52012DC0016

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR IKEL U INGREDJENTI TAL-IKEL ITTRATTATI BIR-RADJAZZJONI JONIZZANTI GĦAS-SENA 2009 /* COM/2012/016 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

DWAR IKEL U INGREDJENTI TAL-IKEL ITTRATTATI BIR-RADJAZZJONI JONIZZANTI GĦAS-SENA 2009

1.           Il-Bażi legali u l-isfond

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b'radjazzjoni li tijonizza[1] jirrikjedi li kull sena l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni:

– ir-riżultati tal-kontrolli li jkunu saru fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet ta' ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati u d-dożi li ngħataw

kif ukoll

– ir-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-individwazzjoni ta’ trattament b'radjazzjoni jonizzanti.

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

– id-dettalji tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri kif ukoll kull bidla fl-istatus tagħhom;

– rapport dwar it-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni.

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009. Jinkludi fih ġabra ta' tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni mis-27 Stat Membru.

L-informazzjoni dwar l-aspetti ġenerali tal-irradjazzjoni tal-ikel hija disponibbli fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur[2].

1.1.    Il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni

          Skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 1999/2/KE, l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu rradjati biss ġewwa faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. Għall-faċilitajiet fl-UE, l-approvazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Artikolu 7(1) jirrikjedi lill-Istati Membri li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-faċilitajiet approvati tagħhom ta' irradjazzjoni.

          L-irradjazzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel tista' biss issir permezz tas-sorsi li ġejjin:

– Raġġi gamma minn radjunuklidi 60Co jew 137Cs;

– Raġġi-X iġġenerati minn magni mħaddma fil-livell ta' enerġija nominali jew taħtu (enerġija kwantum massima) ta' 5 MeV;

– Elettroni ġġenerati minn magni mħaddma fil-livell ta' enerġija nominali jew taħtu (enerġija kwantum massima) ta' 10 MeV.

          Il-lista tal-faċilitajiet ta' irradjazzjoni awtorizzati fl-Istati Membri ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni[3].

1.2.    L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel irradjati

          L-irradjazzjoni ta’ ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali hija awtorizzata fl-UE bid-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti[4]. Barra minn hekk, seba' Stati Membri nnotifikaw li għandhom awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal ċertu ikel u ingredjenti tal-ikel skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 1999/2/KE. Il-lista tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni[5].

          Kull prodott tal-ikel irradjat li fih ingredjent tal-ikel irradjat wieħed jew aktar għandu jkun immarkat bil-kliem “irradjat” jew “ittrattat b'radjazzjoni jonizzanti”. Jekk prodott irradjat jintuża bħala ingredjent f'ikel kompost, l-istess kliem għandhom jakkumpanjaw id-deskrizzjoni tiegħu fil-lista tal-ingredjenti. Fil-każ ta' prodotti mibjugħa bl-ingrossa, dawn il-kliem għandhom jidhru flimkien mal-isem tal-prodott fuq targa jew avviż fuq jew maġenb il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti.

          Sabiex jiġi infurzat it-tikkettjar korrett jew biex jiġu individwati prodotti mhux awtorizzati, bosta metodi analitiċi ġew standardizzati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), wara mandat mogħti mill-Kummissjoni Ewropea.

2.           Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni

Din it-taqsima tar-rapport telenka r-riżultati tal-verifiki mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti ttrattati u d-dożi li ngħataw. Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri, il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet approvati tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabelli li ġejjin jelenkaw il-kategoriji u l-kwantitajiet ta' prodotti li ġew irradjati fil-faċilitajiet approvati fl-Istati Membri tal-UE fl-2009.

2.1.    Il-Belġju

Hemm faċilità approvata waħda.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Koxox taż-żrinġijiet || 2.109 || 5

Tjur tal-irziezet || 432 || 5

Ħut u frott tal-baħar || 56 || 3-5

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 168 || 6-9

Demm deidratat || 18 || 6-9

Ħxejjex || 9,8 || 6

Lamtu || 24 || 3

Total || 2.816,8 ||

2.2.    Il-Bulgarija

Hemm faċilità approvata waħda.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar aromatiċi mnixxfa || 0,368 || 10

Total || 0,368 ||

2.3.    Ir-Repubblika Ċeka

Hemm żewġ faċilitajiet approvati fir-Repubblika Ċeka. Waħda minnhom[6] għalqet fit-30 ta’ Marzu 2009.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 48,6 || 4-10

Total || 48,6 ||

2.4.    Il-Ġermanja

Hemm erba' faċilitajiet approvati. F'waħda mill-faċilitajiet ma kienx hemm ikel irradjat.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 95,3 || <10

Total || 95,3 ||

2.5.    Spanja

Hemm żewġ faċilitajiet approvati. Matul l-2009, f'waħda minn dawn il-faċilitajiet biss ġie irradjat l-ikel jew l-ingredjenti tal-ikel.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 460 || <10

Total || 460 ||

2.6.    Franza

Hemm ħames faċilitajiet approvati.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Tjur tal-irziezet || 656,6 || 5

Gomma Arabika || 78,7 || 3

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħxejjex imnixxfin || 1,3 || 10

Koxox taż-żrinġijiet iffriżati || 461,5 || 5

Total || 1198,1 ||

2.7.    L-Ungerija

Hemm faċilità approvata waħda.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 221,7 || 6

Prodotti deidratati || 7 || 6

Total || 228,7 ||

2.8.    L-Italja

Hemm faċilità approvata waħda. Ma kienx hemm ikel irradjat fl-2009.

2.9.    Il-Pajjiżi l-Baxxi

Hemm żewġ faċilitajiet approvati.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Partijiet taż-żrinġijiet || 270,3 || 4

Tjur tal-irziezet || 145,5 || 4.3-5

Gambli ffriżati || 56,2 || 3

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 387,3 || 6.8

Ħxejjex deidratati || 666,9 || 2-4

Abjad tal-bajd || 65,5 || 1

Kampjuni tal-ikel || 1,9 || 6.6-9.6

Total || 1593,6 ||

2.10. Il-Polonja

Hemm żewġ faċilitajiet approvati.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar imnixxfin, ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar veġetali u mill-għeruq || 195,7 || 5-10

Total || 195,7 ||

2.11.  Ir-Rumanija

Hemm faċilità approvata waħda. Ma kienx hemm ikel irradjat fl-2009.

2.12.  Ir-Renju Unit

Hemm faċilità approvata waħda. Ma kienx hemm ikel irradjat fl-2009.

2.13. L-Istati Membri l-Oħra

Ma hemmx faċilitajiet approvati fl-Istati Membri l-oħra (l-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, il-Portugall, l-Isvezja, is-Slovenja, is-Slovakkja)

2.14. Tabella ta' sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tipprovdi sommarju tal-kwantitajiet ta' ikel (f'tunnellati) ttrattati bir-radjazzjoni li tijonizza f'faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Unjoni Ewropea fl-2009.

Kategorija tal-prodotti || BE || BG || CZ || DE || ES || FR || HU || NL || PL || Total || %

Demm deidratat || 18 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 18 || 0,27

Prodotti deidratati || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 7 || 666,9 || 0 || 673,9 || 10,15

Abjad tal-bajd || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 65,5 || 0 || 65,5 || 0,99

Ħut u frott tal-baħar || 56 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 56,2 || 0 || 112,2 || 1,69

Kampjuni tal-ikel || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 1,9 || 0 || 1,9 || 0,03

Koxox/partijiet taż-żrinġijiet || 2109 || 0 || 0 || 0 || 0 || 461,50 || 0 || 270,3 || 0 || 2840,8 || 42,80

Gomma arabika || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 78,7 || 0 || 0 || 0 || 78,7 || 1,19

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar || 168 || 0,37 || 48,6 || 95,3 || 460 || 1,3 || 221,7 || 387,3 || 195,7 || 1578,27 || 23,78

Tjur tal-irziezet || 432 || 0 || 0 || 0 || 0 || 656,6 || 0 || 145,5 || 0 || 1234,1 || 18,59

Lamtu || 24 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 24 || 0,36

Ħxejjex || 9,8 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 9,8 || 0,15

Total || 2816,8 || 0,37 || 48,6 || 95,3 || 460 || 1198,1 || 228,7 || 1593,6 || 195,7 || 6637,17 || 100

% tat-total || 42,44 || 0,01 || 0,73 || 1,44 || 6,93 || 18,05 || 3,45 || 24,01 || 2,95 || 100 ||

3.           Ir-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-individwazzjoni ta’ ikel irradjat

Fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-identifikazzjoni tat-trattamenti b'radjazzjoni li tijonizza, l-Istati Membri ppreżentaw l-informazzjoni li ġejja.

3.1.    L-Awstrija

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 132 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 54 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751

Te tal-ħxejjex aromatiċi || 41 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751

Laħam tat-tjur tal-irziezet || 37 || 0 || 0 || EN 1786

Total || 132 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100 % || 0,00 % || 0,00 % ||

3.2.    Il-Belġju

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 148 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Instant noodles || 29 || 0 || 0 || EN 1788

Krustaċji u molluski || 42 || 0 || 0

Ħxejjex aromatiċi ffriżati || 23 || 0 || 0

Supplimenti tal-ikel || 27 || 0 || 1

Ħxejjex imnixxfin || 10 || 0 || 0

Frott imqadded || 10 || 0 || 0

Platti lesti għall-konsum || 1 || 0 || 0

Laħam || 5 || 0 || 0

Total || 147 || 0 || 1

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 99,32 % || 0,00 % || 0,67 % ||

3.3.   Il-Bulgarija

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 165 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar imnixxfin || 18 || 0 || 5 || EN 1787, EN 1788

Ħwawar imħallta || 8 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788

Taħwir veġetali mnixxef || 7 || 0 || 0 || EN 13708

Bżar Aħmar || 10 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788

Te || 27 || 0 || 4 || EN 1787, EN 1788

Ross || 4 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788

Frott imnixxef || 30 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788

Muesli bil-frott niexef u ġewż || 4 || 0 || 0 || EN 1786

Spagetti || 0 || 0 || 5 || EN 1787

Soppa mnixxfa bil-ħxejjex || 3 || 0 || 0 || EN 1786, EN 1785

Ġewż || 20 || 0 || 0 || EN 1786

Laħam || 6 || 0 || 0 || EN 1787, EN 13708

Ħut || 5 || 0 || 5 || EN 1787, EN 1788

Gambli || 9 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788

Total || 151 || 0 || 14 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 91,50 % || 0 % || 8,50 % ||

3.4.   Ċipru

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 8 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex imnixxfin, ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 8 || 0 || 0 || EN 13751

Total || 8 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100,00 % || 0 % || 0 % ||

3.5.    Ir-Repubblika Ċeka

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 65 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Frott frisk || 6 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1785

Ħut u frott tal-baħar || 11 || 0 || 0 || EN 1785

Prodotti tat-te tal-ħxejjex aromatiċi || 9 || 0 || 0 || EN 1788

Ħwawar || 6 || 0 || 0 || EN 1788

Supplimenti tad-dieta || 5 || 5 || 2* || EN 1788

Sopop bl-instant noodles || 8 || 0 || 5** || EN 1788, EN 1785

Tjur tal-irziezet || 6 || 0 || 0 || EN 1785

Koxox taż-żrinġijiet || 1 || 0 || 0 || EN 1785

Ġewż tal-arżnu || 1 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1785

Total || 53 || 5 || 7 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 81,54 % || 7,69 % || 10,77 % ||

*                 kampjun wieħed ta’ ħwawar ippressati mnixxfa

**              kampjun wieħed ta’ noodles irradjati, erba' kampjuni irradjati ta' taħlita ta' ħwawar

3.6.   Il-Ġermanja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 3.169 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Prodotti tal-ħalib || 9 || 0 || 0 || EN 1787

Ġobon, preparazzjonijiet tal-ġobon bil-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar || 44 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788

Ġobon, preparazzjonijiet tal-ġobon mingħajr ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 26 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1784, ASU§64 LFGB, L00.00-39

Butir bil-ħxejjex aromatiċi || 8 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787,

Bajd u prodotti tal-bajd || 19 || 0 || 0 || EN 1784

Laħam (minbarra tjur tal-irziezet, u laħam tal-kaċċa) || 10 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1786,

Tjur tal-irziezet || 83 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1786, EN 1789

Prodotti tal-laħam (ħlief iz-zalzett) || 47 || 0 || 0 || EN 1786, EN 1784

Prodotti taz-zalzett || 35 || 0 || 0 ||  EN 1788, EN 1786, EN 1784

Ħut u prodotti tal-ħut || 70 || 0 || 0 || EN 1786, EN 1788

Krustaċji, frott tal-baħar, molluski u u annimali akkwatiċi oħrajn inklużi l-prodotti tagħhom || 144 || 0 || 2 || EN 1788, EN 1786, EN 1787, EN 13751, ASU§64 LFGB,L12.01-1, ESR, L00.00-43

Sopop, zlazi, inkluż sopop u platti ‘instant’ || 214 || 12 || 2 || EN 1787, EN 1788, EN 13751, L00.00-43

Ċereali u prodotti taċ-ċereali || 30 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788, EN 13751

Imżiewed, ġewż u żrieragħ li fihom iż-żejt || 71 || 0 || 1 || EN 1787, EN 1788, EN 13751

Patata, partijiet ta’ pjanti rikki fil-lamtu || 36 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787, EN 13751

Ħxejjex friski || 19 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787, EN 13751

Ħxejjex imnixxfin || 60 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787, EN 13751

Faqqiegħ frisk || 11 || 0 || 0 || EN 1788, L00.00-43, EN 13751

Faqqiegħ imnixxef jew prodotti mill-faqqiegħ || 173 || 0 || 0 || EN 1788, L00.00-43, EN 13751, EN 1787

Frott frisk || 140 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787, EN 13751, EN 1385

Frott imnixxef u prodotti tal-frott || 52 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788,

Kafè || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Te u prodotti simili għat-te || 198 || 1 || 0 || EN 1788, L00.00-43, EN 13751, EN 1787

Ikliet u platti lesti || 11 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787, EN 1786, EN 13751, L 00.00-43

Supplimenti tal-ikel || 188 || 2 || 10 || EN 1788, EN 1787, EN 13751

Ħwawar u kondimenti || 272 || 0 || 2 || EN 1788, L00.00-43, EN 13751, EN 1787

Ħxejjex aromatiċi imnixxfin u ħwawar || 1144 || 0 || 1 || EN 1788, EN 1787, EN 13751

Oħrajn || 21 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787, EN 1786, EN 13751

Total || 3.136 || 15 || 18 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 98,96% || 0,47% || 0,57% ||

3.7.    Id-Danimarka

Ma sarux kontrolli fl-istadju tat-tqegħid fis-suq fl-2009.

3.8.    L-Estonja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 5 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi imnixxfin u ħwawar || 5 || 0 || 0 || EN 13751

Total || 5 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100,00 % || 0 % || 0 % ||

3.9.    Il-Ġreċja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 41 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 35 || 0 || 0 || EN 13751 (PPSL)

Ħxejjex imnixxfin || 6 || 0 || 0 || EN 13751 (PPSL)

Total || 41 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100,00 % || 0 % || 0 % ||

3.10.  Spanja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 86 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 52 || 0 || 1 || EN 1787, EN 1788

Frott imnixxef || 6 || 0 || 0 || EN 13708

Laħam || 3 || 0 || 0 || EN 1786

Infużjonijiet || 7 || 0 || 0 || EN 1787

Ġewż || 2 || 0 || 0 || EN 1787

Ħut || 15 || 0 || 0 || EN 1786

Total || 85 || 0 || 1 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 98,8 % || 0 % || 1,2 % ||

3.11.  Il-Finlandja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 224 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin || 164 || 0 || 5 || EN 13751, EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 32 || 0 || 6 || EN 13751, EN 1788

Frott tal-bosk || 16 || 0 || 1 || EN 13751, EN 1788

Total || 212 || 0 || 12 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 94,60 % || 0 % || 5,40 % ||

3.12.  Franza

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 119 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar || 20 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788

Krustaċji jew molluski ffriżati || 21 || 0 || 1 || EN 1784, EN 1788

Sopop u zlazi deidratati || 16 || 0 || 3 || EN 1784, EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 10 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788

Tjur tal-irziezet || 22 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788

Preparazzjonijiet deidratati ‘instant’ (noodles Ażjatiċi) || 10 || 2 || 1 || EN 1784, EN 1788

Pjanti għas-supplementi tal-ikel || 11 || 1 || 0 || EN 1784, EN 1788

Koxox taż-żrinġijiet || 0 || 0 || 1 || EN 1784, EN 1788

Total || 110 || 3 || 6 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati ||  92,50% || 5,00% || 2,50% ||

3.13.  L-Ungerija

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 11 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar || 6 || 0 || 0 || EN 1788

Te || 5 || 0 || 0 || EN 1788

Total || 11 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100,00 % || 0 % || 0 % ||

3.14.  L-Irlanda

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 294 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar imnixxfa || 58 || 0 || 0 || EN 13751 (skrinjar), EN 1788 (konferma)

PARNUTS* || 7 || 0 || 0

Frott u ħxejjex || 4 || 0 || 0

Supplimenti erbali || 3 || 0 || 0

Vitamini u supplimenti || 12 || 0 || 0

Teijiet u kafe || 23 || 0 || 2

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 159 || 0 || 1

Taħwir/stokks || 13 || 0 || 1

Żrieragħ || 1 || 0 || 0

Ross u dqiq tar-ross || 2 || 0 || 0

Gambli u snacks moqlija || 2 || 0 || 0

Soppa || 1 || 0 || 0

Oħrajn || 5 || 0 || 0

Total || 290 || 0 || 4 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 98,6 % || 0 % || 1,4 % ||

*                 PARNUTS: Ikel għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni.

3.15. L-Italja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 223 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklusivi || Mhux konformi

Laħam || 38 || 0 || 0 || EN 13784

Prodotti tal-ħut || 24 || 0 || 0 || EN 13784

Prodotti tal-laħam || 11 || 0 || 0 || EN 13784

Tjur tal-irziezet || 2 || 0 || 0 || EN 1786

Ħxejjex aromatiċi imnixxfin u ħwawar || 88 || 8 || 3 || EN 13783, EN13751, EN 1788

Taħwir (vegetali ) || 18 || 0 || 2 || EN 13783 & EN 1788

Tewm || 6 || 0 || 0 || EN 13784, EN13751

Basal || 9 || 0 || 0 || EN 13784, EN13751, EN 13783

Shallots || 2 || 0 || 0 || EN 13783 & EN 1788

Ġir || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Patata || 11 || 0 || 0 || EN 13784, EN13751, EN 13783

Total || 210 || 8 || 5 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 94,17 % || 3,58 % || 2,24 % ||

3.16.  Il-Latvja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 15 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Supplimenti tal-ikel || 5 || 0 || 4 || EN 1788

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 2 || 0 || 0

Muesli || 1 || 0 || 0

Popcorn || 1 || 0 || 0

Te || 1 || 0 || 0

Berquq imqadded || 1 || 0 || 0

Total || 11 || 0 || 4 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 73,33 % || 0 % || 26,66 % ||

3.17.  Il-Litwanja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 16 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, te, ħwawar, supplimenti tal-ikel || 16 || 0 || 0 || EN 13783

Total || 16 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100,00 % || 0 % || 0 % ||

3.18.  Il-Lussemburgu

Ma sarux kontrolli fl-istadju tat-tqegħid fis-suq fl-2009.

3.19.  Malta

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 32 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 32 || 0 || 0 || EN 13751

Total || 32 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100,00 % || 0 % || 0 % ||

3.20.  Il-Pajjiżi l-Baxxi

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 771 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Supplimenti tal-ikel || 151 || 0 || 22 || EN 13751, EN 1788

Preparazzjonjiet tal-vitamini || 5 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Taħlitiet speċjali (tal-ħxejjex aromatiċi) || 73 || 0 || 11 || EN 13751, EN 1788

Prodotti taċ-ċereali || 17 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Ħxejjex imnixxfin u prodotti veġetali || 57 || 0 || 1 || EN 13751, EN 1788

Frott imnixxef u prodotti tal-frott || 56 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Ġewż u żrieragħ || 63 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Ħut u prodotti tal-ħut || 33 || 0 || 1 || EN 13751, EN 1788

Insalati, għaġin u soppa || 127 || 0 || 4 || EN 13751, EN 1788

Ħwawar/togħmiet || 147 || 0 || 1 || EN 13751, EN 1788

Laħam u prodotti tal-laħam || 2 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Total || 731 || 0 || 40 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 95,00% || 0 % || 5,00% ||

3.21.  Il-Polonja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 215 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi imnixxfin u ħwawar || 88 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Ġewż || 20 || 0 || 0 || EN 1787

Ħxejjex (inkluż il-pulses) || 17 || 0 || 0 || EN 1788

Frott || 33 || 0 || 0 || EN 13708

Ħut u frott tal-baħar || 12 || 0 || 0 || EN 1786

Tjur tal-irziezet || 7 || 0 || 0 || EN 1786

Teijiet || 10 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Ġobon immaturat, cottage cheese, ġobon ieħor bil-ħwawar/ħxejjex aromatiċi || 7 || 0 || 3 || EN 1788

Zlazi u sopop ikkonċentrati || 18 || 0 || 0 || EN 1788

Total || 212 || 0 || 3 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 98,60 % || 00,00 % || 1,40 % ||

3.22. Il-Portugall

Ma sarux kontrolli fl-istadju tat-tqegħid fis-suq fl-2009.

3.23. Ir-Rumanija

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 74 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin || 54 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788, EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 5 || 0 || 3 || EN 1787, EN 1788

Instant noodles || 5 || 0 || 0 || EN 1787

Teijiet || 7 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788, EN 13751

Total || 71 || 0 || 3 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 95,95 % || 00,00 % || 4,05 % ||

3.24. L-Isvezja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 6 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Laħam tat-tjur tal-irziezet || 6 || 0 || 0 || EN 1784

Total || 6 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100,00 % || 00,00 % || 00,00 % ||

3.25.  Ir-Repubblika Slovakka

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 41 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ġewż || 24 || 0 || 0 || EN 1784

Ġobnijiet || 10 || 0 || 0 || EN 1784

Perżut Schwartzwald || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 3 || 0 || 0 || EN 1788

Salami tat-tjur imnixxef || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Żerriegħet il-peprin || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Brodu tat-tiġieġa || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Total || 41 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100,00 % || 00,00 % || 00,00 % ||

3.26. Is-Slovenja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 60 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar || 10 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 3 || 7 || 0 || EN 13751, EN 1788

Te || 10 || 0 || 0 || EN 13751

Żerriegħa u ross || 9 || 1 || 0 || EN 13751, EN 1788

Laħam tat-tjur tal-irziezet || 6 || 4 || 0 || EN 1786

Ikel ippreparat (sopop u noodles instant) || 6 || 4 || 0 || EN 13751, EN 1788

Total || 44 || 16 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 73,33 % || 26,66 % || 00,00 % ||

3.27.  Ir-Renju Unit

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 345 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 174 || 21 || 3 || EN13751, EN 1788

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar friski u ppriservati (għajr dawk imnixxfa) || 21 || 1 || 0 || EN13751, EN 1788

Noodles u ikel Ażjatiku deidratat || 16 || 7 || 3 || EN13751, EN 1788

Ħxejjex || 4 || 1 || 0 || EN13751, EN 1788

Frott (inkluż frott frisk u frott imnixxef) || 5 || 0 || 0 || EN13751, EN 1788

Prodotti tal-għaġin || 5 || 0 || 0 || EN13751, EN 1788

Prodotti tal-ħmira || 0 || 2 || 1 || EN13751, EN 1788

Teijiet || 5 || 0 || 0 || EN13751, EN 1788

Ħut u frott tal-baħar imnixxfa || 2 || 2 || 0 || EN13751, EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 41 || 11 || 1 || EN13751, EN 1788

Għasel u prodotti oħrajn tan-naħal || 14 || 0 || 0 || EN13751, EN 1788

Mixxellanji || 2 || 1 || 0 || EN13751, EN 1788

Koxox taż-żrinġijiet || 1 || 0 || 1 || EN 1786

Total || 290 || 46 || 9 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 84,00 % || 13,00 % || 3,00 % ||

3.28.  Sommarju għall-UE

         It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-kampjuni analizzati u r-riżultati miksuba għall-UE kollha kemm hi.

Stat Membru || Kampjuni konformi || Inkonklussivi || Kampjuni mhux konformi || total tal-kampjuni || % mit-total tal-kampjuni tal-UE

AT || 132 || 0 || 0 || 132 || 2,11%

BE || 147 || 0 || 1 || 148 || 2,36%

BG || 151 || 0 || 14 || 165 || 2,63%

CY || 8 || 0 || 0 || 8 || 0,13%

CZ || 53 || 5 || 7 || 65 || 1,04%

DE || 3136 || 15 || 18 || 3169 || 50,58%

DK || EKA || EKA || EKA || EKA || EKA

EE || 5 || 0 || 0 || 5 || 0,08%

EL || 41 || 0 || 0 || 41 || 0,65%

ES || 85 || 0 || 1 || 86 || 1,37%

FI || 212 || 0 || 12 || 224 || 3,58%

FR || 110 || 3 || 6 || 119 || 1,90%

HU || 11 || 0 || 0 || 11 || 0,18%

IE || 290 || 0 || 4 || 294 || 4,69%

IT || 210 || 8 || 5 || 223 || 3,56%

LV || 11 || 0 || 4 || 15 || 0,24%

LT || 16 || 0 || 0 || 16 || 0,26%

LU || EKA || EKA || EKA || EKA || EKA

MT || 32 || 0 || 0 || 32 || 0,51%

NL || 731 || 0 || 40 || 771 || 12,31%

PL || 212 || 0 || 3 || 215 || 3,43%

PT || EKA || EKA || EKA || EKA || EKA

RO || 71 || 0 || 3 || 74 || 1,18%

SE || 6 || 0 || 0 || 6 || 0,10%

SK || 41 || 0 || 0 || 41 || 0,65%

SI || 44 || 16 || 0 || 60 || 0,96%

UK || 290 || 46 || 9 || 345 || 5,51%

Total UE || 6045 || 93 || 127 || 6265 || 100,00%

f’% || 96,49% || 1,48% || 2,03% || 100,00% ||

|| || ||

|| EKA: || Ebda kontrolli analitiċi fl-2009. ||

4.           Sommarju

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009. Jinkludi fih ġabra ta' tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni mis-27 Stat Membru.

Fl-2009, 20 faċilità approvata tal-irradjazzjoni kienu operattivi fi 12-il Stat Membru skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 1999/2/KE. Faċilita tal-irradjazzjoni approvata waħda ngħalqet. Ħames faċilitajiet tal-irradjazzjoni ma rradjawx ikel matul l-2009.

Kwantità totali ta' 6.637,17 tunnellati ta' prodotti ġew ittrattati bl-irradjazzjoni jonizzanti fl-Istati Membri, 84,5 % minnhom ġew irradjati fi tliet Stati Membri (il-Belġju, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi). L-erba' l-ikbar frazzjonijiet fil-kategoriji irradjati huma l-partijiet taż-żrinġijiet, il-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar, it-tjur tal-irziezet u l-prodotti deidratati (rispettivament: 42,80%, 23,78%, 18,59%, 10,15%).

Sebgħa u għoxrin Stat Membru bagħtu informazzjoni dwar il-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott. Tliet Stati Membri ma wettqu l-ebda kontrolli analitiċi fil-kontroll u l-ispezzjoni uffiċjali.

Total ta' 6.265 kampjun ittieħdu minn 24 Stat Membru. Tliet Stati Membri kienu jirrappreżentaw 68,4 % tal-kampjuni (il-Ġermanja 50,58 %, il-Pajjiżi l-Baxxi 12,31%, ir-Renju Unit 5,51 %). 6.045 kampjun (96,49 %) kienu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. 127 kampjun (2,03%) ma kinux konformi. Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità spiss kienu relatati ma' ttikkettjar mhux korrett u irradjazzjoni ta' kategoriji li għalihom din mhix awtorizzata. 93 kampjun (1,48 %) ma wasslux għal riżultati konklussivi. Ir-raġunijiet għar-riżultati inkonklussivi huma marbuta l-aktar ma’ nuqqas ta' konferma wara riżultati pożittivi minn testijiet ta' skrinjar u/jew mad-diffikultà fid-determinazzjoni ta’ liema ingredjenti ġew irradjati, anke jekk ikollhom it-tikketta, fil-prodotti tal-ikel komposti.

[1]               ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

[2]               http://europa.eu.int/comm/food/food/biosafety/irradiation/index_en.htm

[3]               ĠU C 77, 11.3.2011, p. 14.

[4]               ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24.

[5]               ĠU C 283, 24.11.2009, p. 5.

[6]               Artim s.r.o., Radiová 1, Praga.