13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/143


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Orizzont 2020 (il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni)”

2012/C 277/14

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iressaq il-messaġġi ewlenin li ġejjin

Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill u l-pjani ta’ implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 iridu jkunu aktar iffukati fuq il-prattiki tal-ħajja reali u jkollhom impatt akbar fuqha, jiġifieri jeħtieġ li l-livelli lokali u reġjonali jiġu sfidati jipparteċipaw b’mod attiv biex jilħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020.

Is-sistema ta’ tliet pilastri tal-Orizzont 2020 toħloq valur miżjud kbir għar-Riċerka Ewropea.

L-Orizzont 2020 għandu jiffinanzja r-riċerka u l-iżvilupp tal-kunċetti, il-metodi u forom oħra ta’ kapital intellettwali meħtieġa għall-kooperazzjoni bejn il-bliet u r-reġjuni, l-universitajiet u n-negozji dwar l-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien.

Ir-reġjuni u l-bliet għandu jkollhom ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bħala parti essenzjali mill-aġenda ta’ politka ewlenija tagħhom. L-Orizzont 2020 u l-Fondi ta’ Koeżjoni għandhom jintużaw biex joħolqu l-kunċetti, l-għodod u prerekwiżiti oħra li permezz tagħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu b’mod attiv l-innovazzjoni, jieħdu r-riskji u jinvestu fl-applikazzjoni prattika tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, sabiex b’hekk ikun jista’ jsir adattament skont l-ispeċifiċitajiet reġjonali.

Il-KtR jipproponi għan strateġiku għall-Orizzont 2020 biex tinħoloq il-kultura tal-innovazzjoni miftuħa Ewropea permezz ta’ programmi dedikati u strumenti oħra. L-ekosistemi tal-innovazzjoni, it-teknoloġiji ewlenin l-akkwist pubbliku u l-infrastrutturi ta’ riċerka jeħtieġu żviluppi kbar.

It-tiġdid tal-programm qafas ifisser semplifikazzjoni tal-prattiki tal-programm u żieda fl-impatt ta’ proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE.

Hija meħtieġa wkoll bidla fil-mentalità sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Il-KtR jistieden lir-reġjuni pijunieri biex jiffurmaw konsorzji Ewropej li jintegraw il-kapaċitajiet differenti sabiex jinħolqu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fil-livell tas-soċjetà li jistgħu jiġu applikati fl-Ewropa kollha.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) jista’ jżid valur speċjali anke lill-livell reġjonali.

Relatur

Is-Sur MARKKULA (FI/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Espoo

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020(2014-2020)

COM(2011) 809 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

L-ewwel messaġġ ewlieni:

Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill u l-pjani ta’ implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 iridu jkunu aktar iffukati fuq il-prattiki tal-ħajja reali u jkollhom impatt akbar fuqha, jiġifieri jeħtieġ li l-livelli lokali u reġjonali jiġu sfidati jipparteċipaw b’mod attiv biex jilħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020.

1.

Il-proposti tal-Kummissjoni huma punt ta’ tluq eċċellenti biex jiġu definiti l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni tal-UE għall-perjodu ta’ programm li jmiss tal-2014-2020. Ir-regjuni u l-partijiet interessati tar-reġjun jistgħu u għandhom ikunu effettivi fl-użu tal-għarfien. Għalhekk huwa importanti ħafna li r-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jinxterdu u jkomplu jiġu żviluppati madwar l-Ewropa.

2.

Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, huwa importanti li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bażi ta’ ħiliet lokali u l-kapaċità ta’ innovazzjoni fil-livell lokali, kif ukoll l-iżvilupp ta’ strumenti u kooperazzjoni li jippromovu l-kooperazzjoni ġewwa l-Ewropa bejn ir-reġjuni. Dawn l-istrumenti u l-kooperazzjoni huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-riżultati tal-Orizzont 2020 fil-livell lokali u reġjonali. Ir-riċerka reġjonali kollha ffinanzjata mill-Orizzont 2020 għandha tinkludi dimensjoni ta’ “eċċellenza globali”, iffaċilitata mill-prinċipji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Barra minn hekk, rabta iktar mill-qrib tal-Orizzont 2020 u l-fondi strutturali għandha tiġi riflessa b’mod xieraq fil-programmi operattivi u l-istrateġiji għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

3.

Il-proposti tal-Kummissjoni huma konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Meta implimentati fil-livell tal-UE, il-miżuri tal-Orizzont 2020 huma maħsuba b’tali mod li jiksbu kemm jista’ jkun valur miżjud u impatt. L-attivitajiet jistgħu jsaħħu mill-ġdid il-prinċipji ġenerali tar-riċerka u l-innovazzjoni, jappoġġjaw l-azzjonijiet ta’ riċerka tal-Istati Membri u jevitaw id-dupplikazzjoni. Huwa speċjalment importanti li l-Orizzont 2020 jkun jista’ jgħin tinkiseb massa kritika f’setturi prinċipali u jittieħdu azzjonijiet ta’ riskju għoli u fit-tul fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, peress li jippermetti li r-riskji jinqasmu u jiġġenera ambitu wiesa’ u ekonomiji ta’ skala li ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod ieħor.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

4.

jenfasizza l-importanza tal-Orizzont 2020. Il-livell ta’ finanzi ppjanat ta’ EUR 80 biljun, bħala l-livell minimu meħtieġ, huwa appoġġjat minn argumenti sodi fir-rigward tar-rwol tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni kif ukoll fit-twettiq u t-tħaddim taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). Madankollu, filwaqt li jenfasizza li l-Ewropa teħtieġ li tirkupra mill-kriżi finanzjarja u toħloq bażi soda għal prijoritajiet magħżulin fir-rwol globali tagħha, l-Orizzont 2020 irid ikollu strumenti li huma ffukati fuq il-bidliet fil-prattiki tal-ħajja reali u li jiżguraw riżultati aktar mgħaġġla għas-soċjetà fil-forma ta’ impjiegi ġodda, tkabbir intelliġenti u benesseri akbar kemm fuq perjodu qasir kif ukoll twil;

5.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-mira tal-Orizzont 2020 li tikseb aktar innovazzjoni permezz tar-riċerka, filwaqt li jitqies il-potenzjal ta’ innovazzjoni. Għalhekk huwa essenzjali li – anke qabel ma jibda l-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni – dawk li jiffurmaw il-politiki fil-livell reġjonali, l-universitajiet lokali u l-istituti tar-riċerka jibdew jiżviluppaw b’mod attiv strateġiji u programmi ta’ implimentazzjoni reġjonali u konġunti fil-qasam tal-innovazzjoni u li huma bbażati strateġikament fuq l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u ffinanzjati b’mod konġunt minn sorsi differenti, fosthom il-baġits muniċipali, il-kontribuzzjonijiet tan-negozji u għadd ta’ strumenti finanzjarji tal-UE. F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-aġenda Ewropea fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw din l-istess innovazzjoni jkunu interkonnessi;

6.

jappella biex il-pjani tal-Orizzont 2020 (f’termini ta’ kontenut, immirar ta’ fondi u strumenti) jiġu valutati għall-impatt tagħhom, speċjalment l-effett ta’ stimolu tagħhom, bħala parti mill-attivitajiet kollha ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni li qed isiru madwar l-Ewropa. L-Orizzont 2020 huwa programm enormi f’termini finanzjarji (EUR 80 biljun għall-perjodu 2014-2020). Madankollu, fil-każ tal-azzjonijiet “Marie Curie”, wieħed josserva rigress, billi l-baġit bilkemm jilħaq l-EUR 0,7 biljun fl-2014 kontra EUR 1 biljun fl-2013. Meta jitqiesu s-servizzi li joffri dan il-programmm, il-kontribut finanzjarju għal dawn l-azzjonijiet għandu jikkorrispondi aktar għall-kontribut tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka. Barra minn hekk, peress li l-programm Orizzont 2020 jirrappreżenta biss perċentwali żgħir mill-attività kollha ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni Ewropea, it-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jenfasizza s-sistema Ewropea ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni bħala tali, u jistabbilixxi prijoritajiet stretti fl-użu tal-fondi tal-Orizzont 2020;

7.

itenni (1) li fil-livell prattiku jeħtieġ li jittieħdu passi kuraġġużi, sabiex il-livelli kollha ta’ gvern fl-Istati Membri – lokali u reġjonali kif ukoll ċentrali – jingħataw aktar responsabbiltà u jiġu involuti l-partijiet interessati l-oħra kollha. Ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandu jiġi rikonoxxut fil-Programmi tar-Riforma Nazzjonali. Barra minn hekk, dan l-approċċ jirrikjedi responsabbiltà kondiviża tal-atturi kollha ewlenin li jiffukaw fuq l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni reġjonali permezz tal-Patti Territorjali;

8.

jappella biex il-bliet u r-reġjoni jieħdu rwol ewlieni fit-tiswir ta’ tipi ġodda ta’ arranġamenti ta’ impriżi konġunti ta’ sħubijiet pubbliċi-privati-ċittadini b’enfasi fuq rwol aktar b’saħħtu tal-utenti, l-innovazzjoni miftuħa u l-valorizzazzjoni tal-għarfien ta’ eċċellenza biex jissaħħu r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni meħtieġa biex jinħolqu soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi tas-soċjetà. Meta tiġi stabbilita l-mira li l-Ewropa ssir mexxej dinji fl-indirizzar tal-isfidi l-kbar tas-soċjetà, kif diġà ġie ddikjarat fl-Orizzont 2020, l-attivitajiet tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jridu jkunu multidixxiplinari, multisettorjali, multidimensjonali u multikulturali fin-natura tagħhom, u b’hekk hemm bżonn ta’ parteċipazzjoni qawwija mill-isferi tal-ħajja reali. Il-laboratorji m’għadhomx faċilitajiet tradizzjonali tal-universitajiet, iżda ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali bħala postijiet fejn isiru provi ta’ malajr fuq prototipi ta’ diversi innovazzjonijiet immexxija mill-utenti: prodotti ġodda, proċessi, strutturi u sistemi ta’ natura trasformattiva u adattabbli. Dawn ma jistgħux jinħolqu u jinżammu mingħajr il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

9.

bil-għan li jintlaħaq l-għan ta’ sinerġija bejn il-politika reġjonali u l-politika tar-riċerka, jisħaq fuq l-importanza li tiġi prevista dimensjoni reġjonali fil-programm Orizzont 2020. Għaldaqstant, il-Kumitat jitlob li jinżammu l-istrumenti u l-programmi fl-Orizzont 2020, bħar-Reġjuni tal-Għarfien u l-Laboratorji Ħajjin. Dawn il-programmi għandhom dimensjoni, parteċipazzjoni u impatt importanti fil-livell reġjonali, isaħħu l-potenzjal ta’ innovazzjoni tar-reġjuni u jmorru lil hinn minn sempliċi “kondiviżjoni tal-għarfien”;

10.

jisħaq li l-programm Reġjuni tal-Għarfien m’għandux jingħalaq – anke jekk attivitajiet simili qed jiġu organizzati u ffinanzjati b’mod sostanzjali mill-fondi tal-politika tal-koeżjoni. Għall-kuntrarju, il-programm Reġjuni tal-Għarfien għandu jintuża bħala strument li jiżviluppa l-eċċellenza reġjonali u l-volum tiegħu għandu jimmultiplika. Ir-Reġjuni tal-Għarfien jista’ jkollu importanza kruċjali f’li jisfida u jappoġġja r-reġjuni lejn Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u jsir mezz biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jippermettu kollaborazzjoni u tagħlim komparattiv miżjud fil-livell Ewropew.It-tagħlim komparattiv huwa proċess li jiffoka fuq il-ħolqien flimkien ta’ tibdil sistemiku permezz tal-valuri indikattivi (benchmarks) u t-tagħlim komparattiv;

11.

jipproponi li r-Reġjuni tal-Għarfien għandu jieħu rwol speċjali fl-iffinanzjar tar-riċerka biex l-attivitajiet reġjonali jiġu integrati f’inizjattivi ewlenin differenti għal kollaborazzjoni Ewropea li tagħti l-frott. Għalhekk wieħed mill-għanijiet tar-Reġjuni għall-Għarfien għandu jkun li jsaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistemi reġjonali mmexxija mir-riċerka fl-oqsma tal-aġenda diġitali u t-teknoloġiji li huma effiċjenti fir-riżorsi kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja, biex b’hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju għall-SMEs li jipparteċipaw, u li jaqdu rwol kruċjali fil-kummerċjalizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ żviluppi innovattivi;

12.

jesprimi t-tħassib tiegħu li la l-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni Ewropea propost għall-perjodu 2014-2020 u lanqas l-Orizzont 2020 ma jsemmu l-futur tal-programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE), li fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali kien essenzjali għall-innovazzjoni f’termini ta’ governanza lokali, inġinerija finanzjarja, l-attirar tal-atturi lokali u taċ-ċittadini, viżjoni fuq tul ta’ żmien u netwerking, u ppermetta t-tnedija ta’ inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki. Għaldaqstant jappella għal intestatura tal-baġit separata ddedikata għal soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi fil-programm Orizzont 2020, fl-ispirtu u għat-tkomplija tal-programm IEE.

It-tieni messaġġ ewlieni:

Is-sistema ta’ tliet pilastri tal-Orizzont 2020 toħloq valur miżjud kbir għar-Riċerka Ewropea

13.

Iridu jiġu indirizzati diversi kwistjonijiet biex jiżdied l-impatt reġjonali tal-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni Ewropej:

a)

il-pubbliku jiġi infurmat bl-innovazzjoni kif ukoll bl-impatt u l-possibbiltà li r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jadattaw;

b)

jiġu żviluppati parametri tal-valur biex jgħinu jżidu l-kollaborazzjoni reġjonali biex jiġu trattati sfidi kbar tas-soċjetà u biex jinħolqu u jitmexxew pjattaformi konġunti għall-innovazzjoni miftuħa u għas-sħubijiet pubbliċi-privati-ċittadini;

c)

jitħeġġeġ id-djalogu bejn ix-xjenza u s-soċjetà, u b’hekk tinftiehem aħjar in-natura sistemika tal-innovazzjoni u l-previżjoni.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

14.

jisħaq li l-kwistjonijiet ewlenin rigward ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fir-reġjuni madwar l-Ewropa huma:

a)

Id-definizzjoni tar-rwol tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fir-rinnovament tal-proċessi tradizzjonali tas-settur pubbliku fosthom it-teħid tad-deċiżjonijiet;

b)

Iż-żieda tar-rilevanza u l-utilità tar-riżultati tal-inizjattivi ewlenin tal-UE u implimentazzjoni mħaffa ta’ dawn l-attivitajiet;

c)

Li jista’ wieħed jisfrutta l-għarfien mir-riċerka u l-innovazzjoni attwali u jagħmel użu kummerċjali minnhom permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati u billi jaqsam l-aħjar prattiki u għarfien ieħor rilevanti;

15.

jisħaq li l-istruttura fuq tliet pilastri tal-Orizzont 2020 toħloq opportunitajiet biex jinkisbu l-miri tal-Istrateġija UE 2020. Meta wieħed iqis li l-Orizzont 2020 jiffoka fuq il-livell tal-UE fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzoni li għandu jaġixxi ta’ katalizzatur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Istati Membri u fir-reġjuni, għandhom jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fid-definizzjoni mill-ġdid tar-regolamenti u l-prattiki tal-Orizzont 2020:

a)

F’termini ta’ kriterji ta’ valutazzjoni u tal-iffinanzjar, l-enfasi tinsab fuq l-eċċellenza fil-livell dinji; l-attivitajiet kollha jisiltu mill-għarfien espert xjentifiku. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li kull pilastru għandu jkollu l-kriterji tiegħu ta’ eċċellenza: fl-ewwel, għandha tkun l-eċċellenza xjentifika; fit-tieni, l-eċċellenza tal-innovazzjonijiet industrijali u t-tiġdid fin-negozju; u fit-tielet għandha tkun l-eċċellenza u l-impatt tal-innovazzjonijiet tas-soċjetà.

b)

Fil-pilastru ta’ prijorità “Xjenza eċċellenti”, għandha titpoġġa enfasi akbar fuq is-sinifikat tan-natura multidixxipplinari tat-Teknoloġiji Futuri u dawk Emerġenti. Barra mill-pubblikazzjonijiet xjentifiċi u l-brevetti, il-kriterji tal-valutazzjoni tal-impatt għandhom jinkludu wkoll forom oħra ta’ flussi tal-għarfien bejn atturi varji minn dawk li joħolqu l-għarfien għal dawk li jużawh sa l-benefiċjarji aħħarija.

c)

Fil-pilastru “Tmexxija industrijali”, għandu jkun hemm enfasi qawwija fuq il-kombinazzjoni ta’ diversi teknoloġiji fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni biex jikber il-potenzjal tat-tkabbir tal-kumpaniji Ewropej, speċjalment l-SMEs. Dan jista’ jinkludi l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-konsorzji pubbliċi-privati. L-indirizzar tal-kumplessitajiet industrijali jirrikjedi wkoll aġilità dejjem akbar fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, b’hekk hemm bżonn ta’ parteċipazzjoni akbar mill-SMEs. It-teknoloġiji għandna nħarsu lejhom bħala xi ħaġa li jwasslu għal żvilupp mgħaġġel, anke fil-livell ta’ bidla radikali, li tenfasizza li l-attenzjoni ewlenija għandha tkun fuq l-integrazzjoni tad-diġitalizzazzjoni, l-imġiba umana u d-dinamiċi tas-suq.

d)

Fil-pilastru “Sfidi tas-soċjetà”, l-enfasi għandha tkun li l-aqwa għarfien espert Ewropew jiġi assoċjat mal-proġetti fuq skala kbira ta’ ħolqien konġunt, u b’hekk l-Ewropa tkun tista’ timplimenta bidliet kbar li jirrinnovaw l-istrutturi fil-livell tas-sistema fuq il-limitazzjonijiet tradizzjonali. Ir-riċerka ċċentrata fuq id-dixxiplina ma toħloqx għarfien biżżejjed biex jiġu riżolti l-isfidi l-kbar tas-soċjetà. L-attenzjoni għandha tingħata lill-attivajiet multidixxiplinari ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni li jwasslu għal kunċetti u komponenti meħtieġa f’dawk il-bidliet li jirrinnovaw l-istruttura fil-livell tas-sistema. Fil-qalba tar-riċerka hemm l-esperimentazzjoni u l-pilotaġġ. Eżempju tajjeb huwa l-qasam wiesa’ ta’ operat tas-Smart City. Parti essenzjali minn dan kollu hija l-adattabbiltà tar-riżultati f’kundizzjonijiet differenti madwar l-Ewropa.

e)

Peress li hemm bżonn ta’ riżultati eċċellenti anke fi żmien qasir, il-pilastru “Sfidi tas-soċjetà” għandu jintuża speċjalment biex tiġġedded il-politika qafas li bħalissa hija inflessibbli wisq u li hija wkoll iżolata wisq mill-prattiki tad-dinja reali. Programmi differenti għandhom jużaw skemi ta’ fondi differenti skont il-miri tagħhom. Soluzzjoni waħda li tista’ tiġi kkunsidrata hija l-politika ta’ finanzjament f’fażijiet differenti, fejn kull fażi tiġi ffinanzjata effettivament u r-riżultati huma evalwati skont il-kriterji li jenfasizzaw il-ħtieġa għal kwalità eċċellenti. Huma biss il-proġetti li jkollhom suċċess, li jilħqu dawn ir-rekwiżiti ta’ eċċellenza, li jkomplu fil-livelli ta’ wara. Il-livelli jistgħu jindirizzaw fażijiet ta’ proġetti bħal 1) il-fattibbiltà; 2) l-esperimentazzjoni; 3) il-ħolqien konġunt tal-għarfien u 4) id-diffużjoni u l-adattabbiltà. L-ewwel fażi tiffoka fuq il-ħolqien ta’ soluzzjni f’interazzjoni wiesgħa u miftuħa. It-tieni fażi timmira li tittestja l-alternattivi differenti u telabora s-sistema. Fit-tielet fażi, l-aqwa riċerkaturi jiżviluppaw il-komponenti meħtieġa. Ir-raba’ fażi tkun magħmula minn diversi esperimenti paralleli, applikati li flimkien joħolqu elementi ġodda li jżidu l-impatt tal-proġett fuq is-soċjetà.

f)

Il-prattika f’fażijiet differenti tal-proġetti, deskritta hawn fuq – meta tiġi applikata b’mod trasparenti u meta r-riżultati jiġu disseminati b’mod effettiv – għandha tipprovdi lir-reġjuni u oħrajn li jirċievu l-Fondi ta’ Koeżjoni ammont kbir ħafna ta’ informazzjoni utli dwar għarfien espert li diġà jeżisti u aġenti potenzjali f’attivitajiet li qed jiżviluppaw.

It-tielet messaġġ ewlieni:

Ir-reġjuni u l-bliet għandu jkollhom ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bħala parti essenzjali mill-aġenda ta’ politka ewlenija tagħhom. L-Orizzont 2020 u l-Fondi ta’ Koeżjoni għandhom jintużaw biex joħolqu l-kunċetti, l-għodod u prerekwiżiti oħra li permezz tagħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu b’mod attiv l-innovazzjoni, jieħdu r-riskji u jinvestu fl-applikazzjoni prattika tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, sabiex b’hekk ikun jista’ jsir adattament skont l-ispeċifiċitajiet reġjonali.

16.

Ir-reġjuni għandhom bżonn iżidu l-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw mir-riċerka. Hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni u fondi għal dan. Imbagħad il-kompetenzi, il-prattiki u l-għodod żviluppati għandhom jintużaw bħala lieva għar-riżultati tar-riċerka għall-użu madwar l-Ewropa. Dan jista’ jintlaħaq biss billi jissaħħu s-sinerġiji fl-użu tal-istrumenti tal-iffinanzjar kollha, jiġifieri l-Orizzont 2020, il-politika ta’ koeżjoni kif ukoll ir-riżorsi nazzjonali, reġjonali u lokali. Madankollu, l-użu konġunt tar-riżorsi mhuwiex biżżejjed u barra minn hekk jeħtieġ bidliet fil-kultura operattiva u fil-prattiki amministrattivi. B’mod partikolari, hemm bżonn li jiżdiedu l-kollaborazzjoni reġjonali u t-tagħlim konġunt fir-rigward tal-użu effettiv tal-istrateġiji RIS3 (strateġiji nazzjonali/reġjonali ta’ innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti);

17.

Madankollu, il-komplementarjetà tal-Orizzont 2020 ma’ programmi ta’ finanzjament oħra tal-UE, inklużi l-Fondi Strutturali, għandha tiżgura li anke dawk il-bliet u r-reġjuni li mhumiex eliġibbli għall-finanzjament minn tali fondi jiġu appoġġjati fl-iżvilupp tal-hekk imsejħa kostellazzjoni tat-Tliet Spirali (Triple Helix) (li tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-istituti ta’ għarfien u l-industrija) dwar l-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien. Għal dan il-għan, u meta titqies ir-rilevanza tal-Orizzont 2020 għall-UE kollha, il-baġit tal-programm għandu jinkludi fondi speċifiċi li għandhom jiġu allokati għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ tali relazzjonijiet kollaborattivi.

18.

Hija meħtieġa wkoll bidla fil-mentalità sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Il-KtR jistieden lir-reġjuni pijunieri biex jiffurmaw konsorzji Ewropej li jintegraw il-kapaċitajiet differenti sabiex jinħolqu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fil-livell tas-soċjetà li jistgħu jiġu applikati fl-Ewropa kollha. Jitlob ukoll li jiżdiedu l-kapaċitajiet tar-reġjuni u l-bliet biex jużaw il-Programm Orizzont 2020 u inizjattivi simili oħrajn. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-użu sħiħ tad-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji ġodda ewlenin ta’ appoġġ sabiex tiġi modernizzata l-politika ta’ innovazzjoni reġjonali. Barra minn hekk, il-KtR iħeġġeġ lir-reġjuni jimxu lejn l-innovazzjoni miftuħa, b’viżjoni ċentrata fuq is-sħubijiet bejn l-atturi tas-settur pubbliku u privat mal-universitajiet u istituzzjonijiet oħra tal-għarfien li għandhom rwol kruċjali.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

19.

jisħaq fuq ir-rwol kumplimentari tal-Orizzont 2020 fir-rigward tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Istati Membri. L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha, b’mod partikolari, twassal għal-programmi u strumenti oħra ta’finanzjament li jiffaċilitaw il-politiki ta’ innovazzoni Ewropej, iħeġġu l-ħidma ta’ pijunieri u jżidu l-parteċipazzjoni korporattiva, speċjalment dik tal-SMEs. Dan jirrikjedi t-tħeġġiġ tat-teħid tar-riskji li ta’ sikwit huwa assoċjat ma’ innovazzjonijiet ewlenin; jesiġi wkoll iktar fondi għall-SMEs b’mod partikolari fit-tfassil rapidu ta’ protipi, il-kummerċjalizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ żviluppi innovattivi;

20.

jappella għal tibdil fir-rwol taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka biex jassisti lil dawk responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet lokali u reġjonali bl-aħħar riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Din l-attenzjoni għandha tintlaħaq f’kooperazzjoni stretta mal-iżviluppi l-ġodda tal-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti. Minflok rapporti u pubblikazzjonijiet oħra, ir-riżultati għandhom iduru ħafna aktar madwar l-iffinanzjar tal-esperimenti u l-ħolqien mgħaġġel ta’ prototipi, billi l-għarfien tar-riċerka jiġi applikat għall-proċessi ta’ tibdil prattiku fil-partijiet kollha tal-Ewropa, b’hekk jiżdied il-kapital tat-tiġdid fil-livelli reġjonali u lokali;

21.

jagħti attenzjoni speċjali lill-mod kif jiġi assigurat li jiġu żviluppati u adottati strumenti ġodda effikaċi b’dimensjoni reġjonali qawwija. Il-linji gwida ta’ politika jeżistu fil-Programm Orizzont 2020. Il-programm speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 isemmi b’mod espliċitu punti ta’ rilevanza reġjonali u koordinazzjoni mas-sorsi ta’ fondi ta’ koeżjoni. Il-prijorità tal-isfidi tas-soċjetà fiha punt dwar it-tneħħija tas-separazzjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, pereżempju billi istituti tar-riċerka eċċellenti jiġu abbinati ma’ reġjuni anqas żviluppati, billi tiġi rikonoxxuta l-eċċellenza fir-reġjuni anqas żviluppati, u billi jiġi ffaċilitat it-tagħlim tal-politiki fil-livell reġjonali;

22.

jibgħat il-messaġġ qawwi tiegħu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iħeġġeġ ir-rwol attiv tagħhom f’Orizzont 2020. Biex jieħdu kemm jistgħu mill-Programm Orizzont 2020, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom l-isfida li jiżviluppaw kooperazzjoni transkonfinali u pan-Ewropea. Biex jagħmlu dan, iridu jużaw ukoll il-potenzjal tar-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) (2). B’mod partikolari, għandhom bżonn ikunu kapaċi jiżviluppaw pjattaformi konġunti (bħal fora dwar l-innovazzjoni u esperimenti ta’ kooperazzjoni billi d-dinja reali tiġi integrata ma’ dik virtwali) biex jitrawmu l-innovazzjoni miftuħa u l-ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali. Il-kooperazzjoni Ewropea attiva kieku twassal għal ekonomiji ta’ skala u l-ħolqien ta’ swieq aktar mifruxa għan-negozji lokali u żviluppi lokali oħra. L-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti – bħala l-prinċipju gwida ewlieni kemm tal-Orizzont 2020 kif ukoll tal-politika ta’ koeżjoni – qed tiftaħ toroq ġodda għal dan kollu;

23.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha tiġbed l-attenzjoni fuq in-natura sistemika tal-katina tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-istadji finali tagħha, fi kliem ieħor, il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka fis-swieq. Żieda fl-attivitajiet tal-innovazzjoni miftuħa tirrikjedi aktar attivitajiet ta’ riċerka marbutin mal-innovazzjoni u l-ekosistemi tal-innovazzjoni. Għalhekk, l-attenzjoni fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni multidixxipplinari għandha tkun b’mod speċjali fuq dawk li jwasslu għat-tibdil innovattiv, inklużi l-previżjoni, il-kapital uman, it-tiġdid tal-kompetenzi u tal-parametri għall-valutazzjoni tal-innovazzjoni;

24.

jipproponi għan strateġiku għall-Orizzont 2020 biex tinħoloq il-kultura tal-innovazzjoni miftuħa Ewropea permezz ta’ programmi dedikati u strumenti oħra, pereżempju għall-parteċipazzjoni tal-utenti finali, iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiżviluppaw metodi u għodod ibbażati fuq l-ICT għall-innovazzjoni miftuħa. L-għan għandu jinkludi attivitajiet li joħolqu esperjenza adattabbli fil-ġestjoni, il-metodi, l-għodod u l-oqsma ta’ applikazzjoni tal-innovazzjoni miftuħa. L-approċċ sperimentali huwa meħtieġ b’mod speċjali f’oqsma fejn l-innovazzjonijiet assoċjati mad-diġitalizzazzjoni jista’ jkollhom impatt enormi, pereżempju fis-smart cities u l-mobbiltà intelliġenti.

Ir-raba’ messaġġ ewlieni:

It-tiġdid tal-programm qafas ifisser semplifikazzjoni tal-prattiki tal-programm u żieda fl-impatt ta’ proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE.

25.

Is-semplifikazzjoni tal-prattiki amministrattivi hija waħda mill-itqal aspettattivi fir-rigward tal-Orizzont 2020. L-għan għandu jkun fuq it-temi tar-riċerka u sistemi ta’ ffinanzjar flessibbli u trasparenti li huma attraenti b’mod li l-universitajiet, l-istituti ta’ riċerka u l-intrapriżi jitħajru jfittxu kollaborazzjoni estensiva Ewropea u jallokaw ammonti kbar mill-fondi tagħhom stess f’dawn l-isforzi. Iż-żamma legali tal-kotba tal-kontabbiltà u l-awditjar ta’ rutina ta’ kull operatur jistgħu jitqiesu bħala miżuri ta’ kontroll adegwati, biżżejjed għall-monitoraġġ tal-infiq tal-fondi. Dan inaqqas b’mod konsiderevoli l-ammont ta’ verifiki li jsiru mill-UE u l-uffiċjali amministrattivi tal-Istati Membri tagħha f’livell saħansitra aktar baxx milli ppjanat.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

26.

jappella għas-semplifikazzjoni amministrattiva u jenfasizza li l-prattiki amministrattivi dejjem għandhom jagħtu appoġġ u jaqdu l-miri attwali tal-kontenut tal-proġetti. Il-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea jista’ jkun mezz biex tiġi evitata l-frammentazzjoni fil-koordinazzjoni tal-proġetti innovattivi. Dan il-punt huwa partikolarment importanti għall-proġetti multidixxiplinari jew dawk iffinanzjati minn diversi fondi Ewropej;

27.

iħoss li huwa essenzjali li jinbidel l-Artikolu 24 tal-abbozz għal Regolament dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni (COM(2011) 810 final), li jittratta l-ispejjeż indiretti. Skont il-mudell propost attwalment (mudell ta’ “rata fissa”), l-ispejjeż indiretti huma determinati billi tiġi applikata rata fissa ta’ 20 % tat-total tal-ispejjeż diretti eliġibbli. Din ta’ spiss ser toħloq diffikultajiet mhux raġonevoli sabiex jintlaħqu l-ispejjeż indiretti attwali. Jew għandha tiżdied sostanzjalment ir-rata jew għandu jkun possibbli li jiġu aċċettati l-ispejjeż attwali anke fir-rigward tal-ispejjeż indiretti;

28.

jilqa’ b’sodisfazzjoni l-allinjament tal-Orizzont 2020 mal-politika ta’ koeżjoni, u r-rabtiet li nħolqu bejn il-programmi varji tal-UE u l-istrumenti finanzjarji. Madankollu, il-pjani tal-Orizzont 2020 għandhom jiġu definiti aktar biex jiksbu l-bidliet meħtieġa. Dan ifisser li kull programm għandu jadotta kriterji li jieħdu ħsieb il-miri tal-programm partikolari, iżda kollha jkunu jsegwu l-prinċipju komuni li l-proġett għandu jkun fih miżuri effettivi li jittrasferixxu r-riżultati tar-riċerka tiegħu għall-użu minn partijiet terzi għall-proġett. Biex jikber l-impatt, l-użu tal-fondi għandu jsir aktar flessibbli waqt il-proġett. Li jimporta huma r-riżultati mhux l-amministrazzjoni;

29.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-approċċ issuġġerit mill-Parlament Ewropew għal approċċ ibbażat fuq “ix-xjenza u t-teknoloġija” jew wieħed ibbażat fuq “ix-xjenza u l-innovazzjoni”, ibbażat fuq kriterji sodi ta’ kwalità xjentifika/teknika; li jafda fuq prattiki ta’ ġestjoni realistiċi u jagħraf x’hemm komuni u x’jiddistingwi bejn ix-xjenza, l-iżvilupp teknoloġiku u d-diffużjoni fis-suq (3);

30.

jisħaq fuq l-importanza ta’ kollaborazzjoni mill-qrib fost l-attivitajiet ffinanzjati mill-Orizzont u l-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid il-fond ta’ koeżjoni għandu jintuża għall-iskop li l-KtR indika fl-opinjoni tiegħu dwar is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi qafas tar-riċerka. Il-KtR appella għall-ħolqien ta’ mekkaniżmi ġodda li permezz tagħhom jkunu jistgħu jingħataw fondi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jixtru r-riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka li kellhom suċċess bil-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti f’termini ta’ ħiliet ta’ żvilupp reġjonali innovattiv (4);

31.

jipproponi l-miżuri li ġejjin li jridu jiġu applikati għal parti kbira tal-programmi tal-Orizzont 2020, filwaqt li kull programm jenfasizza l-aktar temi pertinenti għall-miri tiegħu:

a)

Waħda min-nuqqasijiet il-kbar fis-sistema attwali toħroġ mill-għarfien attwali li għadu ma jintużax biżżejjed. Fil-bidu tal-proġett, għandhom jiġu riżervati biżżejjed ħin u riżorsi oħra biex jinġabar u jiġi analizzat għarfien li diġà jeżisti marbut mas-suġġett. Ir-riżultati minn din il-fażi tal-proġett għandhom jiġu ppublikati b’mod miftuħ anke għal partijiet barra mill-proġett sabiex id-disseminazzjoni tal-informazzjoni u l-utilità titjieb kullimkien.

b)

Il-piż li jintlaħqu l-miri tar-riżultati għandu jingħata aktar piż minn qabel. Fil-prattika dan ifisser, pereżempju, li d-deskrizzjonijiet tal-programm u l-applikazzjonijiet tal-proġett jenfasizzaw l-impatt fuq is-soċjetà tal-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni kemm fuq perjodu qasir kif ukoll dak twil. Għandhom jiġu investiti aktar riżorsi biex jikber l-impatt, jiżdiedu l-proġetti pilota waqt li l-attivitajiet tad-disseminazzjoni tar-riżultati għandhom jiżdiedu u jitqassmu tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-proġett. Ir-riżorsi għandhom jiġu allokati biex jinkludu msieħba ġodda waqt il-fażijiet tal-proġett, billi jiġu involuti, b’mod partikolari, dawk li joħolqu l-għarfien u dawk li jimplimentaw ir-riżultati minn oqsma u reġjuni differenti.

c)

Il-ftuħ, il-kollaborazzjoni u s-sensittività għar-reazzjoni fil-kultura tal-proġett għandhom jissaħħu wkoll sabiex parti mill-baġit tal-proġett (tipikament 10-20 %) jiġi riżervat għal miżuri mhux immirati li jittieħdu waqt il-proġett bħala reazzjoni għal tibdil estern u żviluppi fil-qasam, u għalhekk ippjanati waqt il-proġett. Dawn il-fondi jistgħu jintużaw ukoll biex jiddaħħlu msieħba ġodda fil-proġett, meta għarfien espert utli għall-proġett jiġi rikonoxxut f’atturi li oriġinarjament ma kinux involuti fil-proġett.

d)

Fl-ambitu tar-Regolamenti Finanzjarji, għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi li jippermettu li ammonti żgħar ta’ fondi jiġu allokati għal aktar żvilupp ta’ eżiti eċċezzjonali ta’ proġetti. Dan l-appoġġ għandu jkun marbut ma’ kriterji ta’ eċċellenza, u jaħdem primarjament bħala inċentiv biex eżiti eċċezzjonali jiġu diretti lejn l-istadju li jmiss taċ-ċiklu ta’ innovazzjoni (pereżempju mir-riċerka għad-dimostazzjoni, u għall-kummerċjalizzazzjoni).

e)

It-trijangolu tal-għarfien (is-sinerġija bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni) għandu jkun prinċipju ewlieni, mhux biss fl-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, iżda fl-Orizzont kollu. Kull proġett għandu jippjana attivitajiet biex jimplimenta t-triangolu tal-għarfien.

Il-ħames messaġġ ewlieni:

L-ekosistemi tal-innovazzjoni, it-teknoloġiji ewlenin abilitanti, l-akkwist pubbliku u l-infrastrutturi ta’ riċerka jeħtieġu żviluppi kbar

32.

L-Orizzont 2020 għandu jiżgura li l-metodi u l-proċessi avvanzati għas-sħubijiet bejn l-universitajiet u l-industriji jiġu applikati fil-partijiet kollha tal-Ewropa. L-attenzjoni trid tkun fuq iż-żjieda tal-potenzjal għal riżultati li joffru aktar forom ta’ innovazzjoni mir-riċerka, kif ukoll fuq negozji li jagħmlu l-qligħ, fosthom dawk li jaħdmu fis-settur pubbliku.

33.

Il-prodotti ta’ suċċess internazzjonali – kemm jekk huma prodotti fis-sens strett tal-kelma, jew sistemi, servizzi jew oqfsa operattivi aktar mifruxa – huma r-riżultat ta’ għarfien espert ta’ livell dinji bbażat fuq ktajjen ta’ valur u ekosistemi. L-Orizzont 2020 għandu jkun jista’ joħloq il-kundizzjonijiet għal ktajjen ta’ innovazzjoni funzjonali. B’hekk biss ikun possibbli li nirreaġixxu għall-isfidi prinċipali tas-soċjetà u l-ħtieġa għar-riġenerazzjoni industrijali.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

34.

jenfasizza r-rwol tat-teknoloġiji ewlenin abilitanti (KET, Key Enabling Technologies) f’Orizzont. It-tekonoloġiji m’għandhomx jiġu żviluppati biss fi programmi separati tax-xjenza u t-teknoloġija, imma għandhom ikunu marbutin sa mill-istadju tar-riċerka u l-iżvilupp mal-ktajjen ta’ valur industrijali u man-netwerks tal-valur globali tal-innovazzjoni, kif ukoll ma’ attivitajiet li jiżviluppaw l-ekosistemi reġjonali u l-clusters tal-innovazzjoni u li jsaħħu l-għarfien espert. L-iżvilupp ta’ kampusijiet fil-livell reġjonali jista’ jgħin. Dan huwa importanti peress li jippermetti li jkun hemm attivitajiet ta’ żvilupp ta’ prodotti minn negozji żgħar u anke kbar li jimxu lil hinn mill-istadji diffiċli tal-bidu;

35.

iħeġġeġ li jittieħed benefiċċju sħiħ mill-ħtieġa tas-settur pubbliku għal servizzi, prodotti u teknoloġiji ġodda, u li dan jintuża bħala lieva biex tinħoloq aktar domanda għall-innovazzjoni permezz tal-akkwist pubbliku. Il-KtR jagħraf (5) il-potenzjal kbir ta’ akkwist tal-akkwist pubbliku li jammonta għal 17 % tal-PDG tal-UE27, u jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-akkwist pubbliku bħala forza li tippromovi l-innovazzjoni u xprun ovvju li jtejjeb il-livell ta’ attività (soċjali, ambjentali, eċċ.). Il-potenzjal għandu jiġi sfruttat fil-livelli ta’ governanza reġjonali, nazzjonali u Ewropea u appoġjat b’miżuri adatti li jsaħħu l-kapaċità;

36.

itenni t-twemmin tiegħu li ż-Żona Ewropea tar-Riċerka tista’ tissaħħaħ jekk l-akkwist tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp jiddaħħlu fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku; jfakkar fl-opinjoni tal-KtR dwar il-Green Paper dwar is-suq tal-akkwist (6) u l-opinjoni tal-KtR dwar l-akkwist prekummerċjali (7), sakemm dan ma jirriżultax li dawn is-servizzi jiġu esposti għall-kompetizzjoni;

37.

jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-bliet bħala kuntesti ta’ innovazzjonijiet mifruxa u li jbiddlu s-sistemi b’impatt potenzjali kbir li jirrispondu għall-isfidi ambjentali, soċjali u ekonomiċi kbar ta’ żminijietna. Huwa meħtieġ appoġġ akbar mill-istituti tal-politika u l-għarfien għall-proċess ta’ trasformazzjoni li permezz tiegħu l-innovazzjonijiet li jġibu tibdil fil-kuntest urban jistgħu jiġu żviluppati, pilotati u adattati;

38.

jenfasizza li l-involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa vitali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari dawk tal-“Unjoni tal-Innovazzjoni”, abbażi tal-adattament għall-ispeċifiċitajiet reġjonali, u jisħaq fuq ir-rwol importanti li jaqdu biex iressqu l-intrapriżi, l-universitajiet jew iċ-ċentri ta’ riċerka u l-istituzzjonijiet pubbliċi lejn xulxin (permezz ta’ approċċ “triple helix” jew ekwivalenti);

39.

jenfasizza l-importanza tal-investiment fl-infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej. Biex il-partijiet interessati lokali u reġjonali jiġu involuti fil-ksib tal-għanijiet tal-Ewropa 2020, id-dimensjoni tal-innovazzjoni għandha tiġi rappreżentata b’mod adatt fl-aspetti kollha tal-Qafas taż-ŻER, jiġifieri bl-iżvilupp taż-ŻER lejn iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. L-infrastrutturi tar-riċerka huma riżorsi essenzjali li jikkomplementaw il-faċilitajiet u t-tagħmir ta’ riċerka disponibbli għall-universitajiet fost oħrajn. L-infrastrutturi ta’ riċerka jiġbdu wkoll riċerkaturi eċċellenti fuq bażi globali u għandhom jitqiesu bħala pjattaformi konġunti għar-riċerkaturi minn dixxipplini differenti u ċentri essenzjali ta’ kooperazzjoni bejn l-akkademiċi, il-professjonisti mill-industriji privati u pubbliċi u atturi soċjetali oħra.

Is-sitt messaġġ ewlieni:

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) jista’ jżid valur speċjali anke lill-livell reġjonali

40.

Il-Kummissjoni tenfasizza (8) li ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-EIT jaqdu rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (Knowledge and Innovation Communities, KICs) kollha kemm huma, permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali, partikolarment dawk involuti fid-disinn u t-twassil tal-Istrateġiji tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). Eżempju eċċellenti tal-iżvilupp tal-kunċett huwa l-Komunitajiet Reġjonali ta’ Innovazzjoni u Implimentazzjoni (RICs) implimentati mill-KIC fil-qasam tal-klima. Huma jipprovdu mudell ta’ innovazzjoni reġjonali pan-Ewropew oriġinali, li juża r-reġjuni bħala post ta’ sperimentazzjoni, filwaqt li jorbot flimkien l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ ġestjoni u l-vantaġġi reġjonali mal-isfidi globali.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

41.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjani li jiġu stabbiliti KICs ġodda kif propost mill-Kummissjoni fl-oqsma tematiċi: fl-ewwel fażi dwar l-innovazzjoni għal ħajja b’saħħitha u t-tixjiħ attiv, il-materji primi u l-ikel tal-futur, u fit-tieni fażi dwar il-mobbiltà urbana, il-valur miżjud fil-manifattura u s-soċjetajiet intelliġenti u sikuri. Ir-rwol tal-KICs huwa ta’ rilevanza speċjali fit-tħeġġiġ u l-appoġġ ta’ innovazzjoni miftuħa permezz tal-mezzi avvanzati tad-diġitalizzazzjoni, li b’hekk isaħħu l-innovazzjoni madwar l-Ewropa;

42.

iħeġġeġ l-EIT ikompli bil-missjoni tiegħu li hija importanti għall-iżvilupp u l-promozzjoni b’mod attiv biex jinxterdu l-prattiki tajba għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta’ kondiviżjoni tal-innovazzjoni u l-għarfien. Fil-ġejjieni, l-EIT għandu jippromovi l-utilità tal-esperjenza tal-KICs madwar ir-reġjuni Ewropej u joħloq kultura ta’ kollaborazzjoni li tista’ taġixxi bħala mudell fl-Ewropa u lil hinn;

43.

jappoġġja l-pjani ta’ żvilupp strutturali tal-governanza tal-EIT. Hija speċjalment rilevanti l-proposta tal-Kummissjoni (9) fir-Regolament li l-EIT għandu jinteraġixxi b’mod dirett mar-rappreżentanti nazzjonali u reġjonali u partijiet oħra interessati tul il-katina tal-innovazzjoni, u b’hekk jinħolqu effetti ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat. Sabiex dan id-djalogu u l-iskambju jkunu aktar sistematiċi għandu jiġi organizzat Forum tal-Partijiet Interessati tal-EIT li jiġbor flimkien komunità usa’ ta’ partijiet interessati madwar kwistjonijiet trasversali. Il-KtR għandu jkollu rwol ta’ intermedjarju bejn il-Forum u r-reġjuni;

44.

jipproponi li l-KICs tal-EIT għandhom jieħdu r-responsabbiltà li jorganizzaw taħriġ ta’ ġestjoni fl-għola livell għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell reġjonali biex dawn jitgħallmu jieħdu l-opportunitajiet li jeżistu fl-użu tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bħala parti essenzjali mit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali u l-proċess ta’ tagħlim komparativ f’netwerk bejn ir-reġjuni Ewropej. Dan huwa rilevanti ħafna, peress li n-netwerk EIT hija l-mutur tal-innovazzjoni Ewropea li tgħaqqad l-aktar suġġetti importanti fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kummerċ.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa (19)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Raġuni

Kif diġà ddikjarat fl-Orizzont 2020, meta tiġi stabbilita l-mira sabiex l-Ewropa ssir mexxej globali li kapaċi tindirizza l-isfidi soċjetali l-kbar, hemm bżonn li l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni jkollhom komponent reġjonali b’saħħtu. Il-laboratorji tal-innovazzjoni m’għadhomx il-faċilitajiet universitarji tradizzjonali iżda saru l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali li joperaw bħala bankijiet ta’ prova għall-prototipaġġ rapidu ta’ ħafna tipi ta’ innovazzjonijiet iffokati fuq l-utent: prodotti ġodda, servizzi, proċessi, strutturi u sistemi li għandhom bżonn li jkunu trasformattivi u varjabbli.

Għal dan l-iżvilupp, għandu jkun hemm dimensjoni reġjonali partikolari fil-baġit tal-Orizzont 2020 sabiex jiġu mmodernizzati l-attivitajiet tat-tliet spriali. Għandha tingħata enfasi speċjali lir-riċerka u l-innovazzjoni ta’ kunċetti u metodi li huma meħtieġa sabiex jiżdied l-impatt soċjetali taċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien bejn id-diversi partijiet, mill-kreaturi tal-għarfien u l-utenti tal-għarfien sal-benefiċjarji finali. Il-Fondi Strutturali jistgħu jintużaw sabiex jiġu koperti parti minn dawn l-ispejjeż. Il-komplementarjetà tal-Fondi Strutturali mal-Orizzont 2020 tkopri biss parti mill-ispejjeż tal-iżvilupp u biss għal dawk ir-reġjuni u l-bliet li huma eliġibbli għal finanzjament bħal dan. Għalhekk titqajjem il-kwistjoni għal dawk ir-reġjuni u l-bliet li mhumiex eliġibbli jew li huma eliġibbli għal parti żgħira u għalhekk ma jistgħux jużaw dawn il-fondi għall-iżvilupp tal-attivitajiet tat-tliet spirali b’rabta mal-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien.

Emenda 2

Premessa (26)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni f’oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni f’oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

Emenda 3

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Raġuni

Mhumiex biss il-Fondi Strutturali, iżda wkoll l-Orizzont 2020, li għandhom jipprovdu l-finanzjament għall-iżvilupp tal-attivitajiet tat-tliet spirali relatati mal-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien. L-immodernizzar tat-tliet spirali huwa importanti ħafna sabiex jiġu stimulati u apoġġjati r-reġjuni fi triqthom lejn l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u dan jista’ jiftaħ il-bieb lejn l-eċċellenza Ewropea permezz ta’ aktar kollaborazzjoni u t-tagħlim paragunabbli. Għal dan il-għan, l-Orizzont 2020 għandu bżonn jinkludi l-finanzjament għall-universitajiet u r-reġjuni pijunieri sabiex jingħalaq id-distakk relatat mar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, billi jingħaqdu flimkien istituti eċċellenti ta’ riċerka u reġjuni inqas żviluppati, billi tiġi rikonoxxuta l-eċċellenza fir-reġjuni inqas żviluppati u billi jiġi ffaċilitat it-tagħlim ta’ politiki tal-innovazzjoni fil-livell reġjonali.

Emenda 4

Artikolu 5.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

1.   Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta’ riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

Artikolu 5

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

1.   Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta’ riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

Raġuni

Il-Programm Orizzont 2020 kollu jenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni. Ir-riċerka waħedha mhijiex biżżejjed; ir-riċerka pjuttost għandha twassal għall-innovazzjoni kif ukoll it-tkabbir ekonomiku u l-benesseri. Kif propost fil-punt 39 tal-opinjoni, isem aktar adatt għall-ERA huwa “Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (ERIA). Din l-emenda għandha ssir fil-partijiet rilevanti kollha tal-abbozz ta’ Regolament.

Emenda 5

Artikolu 5(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

3.   Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettivi u prijoritajiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 1 u 2 billi jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni. Il-linji ġenerali tal-attivitajiet huma stipulati fil-Parti IV tal-Anness I.

Artikolu 5

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

3.   Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettivi u prijoritajiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 1 u 2 billi jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni. Il-linji ġenerali tal-attivitajiet huma stipulati fil-Parti IV tal-Anness I.

Raġuni

Kif iddikjarat fil-punt 20 tal-opinjoni, iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jgħin ukoll it-teħid ta’ deċiżjonijiet reġjonali u lokali bl-aħħar riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Din l-enfasi għandha sseħħ f’koordinazzjoni mill-qrib mal-iżviluppi ġodda tal-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti. Minflok rapporti u pubblikazzjonijiet oħra, ir-riżultati għandhom jiffokaw ħafna aktar fuq il-finanzjament tal-esperimenti u l-ħolqien rapidu ta’ prototipi, l-applikazzjoni ta’ għarfien tar-riċerka għall-proċessi prattiċi ta’ tibdil madwar l-Ewropa kollha u b’hekk jiżdied il-kapital ta’ tiġdid fil-livell lokali u reġjonali.

Emenda 6

Artikolu 7(1)(b)(ii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) ii)

għandhom rekord ta’ mġiba tajjeb ta’ parteċipazzjoni fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni;

Raġuni

Dan awtomatikament jelimina lill-persuni ġodda.

Emenda 7

Artikoli 12(1) u 12(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Konsulenza esterna u involviment tas-soċjetà

Artikolu 12

Konsulenza esterna u involviment tas-soċjetà

1.   Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqiesu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta’ esperti ta’ livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

1.   Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqiesu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta’ esperti ta’ livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

2.   Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni.

2.   Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni.

 

   

Raġuni

Din l-emenda hija bbażata fuq il-punti 8 sa 11 tal-opinjoni.

Emenda 8

Artikolu 13(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Azzjonijiet trasversali

1.   Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Artikolu 13

Azzjonijiet trasversali

1.   Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Raġuni

Kif iddikjarat fil-punt 34 tal-opinjoni, ir-rwol tat-teknoloġija ewlenija ta’ appoġġ għandu jiġi kkunsidrat fuq skala usa’ mill-iżvilupp teknoloġiku, jiġifieri t-teknoloġiji għandhom ikunu marbuta minn stadju bikri, bħall-istadju tar-riċerka u l-iżvilupp, mal-katini ta’ valur industrijali u n-netwerks ta’ valur tal-innovazzjoni globali, u ma’ attivitajiet li jiżviluppaw ekosistemi reġjonali u clusters ta’ innovazzjoni u jsaħħu l-għarfien espert. Din l-enfasi tista’ tiġi definita aħjar bħala “kompetenzi u teknoliġiji industrijali ewlenin ta’ appoġġ”.

Emenda 9

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

Sħubiji pubbliċi-pubbliċi

Artikolu 20

Sħubiji pubbliċi-pubbliċi

1.   Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fejn azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jiġu implimentati b’mod konġunt fi ħdan l-Unjoni.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi tal-programmar konġunt bejn l-Istati Membri.

1.   Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fejn azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jiġu implimentati b’mod konġunt fi ħdan l-Unjoni.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi tal-programmar konġunt bejn l-Istati Membri.

2.   Is-sħubiji pubbliċi-pubbliċi jistgħu jiġu appoġġati fi ħdan, jew fil-medda, tal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2), b’mod partikolari permezz ta’:

2.   Is-sħubiji pubbliċi-pubbliċi jistgħu jiġu appoġġati fi ħdan, jew fil-medda, tal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2), b’mod partikolari permezz ta’:

(a)

strument ERA-NET li juża għotjiet bħala appoġġ għas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fit-tħejjija, l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ netwerking, id-disinn, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet konġunti kif ukoll bħala ffinanzjar aġġuntiv (topping up) għal sejħiet individwali konġunti u azzjonijiet ta’ natura transnazzjonali;

(a)

strument ERA-NET li juża għotjiet bħala appoġġ għas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fit-tħejjija, l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ netwerking, id-disinn, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet konġunti kif ukoll bħala ffinanzjar aġġuntiv (topping up) għal sejħiet individwali konġunti u azzjonijiet ta’ natura transnazzjonali;

(b)

parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE.

(b)

parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-iffinanzjar aġġuntiv għandu jkun kondizzjonali fuq livell sinifikanti ta’ impenji finanzjarji minn qabel ta’ entitajiet parteċipanti f’sejħiet u azzjonijiet konġunti. L-istrument ERA-NET jista’ jinkludi objettiv li jiġu armonizzati r-regoli u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ sejħiet u azzjonijiet konġunti. Dan jista’ jintuża wkoll fit-tħejjija għal inizjattiva bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-iffinanzjar aġġuntiv għandu jkun kondizzjonali fuq livell sinifikanti ta’ impenji finanzjarji minn qabel ta’ entitajiet parteċipanti f’sejħiet u azzjonijiet konġunti. L-istrument ERA-NET jista’ jinkludi objettiv li jiġu armonizzati r-regoli u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ sejħiet u azzjonijiet konġunti. Dan jista’ jintuża wkoll fit-tħejjija għal inizjattiva bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE.

Għall-finijiet tal-punt (b) tali inizjattivi għandhom jiġu proposti biss f’każijiet fejn tkun meħtieġa struttura dedikata ta’ implimentazzjoni u fejn ikun hemm livell għoli ta’ impenn tal-pajjiżi parteċipanti għall-integrazzjoni fil-livelli xjentifiċi, ta’ ġestjoni u finanzjarji. Barra minn hekk, proposti għal inizjattivi msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu identifikati abażi tal-kriterji li ġejjin:

Għall-finijiet tal-punt (b) tali inizjattivi għandhom jiġu proposti biss f’każijiet fejn tkun meħtieġa struttura dedikata ta’ implimentazzjoni u fejn ikun hemm livell għoli ta’ impenn tal-pajjiżi parteċipanti għall-integrazzjoni fil-livelli xjentifiċi, ta’ ġestjoni u finanzjarji. Barra minn hekk, proposti għal inizjattivi msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu identifikati abażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

definizzjoni ċara tal-objettiv li għandu jitwettaq u r-rilevanza tiegħu għall-objettivi tal-Orizzont 2020 u l-objettivi usa’ tal-politika tal-Unjoni;

(a)

definizzjoni ċara tal-objettiv li għandu jitwettaq u r-rilevanza tiegħu għall-objettivi tal-Orizzont 2020 u l-objettivi usa’ tal-politika tal-Unjoni;

(b)

impenji finanzjarji ċari tal-pajjiżi parteċipanti, inklużi impenji minn qabel biex jinġabru investimenti nazzjonali u/jew reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni transnazzjonali;

(b)

impenji finanzjarji ċari tal-pajjiżi parteċipanti, inklużi impenji minn qabel biex jinġabru investimenti nazzjonali u/jew reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni transnazzjonali;

(c)

il-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(c)

il-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(d)

il-massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti, kemm l-attivitajiet ikunu simili għal xulxin, u l-proporzon ta’ riċerka rilevanti li jkopru;

(d)

il-massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti, kemm l-attivitajiet ikunu simili għal xulxin, u l-proporzon ta’ riċerka rilevanti li jkopru;

(e)

l-effiċjenza tal-Artikolu 185 TFUE bħala l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-objettivi.

(e)

l-effiċjenza tal-Artikolu 185 TFUE bħala l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-objettivi.

Raġuni

Ir-rwol attiv tar-reġjuni huwa kruċjali biex jinkisbu l-miri tal-Orizzont 2020. Jinħtieġu aktar flessibbiltà u rwol akbar tar-reġjuni għall-ħolqien ta’ inizjattivi tal-programmar konġunt.

Għan ieħor ta’ din l-emenda huwa li l-istess loġika li tappplika għall-Istati Membri tapplika wkoll għall-parteċipazzjoni tal-UE fi programmi li jniedu l-awtoritajiet reġjonali. Dan ikun b’konformità mal-ispirtu tal-Artikolu 185 tat-TFUE.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 72/2011 fin.

(2)  CdR 230/2010 final.

(3)  CdR 230/2010 fin, adattat minn 2010/2079(INI) paragrafu 37.

(4)  CdR 230/2010 fin.

(5)  CdR 373/2011 fin.

(6)  CdR 70/2011 fin.

(7)  CdR 58/2008 fin.

(8)  COM (2011) 822 final.

(9)  COM(2011) 817 final.