlattivi wara xulxin (Liġi D. 111/201, Liġi E. 148/2001 u Liġi 214/2011) immodifikaw il-qafas Taljan tal-pensjoni. Il-miżuri ewlenin li ġabu magħhom dawn ir-riformi jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej: (i) Il-metodu ta' Kontribuzzjoni Nozzjonali Definita (KND) japplika wkoll għall-ħaddiema taħt ir-reġim tal-Benefiċċju Definit, li qabel kien kompletament eżentat. L-estensjoni tirrigwarda kontribuzzjonijiet akkumulati sa mill-1 ta' Jannar 2012, skont ir-regola tal-prorata; (ii) L-età statutorja tal-irtirar (ESR) tan-nisa fis-settur privat se tinġab daqs dik tal-irġiel (u tan-nisa fis-settur pubbliku). Il-proċess li se jwassal biex dawn jiġu ndaqs se jkun daħal fis-seħħ kompletament sal-2018; (iii) Il-mekkaniżmu "fetħa għall-ħrib" (exit window) ġie abolit u ħaditlu postu iż-żieda korrispondenti fl-età minima u/jew ir-rekwiżiti tal-kontribuzzjoni; (iv) Ir-rati tal-kontribuzzjoni mħallsa minn dawk li jaħdmu għal rashom se tiżdied gradwalment minn 20 % fl-2011 sa 24 % fl-2018. Ir-rata ta' kontribuzzjoni ta' ħaddiema atipiċi żdiedet b'1pp biex sal-2012 telgħet għal 27 %; (v) Għall-perjodu ta' sentejn 2012-2013, pensjonijiet ta' ammont li jaqbeż il-pensjoni minima bi tliet darbiet (madwar EUR 1 400 fix-xahar) mhumiex indiċjati mal-inflazzjoni tal-prezz; (vi) Anka jekk indiċjat mal-bidliet fl-istennija tal-għomor, ir-rekwiżit minimu biex wieħed ikollu dritt għal provvediment tal-età avvanzata żdied b'sena sal-2018, u mbagħad allinjat kompletament mal-ESR; (vii) Il-mezz għal irtirar kmieni bbażat fuq ir-rekwiżiti konġunti tal-età u l-kontribuzzjoni (35 sena) ġie abolit, fir-reġimi kollha. Skont ir-reġim KND, l-irtirar kmieni huwa permess, sa tliet snin qabel l-ESR, b'20 sena ta' kontribuzzjonijiet u ammont ta' pensjoni ta' mill-inqas EUR 1 200 fix-xahar fl-2012, indiċjati ma' medja ta' 5 snin tal-PDG nominali; (viii) Ir-rekwiżit għall-kontribuzzjoni minima li għandu jingħata għal pensjoni kmieni mingħajr kunsiderazzjoni tal-età ġie indiċjat mal-bidliet fl-istennija tal-għomor sal-2013, kif mistenni għall-ESR;

LT || 13.5/ 18.4 || 59.9# || 62s6x/60 || 64/63 || 65/65 || mhux disponibbli || RSP 2- Tiġi adottata il-leġiżlazzjoni implimentata dwar ir-Riforma tas-Sistema tal-Pensjonijiet. Sabiex ikun hemm aktar parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, jitneħħew id-diżinċentivi fiskali għax-xogħol, b'mod speċjali għal nies ta' età pensjonabbli. || Ir-riforma tal-2011 iżżid l-età tal-irtirar għal 65 sena għan-nisa u l-irġiel sal-2026. Il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali għall-iskema ffinanzjata tal-pensjoni obbligatorja tnaqqsu minn 5.5 % għal 2 % bil-possibilità li jerġgħu jiżdiedu wara l-kriżi b'deċiżjoni tal-Gvern.

LU || 17.3/ 21.6 || 58.1/ 57 Δ || 65/65 || 65/65 || - || 2.2 || RSP 2- Tiġi proposta u implimentata riforma wiesgħa tal-pensjoni biex tiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjoni, billi jingħata bidu permezz tal-miżuri li se jżidu r-rata tal-parteċipazzjoni ta' ħaddiema akbar fl-età, b'mod partikolari billi jiskoraġġixxu l-irtirar kmieni. Bil-ħsieb li tiżdied l-età reali tal-irtirar, miżuri bħar-rabta bejn l-età statutorja tal-irtirar u l-istennija tal-għomor, jistgħu jiġu kkunsidrati. || Il-Programm ta' Riforma Nazzjonali ifassal l-aspetti ewlenin ta' abbozz ta' riforma. Għaddejin diskussjonijiet preparatorji bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali. Id-dritt għal benefiċċji miżjuda tal-pensjoni se jkunu aktar ristretti. Il-benefiċjarji jridu jkunu leħqu l-età ta' 60 sena (minflok ta' 55) u jkunu kapaċi jiġġustifikaw 40 sena (minflok 38) ta' kontribuzzjonijiet tal-pensjoni. Taħt il-patt Euro plus, il-gvern ikkommetta ruħu li jiffinalizza r-riforma sal-aħħar tal-2011, iżda aktarx li din id-data ta' skadenza mhux se tiġi rispettata. Twaqqaf grupp ta' ħidma fuq il-pensjonijiet u dan qed jaħdem taħt kunfidenzjalità; l-għan huwa wkoll li jinħoloq pjan ta' attivazzjoni għal ħaddiema akbar fl-età inklużi rakkomandazzjonijiet b'eżempji ta' prassi tajba.

LV || 13.3/ 18.2 || 62.7Δ Δ || 62/62 || (64.5/64.5) || (65/65) || mhux disponibbli || Memorandum ta' Qbil (MtQ) Skont l-MtQ LV kienet lesta li tħejji bidliet fis-sistema tal-pensjonijiet sabiex issostni s-sostenibbiltà fil-ġejjieni u l-adegwatezza tat-tliet pilastri tas-sistema tal-pensjonijiet. F'dan il-kuntest, ir-reġimi speċjali tal-pensjoni kollha u l-etajiet tal-irtirar kellhom jiġu riveduti. It-Tieni Suppliment tal-Memorandum jistqarr "Sal-aħħar ta' Ġunju 2010, b'assistenza teknika mill-organizzazzjonijiet internazzjonali u b'kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali, jitħejjew bidliet fis-sistema tal-pensjoni li għandha tiġi implimentata fl-2011 bħala sostenn għas-sostenibilità futura u l-adegwatezza tat-tliet pilastri tas-sistema tal-pensjonijiet. F'dan il-kuntest, ir-reġimi speċjali tal-pensjoni kollha u l-etajiet tal-irtirar se jiġu riveduti." It-Tielet Suppliment tal-Memorandum jgħid: "Wara t-tħejjija tal-proposti għal bidla fis-sistema tal-pensjonijiet sal-aħħar ta' Ġunju 2010, b'konsultazzjoni mal-KE u l-FMI, jiġu ppreżentati proposti konkreti lill-Parlament sal-aħħar ta' Novembru 2011 li għandhom jiġu implimentati sabiex tiġi sostnuta s-sostenibbiltà fil-ġejjieni u l-adegwatezza tat-tliet pilastri tas-sistema tal-pensjoni." || Minn Lulju 2008, l-awtoritajiet tal-Latvja (1) ffriżaw l-indiċjar fl-2009 sal-31 ta' Diċembru 2013 (2) naqqsu r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema ffinanzjata tal-pensjoni obbligatorja. Ir-rati tal-kontribuzzjoni għall-pilastru ffinanzjat qed jitnaqqsu: Fl-2009 minn 8 % għal 2 %; Fl-2010 minn 9% għal 2 %; Fl-2011 minn 10% għal 2 %; Fl-2013 u fis-snin ta' wara minn 10 % għal 6 %. Il-gvern approva u ppreżenta bidliet fl-età tal-pensjoni lill-Parlament (għad iridu jiġu leġiżlati). Il-bidliet ibassru li mill-2016, l-età tal-pensjoni, se tiżdied b'6 xhur fis-sena sakemm tilħaq il-65 sena fl-2021. Għaldaqstant, l-età tal-irtirar proposta iżda mhux leġiżlata fl-2020 se tkun ta' 65 sena (għall-irġiel u n-nisa). Peress li tissodisfa l-kundizzjonijiet tat-Tieni u t-Tielet Memorandum ta' Qbil, il-Latvja għandha tħejji bidliet fis-sistema tal-pensjonijiet sabiex issostni s-sostenibbiltà fil-ġejjieni u l-adegwatezza tat-tliet pilastri tas-sistema tal-pensjonijiet. Intbgħatu proposti għall-bidliet fis-sistema tal-pensjonijiet lill-Parlament.

MT || 18.4/ 21.1 || 60.3 || 61/60 || 63/63 || 65/65 || mhux disponibbli || RSP 2- Tittieħed azzjoni biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet pereżempju billi tiġi aċċelerata ż-żieda progressiva fl-età tal-irtirar u billi din tiġi assoċjata mal-istennija tal-għomor. L-età ogħla statutorja tal-irtirar tkun akkumpanjata ma' strateġija komprensiva tat-tixjiħ attiv, jiġi skoraġġut l-użu ta' skemi ta' rtirar kmieni u inkoraġġut it-tfaddil għal pensjoni privata. || Ir-riforma tal-2006 wasslet għal żieda fl-età pensjonabbli għal 65 għaż-żewġ sessi sasl-2026 u wasslet għall-estensjoni tal-perjodu tal-kontribuzzjoni. Biddlet ukoll il-kalkolu tal-qligħ pensjonabbli mill-aqwa 3 snin fost l-aħħar 10 snin għall-aqwa 10 snin mill-aħħar 40 sena. Barra minn hekk, ġiet introdotta Pensjoni Nazzjonali Minima Garantita, pagabbli b'rata ta' mhux inqas minn 60 % tad-Dħul Medju, għall-persuni li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1962. Wara r-riforma tal-2007, id-Dħul Pensjonabbli Massimu għall-persuni li twieldu wara l-1 ta' Jannar 1962 se jsegwi rotta aktar dinamika b'indiċjar ta' 70 % mat-Tkabbir fil-Pagi u 30 % mal-Inflazzjoni. Fl-2007, ir-reviżjoni medika għall-pensjonijiet tal-invalidità saret aktar rigoruża u wara l-baġit tal-2008, il-pensjonanti ngħataw il-permess li jibqgħu jaħdmu mingħajr l-ebda tnaqqis fil-pensjoni, filwaqt li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Twaqqaf Grupp ta' Ħidma dwar il-Pensjoni biex jirrevedi r-riformi li għall-ewwel ġew rrapurtati lill-Parlament f'Diċembru 2010. Dan il-Grupp għamel 45 rakkomandazzjoni fosthom l-introduzzjoni ta' assoċjazzjoni espliċita bejn l-età tal-pensjoni u l-istennija tal-għomor, valutazzjoni ulterjuri tal-introduzzjoni ta' kontribuzzjoni nozzjonali definita ta' pensjoni tal-ewwel pilastru sal-2013, l-introduzzjoni ta' pensjoni tat-tieni pilastru soġġetta għal kunsens politiku u l-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali, kif ukoll l-introduzzjoni ta' qafas tat-tielet Pensjoni.

NL || 17.7/ 21 || 63.9/ 63.1 || 65/65 || 65/65 (66/66) || 65/65 (67/67) || 129.8 || RSP 2- Jittieħdu miżuri biex l-età statutorja tal-irtirar tiżdied billi tiġi assoċjata mal-istennija tal-għomor, u jiġu enfasizzati dawn il-miżuri flimkien ma' oħrajn biex l-età reali tal-irtirar tiżdied u biex tittejjeb s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Titħejja pjanta għar-riforma tal-kura fit-tul fid-dawl ta' popolazzjoni li tixjieħ. || F'Ottubru 2010, il-gvern il-ġdid qabel maż-żieda tal-età statutorja tal-irtirar għal 66 fl-2020. Wara negozjati komprensivi, l-imsieħba soċjali u l-gvern waslu għal ftehim f'Settembru 2011, li jimplika żieda ulterjuri tal-età tal-irtirar għal 67 fl-2025 u li jassoċjaha mal-istennija tal-għomor. Attwalement dan il-ftehim qed jiddaħħal fil-liġi.

PL || 15.1/ 19.5 || 61.4/ 57.5 ## || 65/60 || 65/60 (67/??) || (67/67) || 13.5 || RSP 3- Tiżdied l-età statutorja tal-irtirar skont kif pjanat għall-forzi armati, jitkomplew il-passi biex tiżdied l-età reali tal-irtirar, bħal pereżempju billi tiġi assoċjata mal-istennija tal-għomor. Titwaqqaf skeda tal-ħin sabiex tkompli ttejjeb ir-regoli tal-kontribuzzjonijiet tal-bdiewa għal fond tas-sigurtà soċjali (KRUS) biex ikun jirrifletti aħjar id-dħul individwali. || Il-pensjonijiet temporanji bdew jiġu implimentati mill-2009. Huma jieħdu post u jillimitaw l-aċċess għad-dispożizzjoni ta' rtirar kmieni għal ċerti kategoriji ta' ħaddiema Din hija soluzzjoni temporanja għall-ħaddiema li bdew jaħdmu b'kundizzjonijiet speċjali qabel l-1999. Il-kontribuzzjoni għall-iskema ta' KD tnaqqset minn 7.3 % għal 2.3 % tal-pagi gross fl-2011. Id-differenza ċċaqalqet għall-iskema Ħallas-Waqt-Li-Tkun-Għaddej. Il-kontribuzzjoni se tiżdied gradwalment sabiex tilħaq 3.5 % fl-2017 u lil hinn minnha. Il-Gvern elett mill-ġdid ippropona ż-żieda tal-etajiet attwali tal-pensjoni 65/60 (R/N) għal 67, bejn l-2013 u l-2020 (għall-irġiel u 2040 (għan-nisa).

PT || 17.1/ 20.6 || 62.9/ 62.3 ## || 65/65 || 65/65 || - || 13.4 || Il-Memorandum ta' Qbil (MtQ) tal-Portugall ma fih l-ebda kundizzjonalità preċiża dwar ir-riforma tas-sistema sħiħa tal-pensjonijiet (li ngħatatilha riforma kbira fl-2007). Madankollu l-MtQ fih kundizzjonalitajiet dwar il-lat tal-infiq tal-politika fiskali: - "jitnaqqsu l-pensjonijiet 'l fuq minn EUR 1500 skont ir-rati progressivi applikati għall-pagi tas-settur pubbliku minn Jannar 2011, bil-ħsieb li jwasslu għal tfaddil ta' mill-inqas EUR 445m" - "Tiġi sospiża l-applikazzjoni ta' regoli tal-indiċjar tal-pensjoni u jiġu ffriżati l-pensjonijiet, għajr il-pensjonijiet l-aktar baxxi fl-2012". || Il-Portugal wettaq riforma kbira fis-sistema tal-pensjonijiet tiegħu fl-2007 li daħlet fis-seħħ fl-2007 wkoll. L-età tal-irtirar ġiet aġġustata għal 65 sena. Il-miżuri ewlenin kienu jinkludu l-estensjoni tal-perjodu ta' valutazzjoni biex ikopri l-karriera kollha, diżinċentivi fir-rigward tal-irtirar kmieni, it-tnaqqis tal-perjodu ta' tranżizzjoni, u l-introduzzjoni ta' "fattur ta' sostenibbiltà" li jaġġusta awtomatikament il-benefiċċji għall-bidliet fl-istennija-tal-għomor-mal-65-sena li jifdal.

RO || 14/ 17.2** || 65.5/ 63.2 # || 63s4x/58s4x || 65/60 || 65/63 || mhux disponibbli || Memorandum ta' Qbil (MtQ) Skont l-MtQ li jkopri l-perjodu 2009-2011 il-kondizzjonalità dwar ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet kienet: "Il-Gvern jiffinalizza l-abbozz ta' leġiżlazzjoni riveduta tal-pensjoni sabiex (i) joqrob gradwalment lejn l-indiċjar tal-pensjonijiet pubbliċi mal-prezzijiet tal-konsumatur aktar milli mal-pagi, (ii) jillimita l-ambitu taż-żidiet diskrezzjonarji fil-pensjonijiet, (iii) idaħħal bil-mod il-mod il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet bi gruppi ta' impjegati pubbliċi li attwalment huma esklużi mit-tali kontribuzzjonijiet u (iv) iżid gradwalment l-età tal-irtirar fl-2015 b'mod partikolari għan-nisa, b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni fl-istennija tal-għomor, bil-ħsieb li jipproteġi l-pensjonanti vulnerabbli u biex jikseb il-mira ta' medja ta' 45 % tal-proporzjon ta' sostituzzjoni għall-irtirati" Skont l-MtQ attwali li jkopri l-perjodu 2011-2013, il-kondizzjonalità tirreferi għal: "il-ħarsien tas-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet" || F'Diċembru 2010 ġiet adottata riforma tal-pensjonijiet. Ir-riforma tintegra reġimi speċjali f'dak tal-assigurazzjoni soċjali, tintroduċi mekkaniżmi għall-kalkolu mill-ġdid tal-pensjonijiet speċjali, u żżid l-età tal-irtirar għal 65 sena għall-irġiel u 63 sena għan-nisa sal-2030. L-irtirar kmieni huwa rregolat aktar strettament, filwaqt li l-pensjonijiet tad-diżabilità jingħataw taħt kundizzjonijiet aktar severi. Ir-riformi huma mistennija li jwasslu għal tfaddil importanti għas-sistema u li jnaqqsu l-għadd ta' benefiċjarji. Barra minn hekk, il-gvern issospenda dispożizzjonijiet legali li kienu se jwasslu biex il-kontribuzzjonijiet għall-iskema obbligatorja KD jiżdiedu minn 2 % għal 2.5 % tas-salarju gross tal-impjegati fl-2009. Iż-żieda skedata nbdiet mill-ġdid fl-2010, sabiex fl-aħħar mill-aħħar ir-rata ta' kontribuzzjoni tilħaq is-6 % tal-paga xi darba fil-ġejjieni.

SE || 18.3/ 21.2 || 64.7/64 || 61-67 || 61-67 || - || 7.4 (v, y) || || Fl-2010 il-mekkaniżmu awtomatiku ta' bilanċjar fil-mekkaniżmu tal-aġġustament tas-sistema tal-pensjonijiet tad-dħul ġie rranġat sabiex ikun ibbażat fuq medja li tinbidel kull tliet snin minflok sena kif kien qabel sabiex jiġu evitati bidliet f'daqqa f'każ li l-ekonomija tmur lura/'il quddiem.

SI || 16.8/ 21 || 59.8# || 63/61 || 63/61 || - || 2.6 || RSP 2- Jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi żgurata sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet, filwaqt li l-adegwatezza tal-pensjonijiet tibqa' sostnuta. Tiżdied ir-rata tal-impjieg ta' ħaddiema akbar fl-età minħabba rtirar tard, u billi jiġu żviluppati aktar il-politiki tas-suq tax-xogħol attiv u l-miżuri tat-tagħlim tul il-ħajja. || Ir-riforma tal-pensjoni proposta (inkluż li l-etajiet tal-pensjoni tan-nisa u l-irġiel jiġu pariġġ) ġiet irrifjutata f'referendum fl-2011.

SK || 14/ 18 || 60.4/ 57.5 || 62/57.5 -61.5 (skont in-nru. ta' wlied) || 62/62 || - || 4.7 (v) || RSP 3- Tittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi b'aġġustamenti ulterjuri tal-pilastru ħallas-waqt-li-tkun-għaddej tas-sistema tal-pensjonijiet ukoll billi jinbidel, b'mod partikolari billi din tiġi assoċjata mal-istennija tal-għomor. Jiġu introdotti inċentivi biex jiżguraw il-vijabilità tal-pilastru tal-pensjoni finanzjata kompletament sabiex ikun hemm tqarrib lejn sostenibbiltà fiskali waqt li fl-istess ħin ikunu żgurati pensjonijiet adegwati. || Is-Slovakkja ippermettiet lill-ħaddiema li jagħżlu li joħorġu mill-iskema finanzjata u jerġgħu lura għall-iskema Ħallas-Waqt-Li-Tkun-Għaddej fl-2008 u l-iskema ta' KD saret b'għażla għan-nies kollha li jidħlu fis-suq tax-xogħol għall-ewwel darba. Fl-2010, ġiet approvata bidla leġiżlattiva li tistipula n-nuqqas ta' dħul mix-xogħol bħala bażi għad-dritt għal pensjoni ta' rtirar kmieni. Fl-2011, is-Slovakkja aċċettat bidliet fil-pilastru tal-pensjoni finanzjata kompletament biex b'hekk ippermettiet lil dawk li jfaddlu li jerġa' jkollhom iċ-ċans li jinvestu f'titoli aktar riskjużi u b'hekk li potenzjalment jiksbu qligħ ogħla. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni mandatorja taż-żgħażagħ se terġà tiġi introdotta mill-01/04/2012 bħala għażla awtomatika bil-possibilità ta' ħruġ mill-iskema fl-ewwel sentejn ta' tfaddil.

UK || 18.1/ 20.8** || 64.1/ 62 || 65/60 || 66/66 || 68/68 || 73.0 (z) || || L-aċċess għall-pensjoni statali bażika ttejjeb matul dawn l-aħħar snin, iż-żieda fil-kapaċità ttejbet u l-ħaddiema għandhom jiġu rreġistrati awtomatikament fi skemi okkupazzjonali (bil-possibilità ta' ħruġ) mill-2012. Hemm leġiżlazzjoni fis-seħħ biex iżżid l-età tal-pensjoni tal-Istat għal 68 minn 65 fi stadji bejn l-2020 u l-2046. Wara leġiżlazzjoni ġdida li daħlet fis-seħħ f'Jannar 2012, l-età tal-pensjoni tal-Istat issa qiegħda fil-proċess li ssir l-istess għaż-żewġ sessi sal-2018 (qabel sal-2020), u dan antiċipa wkoll il-ħin taż-żieda fl-età tal-pensjoni tal-Istat minn 65-66 b'5½, mill-2018. Il-proposti għall-aċċelerazzjoni tal-ħinijiet taż-żieda sussegwenti minn 66 għal 67 tħabbret (iżda għadha ma ġietx leġiżlata) u l-għażliet għall-aċċelerazzjoni taż-żieda minn 67 sa 68 qed jiġu diskussi.

________________________

NOTI

i                  Sors Eurostat: Statistiki tal-Popolazzjoni – L-istennija tal-għomor skont l-età u s-sess (l-aħħar aġġornament 26/1/12)

ii                 Età medja tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol, irġiel/nisa jew korsiv = totali (l-ebda rendikont irġiel/nisa ) Sors Eurostat.

iii                L-età statutorja tal-irtirar fl-iskema ġenerali tal-pensjoni pubblika, Sors MISSOC

iv                L-età statutorja tal-irtirar fl-iskema ġenerali tal-pensjoni pubblika wara l-implimentazzjoni tar-riformi leġiżlattivi (fil-parentesi – proposta iżda għad mhux leġiżlata), Rapport Konġunt Sors dwar il-Pensjonijiet "Il-Progress u sfidi ewlenin fil-provvediment ta' pensjonijiet adegwati u sostenibbli fl-Ewropa" tal-KPE, KPS u s-Servizzi tal-Kummissjoni (ECFIN u EMPL), aġġornat mill-Kummissjoni fejn konxja tal-bidliet sussegwenti

v                 L-età statutorja tal-irtirar fl-iskema ġenerali tal-pensjoni pubblika wara l-implimentazzjoni tar-riformi leġiżlattivi (fil-parentesi – proposta iżda għadha mhux leġiżlata), Sors: Rapport Konġunt dwar il-Pensjonijiet "Il-Progress u sfidi ewlenin fil-provvediment ta' pensjonijiet adegwati u sostenibbli fl-Ewropa" tal-KPE, KPS u s-Servizzi tal-Kummissjoni (ECFIN u EMPL), aġġornat mill-Kummissjoni fejn konxja tal-bidliet sussegwenti

vi                Assi fil-fondi tal-pensjonijiet (% PDG). 2009 Sors OECD Statistiki dwar il-Pensjonijiet Globali

(v)              2008.

(w)              Fondi ta' pensjonijiet professjonali awtonomi biss. Minbarra dawn il-pjanijiet, l-assi totali ġestiti b'kuntratti tal-assigurazzjoni tal-pensjonijiet professjonali ammontaw għal 99.3 % tal-PDG.    

(x)              Fondi ta' pensjonijiet professjonali awtonomi biss. Minbarra dawn il-pjanijiet, l-assi totali ġestiti b'kuntratti tal-assigurazzjoni tal-pensjonijiet professjonali ammontaw għal 13.3% tal-PDG fl-2008.         

(y)              Fondi ta' pensjonijiet professjonali awtonomi biss. Minbarra dawn il-pjanijiet, l-assi totali ġestiti mis-sistema tal-pensjoni primjum ammontaw għal 8,9 % tal-PDG u l-assi ġestiti b'kuntratti tal-assigurazzjoni tal-pensjonijiet professjonali għal 38,9 % tal-PDG fl-2008.        

(z)               stima tal-OECD.  

vi                Affaċjati b'tixjiħ imminenti tal-popolazzjoni u l-impatt tiegħu fuq is-sostenibbiltà tad-dispożizzjoni tal-pensjoni, l-Istati Membri rriformaw konsiderevolement is-sistemi tal-pensjonijiet tagħhom. Li r-rabta bejn kontribuzzjonijiet imħallsa fis-sistema u benefiċċji mħallsa minnha ssir aktar qrib kienet waħda mill-aspetti ewlenin fl-isforzi għar-riforma. Din normalement ħadet l-għamla li tmur minn paga finali għall-qligħ tul il-ħajja bħala l-bażi tal-kalkolu tal-benefiċċju u b'insistenza fuq għadd ta' snin ta' kontribuzzjoni minflok biss fuq li tintleħaq l-età pensjonabbli, biż-żieda tal-għadd ta' snin meħtieġa sabiex wieħed jirċievi pensjoni sħiħa, biż-żieda tal-età pensjonabbli għaż-żewġ sessi jew li din issir l-istess għat-tnejn li huma. Iżda minkejja dan fil-maġġoranza ta' dawn il-pajjiżi l-etajiet ta' eliġibbiltà ogħla għall-pensjoni statutorja jiddaħħlu bil-mod il-mod matul perjodi twal.

* 2008 (għall-istennija tal-għomor ta' 65 sena)

** 2009 (għall-istennija tal-għomor ta' 65 sena)

Δ 2003 (l-Età tal-Ħruġ mis-Suq tax-Xogħol)

# 2006 (l-Età tal-Ħruġ mis-Suq tax-Xogħol)

## 2007 (l-Età tal-Ħruġ mis-Suq tax-awXogħol)

Δ Δ 2008 (l-Età tal-Ħruġ mis-Suq tax-Xogħol)

[1]               COM(2010)365 finali, 7 ta' Lulju 2010.

[2]               Il-previżjonijiet aġġornati u fit-tul huma maħsuba li jiġu ppubblikati f'Mejju 2012, fir-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2012. L-istimi inizjali jissuġġerixxu li r-riformi riċenti addizzjonali li ttieħdu minn mindu ġie ppubblikat ir-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2009, f'għadd ta' Stati Membri rnexxielhom jillimitaw iż-żidiet futuri fl-infiq marbut mal-pensjonijiet.

[3]               Eurostat, id-dejta UE-SILC għall-2009. Id-dħul medju ekwivalizzat ta’ persuni ta’ 65+ bħala % tad-dħul medju tal-popolazzjoni kumplessiva fl-UE27. Bejn l-Istati Membri, il-livell ivarja bejn madwar 70 % u ftit iktar minn 100 %.

[4]               Eurostat, dejta ta' EU-SILC għall-2009

[5]               It-tfaddil għall-irtirar komplementari jinkludi l-pensjonijiet professjonali u personali, l-assigurazzjoni tal-ħajja u forom oħra ta' akkumulazzjoni tal-assi li jistgħu jintużaw biex jinżamm il-livell tal-għajxien wara l-irtirar. Barra minn hekk, hemm strumenti (eż. ipoteki bir-rivers) li jippermettu lin-nies li jikkonvertu l-assi (ġeneralment id-dar tagħhom) fi dħul tal-irtirar addizzjonali.

[6]               Kalkolu bbażat fuq il-Kalkolatur tal-Proporzjon ta' Dipendenza tal-Kamra Federali Awstrijaka tax-Xogħol, Vjenna. Il-proporzjon tad-diependenza fuq l-ekonomija huwa definit bħala n-numru ta' pensjonanti (inkl. rtirar kmieni, diżabilità) u nies qiegħda relattiv għan-numru ta' nies fix-xogħol. Is-suppożizzjoni ewlenija għall-2050: żieda fir-rata tal-impjieg fil-grupp ta' età 20-64 għal 79,6 % (dan il-livell ta' impjieg intlaħaq fl-2008 fit-3 pajjiżi bl-aqwa prestazzjoni – SE, DK, NL). Dejta: Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol, Rapport dwar it-Tixjiħ 2009, Europop 08.

[7]               COM(2011) 11 finali, 12.1.2011.

[8]               COM(2011) 815 finali, 23.11.2011.

[9]               L-istimi juru li billi l-età tal-irtirar tiġi adattata għall-istennija tal-għomor, il-proporzjon tan-nefqa pubblika għall-pensjonijiet mal-PDG fl-UE kollha kemm hi, ikun ta' madwar 1,75 punti perċentwali tal-PDG aktar baxx fl-2060 meta mqabbel max-xenarju bażi fejn iż-żieda mbassra fil-proporzjon tan-nefqa pubblika għall-pensjonijiet mal-PDG hu kkalkolat għal 2,4 punti perċentwali tal-PDG. Għaldaqstant, iż-żieda fl-età tal-pensjoni u fl-età effettiva tal-irtirar sabiex jirriflettu awtomatikament iż-żieda futura fl-istennija tal-għomor, tkun tikkontribwixxi b’mod sostanzjali ħafna biex jiġi żgurat li s-sostenibbiltà fiskali timxi 'l quddiem. Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika (2009) bl-isem "2009 Ageing Report: Economic and budgetary projections for the EU-27 Member States (2008-2060)", ippubblikat fir-rivista European Economy, Nru 2 u r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea (2009) bl-isem "2009 Sustainability Report", ippubblikat fir-rivista European Economy, Nru 9.

[10]             2008/94/KE tat-22 ta’ Ottubru 2008.

[11]             2003/41/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003.

[12]             Ir-Regolament 883/2004/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali.