19.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/56 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Qafas Strateġiku Komuni”
2013/C 17/11
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
itenni l-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020 bil-għan li jistabbilixxi koordinazzjoni u sinerġija bejn l-attivitajiet tal-ħames fondi tal-QSK u li tingħata direzzjoni strateġika ċara lill-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi; |
— |
għandu dubji dwar il-leġittimità tad-diviżjoni proposta fil-QSK bejn anness għar-regolament ġenerali u att delegat b’azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli u prijoritajiet għall-kooperazzjoni. Jappoġġja l-adozzjoni tal-QSK biss bħala anness għar-regolament ġenerali; |
— |
iqis li l-azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni Ewropea fil-forma ta’ Komunikazzjoni mhux vinkolanti, bħal fil-każ tal-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità 2007-2013; |
— |
jenfasizza li l-għan tal-QSK għandu jkun li joħloq il-kundizzjonijiet għal tranżizzjoni bla xkiel bejn il-pakkett leġislattiv u l-kuntratt ta’ sħubija u l-programmi operattivi, u jinnota li hemm bżonn li d-dettalji tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni jiġu spjegati b’mod ċar; |
— |
jiddispjaċih li l-11-il objettiv tematiku elenkati fil-proposta għal regolament ġenerali huma differenti mis-sitt prijoritajiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u s-sitt prijoritajiet separati tal-Fond Marittimu Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, li jagħmlu l-koordinazzjoni aktar diffiċli mis-soltu; |
— |
jinsab konvint dwar il-bżonn ta’ deċentralizzazzjoni tal-ġestjoni operattiva fil-livell lokali u reġjonali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn il-fondi, li jiżgura approċċ integrat effettiv, jiġifieri metodu multitematiku minn isfel għal fuq li jkun imfassal għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull reġjun; |
— |
jirrakkomanda bis-sħiħ l-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi bbażati fuq ħafna fondi; |
— |
jitlob għal programm qafas stabbli biex tiġi żgurata l-koerenza mal-perspettiva multiannwali tal-politika ta’ koeżjoni; |
— |
jistaqsi jekk huwiex possibbli li l-QSK jiġi emendat permezz ta’ att delegat. |
Relatur ġenerali |
Is-Sur WOŹNIAK (PL/PPE), Marixxal tar-Reġjun ta’ Wielkopolska |
Dokument ta’ referenza |
Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 COM(2012) 496 final, Anness I |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali
1. |
itenni l-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020 għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), bil-għan li jistabbilixxi koordinazzjoni u sinerġija bejn l-attivitajiet tal-fondi tal-QSK u li tingħata direzzjoni strateġika ċara lill-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi; |
2. |
ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet politiċi li l-KtR kien fassal fl-opinjoni tiegħu dwar ir-regolament ġenerali u jenfasizza li, billi l-QSK ser jiġi adottat bħala anness għar-regolament ġenerali, huwa dan tal-aħħar li jipprovdi viżjoni strateġika u miri filwaqt li l-QSK għandu jkun ikkunsidrat bħala l-għodda ta’ implimentazzjoni prinċipali; |
3. |
għandu dubji dwar il-leġittimità tad-diviżjoni proposta fil-QSK bejn anness għar-regolament ġenerali (1) u att delegat b’azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli u prijoritajiet għall-kooperazzjoni. Jappoġġja l-adozzjoni tal-QSK biss bħala anness għar-regolament ġenerali. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-atti delegati għandhom ikunu limitati għal elementi mhux essenzjali ta’ atti legali bażiċi filwaqt li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-QSK huma ta’ importanza fundamentali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u huma ta’ natura strateġika. L-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ma tkoprix l-atti delegati mentri l-QSK huwa qasam fejn il-konsultazzjoni tal-KtR hija obbligatorja, b’konformità mal-Artikolu 177 tat-TFUE; |
4. |
iqis li l-QSK għandu jiġi adottat mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew u għandu jiġi rivedut biss f’każ ta’ tibdil fundamentali fis-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-UE. B’rabta ma’ dan, jistaqsi jekk huwiex possibbli li l-Anness I jiġi emendat permezz ta’ att delegat; |
5. |
iqis li l-azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni Ewropea fil-forma ta’ Komunikazzjoni mhux vinkolanti, bħal fil-każ tal-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità 2007-2013 (COM(2005) 299 final); |
6. |
jenfasizza li l-fondi tal-QSK jaqdu rwol ewlieni fl-appoġġ tal-istrumenti li jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020 u għall-investiment biex jingħalaq id-distakk fl-iżvilupp bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn ir-reġjuni u fi ħdanhom. Fl-istess ħin, jitlob li l-obbligi tat-Trattat ikunu l-prinċipju li jiggwida; |
7. |
jilqa’ l-fatt li l-proposti tal-QSK ser jimplimentaw il-prinċipji fundamentali tal-Artikolu 11 tal-Proposta għal Regolament Ġenerali1 li, b’konformità magħhom, il-QSK għandu l-għan li jindirizza l-isfidi territorjali prinċipali. Jinnota wkoll li l-QSK għandu jinkludi referenzi ċari għar-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari, bħaż-żoni muntanjużi, iż-żoni periferiċi, iż-żoni industrijali fi tranżizzjoni, il-gżejjer, ir-reġjuni b’popolazzjoni mifruxa ħafna u r-reġjuni b’popolazzjoni baxxa, li jeħtieġu forom ta’ intervent speċjali; |
8. |
jilqa’ r-referenza għall-bżonn li jiġu involuti l-imsieħba nazzjonali, reġjonali u lokali bħala kundizzjoni għall-ksib tal-objettivi politiċi. Jemmen li dan ser jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ approċċ territorjali minn isfel għal fuq; |
9. |
jitlob li l-QSK, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jaqdi r-rwol tiegħu b’mod effettiv li jikkjarifika u jirfina l-loġika tal-użu tal-fondi fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss filwaqt li jkun flessibbli biżżejjed biex l-intervent tal-programm jiġi adattat għas-sitwazzjoni speċifika, il-bżonnijiet u l-potenzjal tal-Istati Membri individwali u r-reġjuni. Il-QSK għandu jipprovdi oqfsa indikattivi għall-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi preparati mill-Istati Membri individwali, u b’hekk l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti jingħataw l-opportunità li jindirizzaw b’mod indipendenti l-isfidi tal-iżvilupp, b’mod partikolari fi-rigward tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Jenfasizza li l-għan tal-QSK għandu jkun li joħloq il-kundizzjonijiet għal tranżizzjoni bla xkiel bejn il-pakkett leġislattiv u l-kuntratt ta’ sħubija u l-programmi operattivi; |
10. |
jinnota li hemm bżonn li d-dettalji tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni jiġu spjegati b’mod ċar; |
11. |
jiddispjaċih li l-11-il objettiv tematiku elenkati fil-proposta għal regolament ġenerali huma differenti mis-sitt prijoritajiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u s-sitt prijoritajiet separati tal-Fond Marittimu Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, li jagħmlu l-koordinazzjoni aktar diffiċli mis-soltu; |
Introduzzjoni għall-Anness tal-QSK
12. |
jiddispjaċih li l-QSK m’għandux elementi dwar il-prinċipji ewlenin li għandhom jiġu implimentati; |
Koerenza u konsistenza mal-governanza ekonomika tal-UE
13. |
jitlob għal programm qafas stabbli biex tiġi żgurata l-koerenza mal-perspettiva multiannwali tal-politika ta’ koeżjoni; |
14. |
iqis li, mill-bidu nett, l-attività ewlenija għandha tkun li jiġu identifikati l-prijoritajiet adatti tal-programm għall-perjodu kollu 2014-2020 pereżempju meta jkunu qed jitħejjew il-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi. F’dan il-kuntest, jibża’ li l-kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi individwali u tal-programmi nazzjonali ta’ riforma tista’ tmur kontra programmazzjoni multiannwali miftiehma fil-livell reġjonali; |
15. |
jirreferi għall-Opinjoni tal-KtR dwar ir-regolament ġenerali, li tiċħad il-proposti intiżi biex joħolqu rabta bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-konformità mal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir (2), iżda jipproponi l-possibbiltà li jiġu emendati l-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet li joħorġu mis-Semestru Ewropew; |
16. |
madankollu jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ipprogrammar mill-ġdid frekwenti jnaqqas il-prevedibbiltà tal-ġestjoni tal-fondi u għalhekk għandu jkun jsir biss meta jkun verament meħtieġ; |
Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fost il-Fondi tal-QSK
17. |
jenfasizza l-bżonn ta’ koordinazzjoni aħjar bejn il-fondi tal-QSK, sabiex tittejjeb l-effikaċja tal-intervent tagħhom u jinħolqu s-sinerġiji meħtieġa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni baġitarja diffiċli u riżorsi finanzjarji limitati. B’hekk jiġi żgurat livell ogħla ta’ sinerġija u ta’ komplementarjetà fl-investiment tal-UE; |
18. |
jitlob biex il-komplementarjetà tkun l-enfasi ċentrali tal-QSK. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit approċċ multitematiku integrat li jorbot l-azzjonijiet indikattivi ta’ komplementarjetà reċiproka minn fondi differenti intiżi għall-ksib tal-istess objettiv. Madankollu, jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma għamlitx aktar biex tikkjarifika l-komplementarjetà potenzjali bejn id-diversi prijoritajiet tematiċi, il-prijoritajiet ta’ investiment ta’ bosta fondi tal-QSK kif ukoll bejn l-azzjonijiet indikattivi u l-prijoritajiet ta’ investiment. B’rabta ma’ dan, jenfasizza li l-abbozz ta’ dokument dwar il-QSK għandu jiżgura l-komplementarjetà bejn l-oqsma ta’ attività tal-fondi individwali u jelimina r-riskju ta’ duplikazzjoni; |
19. |
jinsab konvint dwar il-bżonn ta’ deċentralizzazzjoni tal-ġestjoni operattiva fil-livell lokali u reġjonali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn il-fondi, li jiżgura approċċ integrat effettiv, jiġifieri metodu intertematiku minn isfel għal fuq li jkun imfassal għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull reġjun; |
20. |
jirrakkomanda bis-sħiħ l-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi bbażati fuq ħafna fondi, li jimmassimizzaw l-impatt pożittiv tal-intervent tal-UE fir-reġjuni permezz ta’ użu integrat tal-opportunitajiet li joħolqu d-diversi strumenti ta’ żvilupp reġjonali u t-twettiq ġenwin tal-istrateġiji ta’ żvilupp soċjoekonomiku mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
21. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tenfasizza ħafna l-bżonn tal-ipprogrammar tal-iżvilupp territorjali integrat. Jilqa’ r-referenzi għall-“investiment territorjali integrat” (ITI), l-“operazzjonijiet integrati” (OI) u l-“pjani ta’ azzjoni konġunta”; madankollu, jiddispjaċih li mhemm l-ebda definizzjoni ta’ dawn l-istrumenti jew tal-kunċett ta’ “operazzjonijiet integrati” fir-regolament ġenerali u fl-anness tal-QSK. Jenfasizza l-bżonn li jiġi definit b’mod preċiż il-kunċett ta’ operazzjoni integrata bħala strument li għandu jintuża għall-iffinanzjar integrat ma’ oqsma ta’ politika u strumenti oħra tal-UE; |
22. |
partikolarment b’referenza għall-istrateġija tal-iżvilupp urban (b’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament FEŻR), jenfasizza l-importanza u n-natura innovattiva tal-allokazzjoni tar-riżorsi għall-azzjonijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli fil-bliet, li jridu jiġu implimentati permezz tal-“investimenti territorjali intergrati” (ITI), u jiddispjaċih li l-qafas regolatorju ma jurix b’mod ċar biżżejjed li f’dan il-każ ir-responsabbiltà tal-ġestjoni u tal-implimentazzjoni tal-“investimenti territorjali integrati” għandha tkun tal-awtoritajiet urbani; |
23. |
iqis li n-natura lokali tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandha tinżamm; |
24. |
b’konformità mal-opinjoni tal-KtR dwar l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, jiġbed l-attenzjoni għan-natura olistika tal-iżvilupp lokali li tiffoka fuq l-isfidi u l-potenzjal tat-tipi kollha ta’ reġjuni, inklużi r-reġjuni urbani, rurali u periurbani kif ukoll iż-żoni funzjonali. Għaldaqstant, jitlob li tittieħed azzjoni biex l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkun jista’ jintuża għall-implimentazzjoni tal-11-il objettiv tematiku taħt il-qafas strateġiku, skont il-bżonnijiet lokali; |
Koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK u strumenti u oqsma ta’ politika oħra tal-UE
25. |
jappoġġja r-referenza għall-bżonn ta’ koordinazzjoni mal-politiki u l-istrumenti l-oħra tal-UE barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-QSK. Dan ser jippermetti rabta aktar mill-qrib bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-koeżjoni tal-UE u l-politiki settorjali fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Iqis b’mod partikolari li dan ser jippermetti l-armonizzazzjoni tal-ġestjoni u li tiżdied l-effikaċja tal-programmi implimentati; |
26. |
jitlob għal definizzjoni aktar preċiża tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u t-tfassil ta’ linji gwida għall-oqsma ta’ politika tal-UE u l-istrumenti marbuta mal-QSK, speċjlament fil-livell tal-UE. Jinnota li, peress li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-istrumenti huma ġestiti b’mod ċentrali, ir-responsabbiltà konġunta tal-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi enfasizzata flimkien mar-rwol tal-Istati Membri; |
27. |
jilqa’ l-introduzzjoni ta’ lista tal-oqsma ta’ politika u ta’ strumenti/programmi tal-UE inklużi fl-abbozz ta’ anness (li tinkludi l-Orizzont 2020, in-NER, il-COSME, il-LIFE, l-Erasmus għal Kulħadd, il-Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna ta’ qabel l-Adeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp); |
28. |
jilqa’ l-enfasi fuq ir-rabta bejn il-fondi tal-QSK u l-programm Orizzont 2020. Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea estendiet il-linji gwida, bis-saħħa tal-proposta tagħha li l-fondi tal-QSK jappoġġjaw l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti b’rabta mal-programm Orizzont 2020, fuq il-bażi ta’ żewġ tipi ta’ attività ferm differenti – it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-esplojtazzjoni u t-tqassim immedjat tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni; |
29. |
jilqa’ r-rakkomandazzjoni li l-fondi tal-QSK jkunu jistgħu jikkofinanzjaw is-sħubijiet bejn is-setturi tal-edukazzjoni, l-intrapriża u r-riċerka, u li dawn l-attivitajiet jiġu koordinati ma’ sħubijiet internazzjonali bejn kumpaniji u istituzzjonijiet edukattivi fil-forma ta’ alleanzi ta’ għarfien jew alleanzi ta’ ħiliet settorjali li jistgħu jiġu appoġġjati mill-programm Erasmus għal Kulħadd; |
30. |
jappoġġja l-introduzzjoni ta’ possibbiltà ġdida li l-fondi tal-QSK jintużaw biex jikkomplmentaw l-attivitajiet tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, pereżempju permezz ta’ rabtiet tat-tieni u t-tielet livell mal-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-UE; |
31. |
jirreferi għall-Opinjoni tal-KtR dwar il-programm LIFE u jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-Programm jaqdi rwol deċiżiv billi jimmobilizza ħafna iktar riżorsi tal-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni għal finijiet ambjentali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappoġġja l-proġetti integrati tal-programm LIFE li jieħdu l-forma ta’ proġetti ta’ kategorija ġdida ogħla; |
32. |
jenfasizza l-bżonn li tiżdied il-koordinazzjoni bejn l-istrumenti esterni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna ta’ qabel l-Adeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, speċjalment fil-każ tar-reġjuni li għandhom fruntieri komuni ma’ pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u l-Unjoni għall-Mediterran u fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE li għandhom fruntieri komuni mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP); |
Il-koordinazzjoni ma’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni
33. |
jinnota li, kif ġie spjegat fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-abbozz ta’ Regolament Ġenerali, m’hemm l-ebda raġuni biex id-dispożizzjonijiet tal-Kuntratti ta’ Sħubija jinkludu l-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Għaldaqstant, jiċħad l-inklużjoni tas-sezzjoni dwar il-“Prijoritajiet għal Kooperazzjoni” fl-att delegat; |
34. |
madankollu, jilqa’ s-sezzjoni mqassra “Koordinazzjoni ma’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni” tal-Anness tal-QSK; |
35. |
jiġbed l-attenzjoni li tkun ħaġa utli li titwessa’ l-kooperazzjoni territorjali transnazzjonali fil-qafas tal-FSE biex tinkludi l-kooperazzjoni interreġjonali u transkonfinali; |
36. |
jilqa’ l-fatt li ġiet ikkunsidrata d-dimensjoni makroreġjonali u jisħaq fuq l-importanza mogħtija fl-istrument għall-kooperazzjoni territorjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġiji makroreġjonali; |
Il-prinċipji orizzontali u l-għanijiet ta’ politika transversali
37. |
jilqa’ l-fatt li l-Qafas Strateġiku Komuni jinkludi l-prinċipji ta’ governanza f’diversi livelli u s-sħubija taħt il-prinċipji orizzontali tiegħu, b’konformità mal-Artikolu 5 tal-Proposta għal Regolament Ġenerali; |
38. |
jitlob li jiġi applikat fil-prattika l-prinċipji ta’ governanza f’diversi livelli billi jenfasizza l-importanza li jiġi adottat approċċ minn isfel għal fuq fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ta’ tħejjija ta’ kuntratti ta’ sħubija u programmi operattivi; |
39. |
jappoġġja bil-qawwa l-attivitajiet għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Madankollu, huwa tal-fehma li l-identifikazzjoni ta’ korpi ġodda dedikati esklużivament għal dan il-għan fi ħdan is-sistema tal-implimentazzjoni tal-fondi mhijiex effettiva. Tkun ħaġa iktar adatta li jiġu applikati soluzzjonijiet proċedurali li jippermettu li dan il-prinċipju jintlaħaq b’mod effettiv fi ħdan il-qafas ta’ strutturi istituzzjonali eżistenti; |
40. |
jirreferi għall-opinjonijiet preċedenti tal-KtR dwar il-FEŻR u l-FSE, li jenfasizzaw in-nuqqas ta’ interess fil-kwistjoni tal-bidla demografika. Għaldaqstant, jilqa’ b’mod speċjali l-inklużjoni tal-kwistjoni tal-bidla demografika bħala waħda mill-objettivi ta’ politika trasversali proposti; |
Arranġamenti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi territorjali
41. |
jilqa’ l-fatt li l-QSK jenfasizza l-bżonn li l-forom ta’ intervent jiġu adatti għall-isfidi u l-opportunitajiet lokali, iżda jistenna analiżi aktar dettaljata u li ssir aktar ħidma f’dan il-qasam, li r-riżultati tagħhom jservu ta’ indikaturi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
42. |
jilqa’ l-proposta għal kuntratti ta’ sħubija li jittraduċu l-elementi stabbiliti fil-QSK fil-kuntest nazzjonali tagħhom. Jenfasizza l-bżonn li jitqiesu l-entitajiet fil-livelli baxxi tal-gvern lokali, ħaġa li teħtieġ il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti; |
43. |
jinnota d-diffikultà ta’ tfassil ta’ definizzjoni armonizzata tat-territorji fil-fondi tal-QSK u joffri l-appoġġ tiegħu biex din il-kwistjoni timxi ’l quddiem. Jenfasizza li d-definizzjoni tinbidel skont il-leġislazzjoni settorjali, ħaġa li tagħmilha iktar diffiċli biex jiġu identifikati l-isfidi territorjali ewlenin. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
COM(2012) 496 final
Anness I, punt 3.2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija u tal-programmi. |
L-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, l-imsieħba u l-awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija u tal-programmi. |
Raġuni
Evidenti.
Emenda 2
COM(2012) 496 final
Anness I, punt 3.3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||
|
|
Raġuni
Ara punt 21 tal-Opinjoni.
Emenda 3
COM(2012) 496 final
Anness I, żid punt ġdid wara punt 3.3.2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
It-test jinkorpora, fil-għamla ta’ dispożizzjoni leġislattiva, il-kontenut tal-punt 22 tal-Opinjoni, bil-għan li tiġi enfasizzata l-innovazzjoni tad-delegar tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-ITIs lill-bliet, kif inhu pprovdut fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEŻR u fl-Artikolu 99 tar-regolament ġenerali.
Emenda 4
COM(2012) 496 final
Anness I, punt 4.4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn xieraq, li l-finanzjament mill-Fondi tal-QSK huwa kkoordinat mal-appoġġ mill-Programm NER 300 (…) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw, fejn xieraq, li l-finanzjament mill-Fondi tal-QSK huwa kkoordinat mal-appoġġ mill-Programm NER 300 (…) |
Raġuni
Ara punt 26 tal-Opinjoni.
Emenda 5
COM(2012) 496 final
Anness I, punt 4.5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Ara punt 26 tal-Opinjoni.
Emenda 6
COM(2012) 496 final
Anness I, punt 4.6.1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-Istati Membri għandhom ifittxu li jużaw il-Fondi tal-QSK biex jintegraw l-għodod u l-metodi żviluppati u ttestjati b’suċċess taħt “Erasmus għal kulħadd”. |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ifittxu li jużaw il-Fondi tal-QSK biex jintegraw l-għodod u l-metodi żviluppati u ttestjati b’suċċess taħt “Erasmus għal kulħadd”. |
Raġuni
Ara punt 26 tal-Opinjoni.
Emenda 7
COM(2012) 496 final
Anness I, punt 4.9.2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara punt 32 tal-Opinjoni.
Emenda 8
COM(2012) 496 final
Anness I, punt 6.3.2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-korpi rilevanti responsabbli mill-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà fis-sħubija, u għandhom jiżguraw strutturi adegwati skont il-prattiki nazzjonali biex jagħtu pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà, sabiex jipprovdu l-għarfien espert meħtieġ fit-tħejjija, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-fondi tal-QSK. L-għamla tal-kumitati ta' monitoraġġ għandha tirrefletti bilanċ bejn is-sessi u għandha tinkludi għarfien espert dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi/funzjoni ta' responsabbiltà. |
Fi ħdan il-qafas tal-istrutturi nazzjonali eżistenti L l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-korpi rilevanti responsabbli mill-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà fis-sħubija, u għandhom jiżguraw strutturi adegwati skont il-prattiki nazzjonali biex jagħtu pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà, sabiex jipprovdu l-għarfien espert meħtieġ fit-tħejjija, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-fondi tal-QSK. L-għamla tal-kumitati ta' monitoraġġ għandha tirrefletti bilanċ bejn is-sessi u għandha tinkludi għarfien espert dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi/funzjoni ta' responsabbiltà. |
Raġuni
Ara punt 39 tal-Opinjoni.
Emenda 9
COM(2012) 496 final
Anness I, punt 7
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
Raġuni
Il-Kumitat jilqa’ r-referenza għall-obbligi tat-Trattat fir-rigward tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali fil-punt 7.2 iżda jissuġġerixxi li dan il-parametru jiġi inkluż fil-passi msemmija fil-punt 7.1.
Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
(1) COM(2012) 496 final.
(2) Jiġifieri s-sospensjoni tal-ħlasijiet u l-impenji taħt programmi operattivi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjoni tal-UE dwar il-governanza ekonomika.