27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/114


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”

2012/C 225/08

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

juri li l-konċentrazzjoni tematika eċċessiva tillimita l-għażliet strateġiċi u jitlob li jkun hemm flessibbiltà akbar biex tkompli tissaħħaħ il-kompetittività reġjonali;

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel il-kontenut u l-ambitu tal-prijoritajiet ta’ investiment individwali aktar flessibbli fil-kuntest ta’ djalogu mal-Istati Membri u r-reġjuni fuq il-bażi ta’ każ b’każ;

jilqa’ l-indikaturi komuni iżda jara li għad hemm bżonn ta’ titjib;

huwa tal-fehma li r-riżorsi tal-FEŻR għandhom ikunu flessibbli u jintużaw mingħajr ma jkun hemm preferenzi jew diskriminazzjoni rigward tipi partikolari ta’ żoni, filwaqt li jitqiesu t-tipi kollha ta’ żoni urbani, rurali u funzjonali;

jissuġġerixxi li tiġi żgurata rabta aħjar bejn l-Orizzont 2020 u l-fondi strutturali billi jkun hemm interfaċċji u punti ta’ konnessjoni fiż-żewġ programmi;

jenfasizza li l-lista ta’ bliet fejn għandhom jiġu implimentati azzjonijiet għal żvilupp urban sostenibbli għandha tkun indikattiva u għandha tinħadem fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq il-bażi ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet. Ir-reġjuni għandhom ikunu jistgħu jadottaw b’mod flessibbli miżuri ta’ appoġġ skont il-ħtieġa reġjonali u lokali;

jinnota li l-parti mill-fondi tal-FEŻR allokata għall-appoġġ tal-iżvilupp urban sostenibbli u l-iżvilupp lokali b’mod ġenerali għandha tirriżulta mill-ippjanar tal-programmi operazzjonali;

jenfasizza l-ħidma tal-programm URBACT u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiġġustifika l-valur miżjud tal-pjattaforma għall-iżvilupp urban proposta;

joffri li jikkollabora mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun żgurat djalogu politiku aktar b’saħħtu dwar il-pjani ta’ żvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni bejn it-territorji urbani u rurali fl-Ewropa;

jitlob li fil-programmi operazzjonali l-isfidi tal-bidla demografika jitqiesu aktar milli hu previst fl-Artikolu 111 tal-abbozz tar-Regolament Ġenerali.

Relatur

Is-Sur Michael SCHNEIDER (DE/PPE), Segretarju tal-Istat, Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-Land ta’ Sachsen-Anhalt fi ħdan l-Istat Federali tal-Ġermanja

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006

COM(2011) 614 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Evalwazzjoni ġenerali

1.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni bħala bażi tajba biex jissoktaw in-negozjati dwar kif ser ikun l-apoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fil-futur fl-Ewropa;

2.

jemmen li għad hemm bżonn isir xi tibdil sabiex jiġu indirizzati, b’mod partikolari, il-preokkupazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

3.

b’rabta ma’ dan, jagħmel referenza għall-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-regolament qafas (1) kif ukoll għall-opinjonijiet preċedenti dwar x’forma ser tieħu l-politika ta’ koeżjoni wara l-2013 (2);

Dispożizzjonijiet komuni (Artikoli 1-5)

4.

jenfasizza l- kompiti tal-FEŻR kif definiti fl-, li jgħid li l-FEŻR għandu jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jwitti l-iżbilanċi reġjonali, u jinnota li fil-futur l-appoġġ mill-FEŻR għandu jkompli jiffoka fuq dan l-objettiv. Madankollu, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont l-Artikolu 174 b’rabta mal-Artikolu 176 tat-TFUE, il-FEŻR għandu wkoll il-kompitu li jnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti. Fost ir-reġjuni konċernati, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal pereżempju r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi;

5.

jenfasizza wkoll li l-pirjoritajiet ta’ appoġġ tal-FEŻR għandhom jaqdu l-għan tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni partikolari u unika tar-reġjuni ultraperiferiċi rrikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE;

6.

huwa tal-fehma li l- ambitu tal-għajnuna mill-FEŻR imfassal fl- hu, fil-prinċipju, adatt biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, biex iwitti l-iżbilanċi reġjonali u fl-istess ħin biex jipprova jikseb l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Però jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, minħabba d-diverġenzi interni bejn il-livelli ta’ żvilupp, anke fir-reġjuni aktar żviluppati jista’ jkun hemm bżonn ta’ investimenti f’infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini fl-oqsma tal-ambjent, it-trasport u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT);

7.

għalhekk, indipedentement mill-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (“Connecting Europe Facility”), jitlob li l-esklużjoni tal-infrastruttura mill-għajnuna tiġi ċċarata u ssir aktar flessibbli, u dan għandu jsir fi djalogu mal-Istati Membri u r-reġjuni. F’dan ir-rigward, huwa importanti li tiġi kkunsidrata l-istruttura produttiva ta’ kull reġjun;

8.

jilqa’ l-fatt li l-kompetittività tal-SMEs hija fost il-prijoritajiet ta’ investiment (Artikolu 5 tal-abbozz ta’ Regolament dwar il-FEŻR), u jenfasizza li din il-kwistjoni hija importanti fi żminijiet ta’ kriżi meta l-SMEs jiffaċċjaw diffikultajiet partikolari b’rabta mal-aċċess għall-finanzjament u l-investiment filwaqt li r-rwol tagħhom fl-impjieg u l-innovazzjoni huwa assolutament essenzjali għall-koeżjoni u l-irkupru. Mill-banda l-oħra, jenfasizza li l-għajnuna għall-investiment għall-intrapriżi l-kbar għandha tkun possibbli fil-futur ukoll. Dawn l-intrapriżi jaqdu rwol importanti fil-politika strutturali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva ewlenija “Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni”, pereżempju bħala msieħba fl-iżvilupp ta’ clusters industrijali, u b’mod partikolari bħala entitajiet kontraenti għall-SMEs;

9.

jemmen li hemm bżonn fundamentali li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-ambitu tal-għajnuna stabbilit fl-Artikolu 3 u l-prijoritajiet ta’ investiment imniżżlin fl-Artikolu 5, u jitlob li jingħataw aktar dettalji dwar dan il-punt;

10.

huwa tal-fehma li, billi l-baġits pubbliċi huma limitati, fil-futur l-inizjattivi ekonomiċi privati jistgħu jsiru aktar importanti u għalhekk l-ambitu tal-għajnuna mill-FEŻR għandu jippermetti l-għajnuna lir-riċerka pubblika u privata u lill-entitajiet innovattivi. Jenfasizza l-importanza li tkompli tiġi promossa r-riċerka fil-livell tal-UE li ssir b’mod konġunt mill-kumpaniji privati, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka;

11.

huwa tal-fehma li n-netwerking, il-kooperazzjoni u l-qsim ta’ esperjenzi bejn ir-reġjuni, il-bliet u l-atturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali rilevanti, kif previst fl-Artikolu 3(1)(d)(iv), għandhom jinvolvu wkoll lill-atturi interessati mill-qasam tax-xjenza u r-riċerka, u li hemm bżonn ta’ kjarifika dwar dan;

12.

jappoġġja, fil-prinċipju, il-konċentrazzjoni tar-riżorsi fuq objettivi tematiċi ċari. Madankollu, il-programmi operazzjonali reġjonali huma l-livell adatt fejn għandha ssir din il-konċentrazzjoni, u għalhekk huwa kontra l-allokazzjoni ċentrali tal-kwoti u r-riżorsi għal fondi jew prijoritajiet ta’ investiment individwali. B’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il- konċentrazzjoni tematika prevista fl- għandha ssir fil-qafas tas-sħubija. Il-Kuntratt ta’ Sħubija bejn l-Istati Membru u l-Kummissjoni Ewropea għandu jkun ibbażat fuq il-ftehimiet bejn l-Istat Membru u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri u r-reġjuni kif ukoll l-awtoritajiet lokali għandu jkollhom, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, il-possibbiltà li matul il-proċess ta’ programmazzjoni jfasslu b’mod indipendenti l-istrateġiji ta’ żvilupp territorjali tagħhom u li jistabbilixxu u jiġġustifikaw il-prijoritajiet individwali tagħhom kemm rigward l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 kif ukoll rigward il-ħtiġijiet speċifiċi b’rabta mal-politika reġjonali tagħhom;

13.

għalhekk, huwa kontra li l-konċentrazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻR tkun ristretta għal dawn l-objettivi tematiċi: “it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni”, “it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs” u “l-appoġġ lil ekonomija li għandha emissjonijiet ta’ karbonju baxxi fis-setturi kollha”, speċjalment fil-każ ta’ dawk ir-reġjuni li l-PDG għal kull abitant tagħhom matul il-perjodu 2007-2013 kien inqas minn 75 % tal-PDG medju fl-UE-25 matul il-perjodu ta’ referenza;

14.

jinnota li l-konċentrazzjoni fuq dawn it-tliet objettivi biss tillimita l-possibbiltajiet tal-FEŻR li jappoġġja b’mod komprensiv it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jnaqqas id-differenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali fl-Unjoni. Huwa tajjeb li jiġi mfakkar li, b’konformità mal-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-għan tal-FEŻR huwa li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iżbilanċi reġjonali prinċipali fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, minkejja li huwa adatt li l-FEŻR jintuża sabiex tissaħħaħ l-Istrateġija Ewropa 2020, dan m’għandux iwassal għal tnaqqis fl-għan prinċipali tat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali. Il-konċentrazzjoni fuq dawn it-tliet objettivi tagħmilha wkoll diffiċli għall-Istati Membri u r-reġjuni li jissodisfaw bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-Artikolu 7 (il-promozzjoni tal-ugwaljanza) u l-Artikolu 8 (l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima) minħabba li l-objettivi tematiċi limitati mhumiex tajbin biżżejjed sabiex dawn jiġu indirizzati. Il-konċentrazzjoni eċċessiva tillimita wkoll l-għażliet strateġiċi li huma soġġetti għall-valutazzjoni ex-ante u tiżvaluta l-proċess ta’ valutazzjoni ex-ante. L-implimentazzjoni ta’ programmi kumplessi li jappoġġjaw żvilupp ekonomiku reġjonali li jkun sostenibbli u inklużiv tirrikjedi aktar flessibbiltà fuq il-post u hija indispensabbli sabiex tkompli tissaħħaħ il-kompetittività tar-reġjuni;

15.

itenni li hu kontra l-istabbiliment ta’ kwoti rigward l-ispejjeż għal objettivi tematiċi individwali jew miġbura flimkien. Id-differenzi konsiderevoli fil-potenzjal u fil-ħtiġijiet li jeżistu bejn ir-reġjuni kif ukoll fi ħdan il-kategoriji ta’ reġjuni stess imorru kontra l-ponderazzjoni mhux differenzjata tal-objettivi tematiċi. Il-valur miżjud tal-politika ta’ koeżjoni, li jinsab fit-tfassil tal-istrateġiji tal-iżvilupp reġjonali u territorjali speċifiċi, ser jispiċċa fix-xejn minħabba d-definizzjoni tal-kwoti tal-ispejjeż f’livell ċentrali;

16.

jinnota li l- prijoritajiet ta’ investiment proposti fl-Artikolu 5, li l-FEŻR għandu jappoġġja fil-qafas tal-objettivi tematiċi individwali, ikopru oqsma importanti mill-possibbiltajiet ta’ appoġġ tal-Fond. Madankollu, mhux ċar għaliex f’dawn il-prijoritajiet ta’ investiment il-Kummissjoni Ewropea ma tinkludix ċerti investimenti li jidher ċar li jappoġġjaw l-Istrateġija Ewropa 2020, bħal ngħidu aħna t-trasferiment tal-flussi tat-trasport;

17.

jilqa’ l-fatt li tingħata prijorità lill-investiment fil-bidla lejn “ekonomija li għandha emissjonijiet ta’ karbonju baxxi”, u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan huwa importanti għall-ġejjieni tal-Ewropa. Madankollu, il-Kumitat iħoss li l-perċentwal tal-fondi tal-FEŻR li għandhom jiġu ddedikati għal dan il-għan, kif propost mill-Kummissjoni, għandu jiġi stabbilit fil-kuntratt ta’ sħubija ffirmat bejn il-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, għax permezz ta’ dan, il-perċentwal tal-fondi tal-FEŻR allokat ikun jista’ jiġi adattat b’mod adegwat għal Stati Membri u reġjuni differenti;

18.

f’dan ir-rigward jinnota li hemm bżonn isir xi ħaġa rigward il-prijoritajiet ta’ investiment taħt l-objettiv tematiku “it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs”. Fid-dawl tal-importanza ta’ dan l-objettiv għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa u minħabba l-firxa wiesgħa ta’ possibbiltajiet promettenti ta’ appoġġ, hawnhekk jeħtieġ li l-prijoritajiet ta’ investiment jiġu estiżi b’mod sostanzjali. Fil-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni, għandha tingħata importanza kbira lill-promozzjoni ta’ investimenti produttivi li jikkontribwixxu, b’rabta mal-istabbiliment, l-estensjoni jew id-diversifikazzjoni tal-kumpaniji jew mal-bidla fundamentali fil-proċessi tat-tħejjija ta’ prodotti jew servizzi, biex jinħolqu u jinżammu impjiegi fit-tul. Dawn l-investimenti fl-intrapriżi huma meħtieġa sabiex tkun tista’ tirnexxi l-bidla strutturali fl-Ewropa u sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-tkabbir u l-impjiegi. Jekk fil-każ tal-investimenti fil-kumpaniji l-għajnuna mill-FEŻR tiġi limitata għall-investimenti marbutin mat-twaqqif ta’ kumpaniji ġodda, kif jidher li l-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tagħmel, dan ma jissodisfax il-ħtiġijiet ta’ żvilupp fir-reġjuni u fl-Ewropa;

19.

jitlob ukoll li l-promozzjoni tal-investimenti fl-infrastruttura ekonomika, fl-iżvilupp tal-infrastruttura turistika, fl-iżvilupp tal-infrastruttura għat-taħriġ vokazzjonali u t-taħriġ avvanzat u fl-inkubaturi tan-negozju fir-reġjuni kollha għandha tkun waħda mill-prijoritajiet ta’ investiment tal-FEŻR li jistgħu jingħataw attenzjoni speċjali fil-konċentrazzjoni tematika li ser issir matul it-tfassil tal-programmi operazzjonali;

20.

għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel il-kontenut u l-ambitu tal-prijoritajiet ta’ investiment individwali aktar flessibbli fil-kuntest ta’ djalogu mal-Istati Membri u r-reġjuni fuq il-bażi ta’ każ b’każ. Mill-banda l-oħra, ma jridx ikun hemm prijoritajiet singoli tal-FEŻR għal kull Stat Membru iżda kull programm operazzjonali għandu jkun kapaċi jagħti prijorità lil dawk rilevanti;

Indikaturi għall-appoġġ mill-FEŻR fir-rigward tal-objettiv “Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir u l-impjiegi” (Artikolu 6)

21.

jilqa’ l- indikaturi komuni ppreżentati fl- sabiex jitkejlu r-riżultati tal-appoġġ mill-FEŻR fir-rigward tal-objettiv “Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir u l-impjiegi”. Però f’każijiet partikolari għad hemm bżonn ta’ titjib. Pereżempju, huwa diffiċli li jingħadd in-numru ta’ prodotti ġodda li jitpoġġew fis-suq b’riżultat tal-proġetti ta’ riċerka u żvilupp, u dan jieħu ħafna żmien biex isir. Barra minn hekk, dan l-indikatur, bħall-indikatur tat-“tnaqqis fit-tnixxija stmat min-netwerk ta’ distribuzzjoni tal-ilma”, ftit li xejn hu adatt biex tiġi evalwata l-prestazzjoni madwar l-Ewropa kollha;

22.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ diskussjoni fi sħubija mal-Istati Membri u r-reġjuni biex terġa’ teżamina u, jekk ikun hemm bżonn, tissemplifika t-43 indikatur komuni fid-dawl tal-validità, iċ-ċarezza u fuq kollox il-fattibbiltà tagħhom. Kull programm operazzjonali għandu jkun kapaċi jagħżel dawk l-indikaturi li huma xierqa għall-prijoritajiet tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-insuffiċjenza tar-riżultati li għalihom mhumiex direttament responsabbli;

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trattament ta’ karatteristiċi territorjali partikolari (Artikoli 7-11)

23.

jilqa’ l-fatt li l-FEŻR għandu jkun jista’ jappoġġja wkoll, fost affarijiet oħra, miżuri komprensivi ta’ żvilupp urban sostenibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi u soċjali fiż-żoni urbani. Jinnota li fil-perjodu attwali ta’ finanzjament, il-FEŻR diġà jappoġġja d-dimensjoni urbana b’mod wiesa’, u għalhekk jappoġġja wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ssaħħaħ id-dimensjoni urbana fil-perjodu ta’ finanzjament li jmiss;

24.

madankollu, huwa tal-fehma li r-riżorsi tal-FEŻR għandhom ikunu jistgħu jintużaw b’mod fundamentalment flessibbli u mingħajr ma jkun hemm preferenzi jew diskriminazzjonijiet rigward tipi partikolari ta’ żoni, biex jiġi evitat r-riskju li ż-żoni rurali jew periurbani u funzjonali jiġu esklużi milli jibbenefikaw mill-FEŻR. Id-deċiżjoni dwar fuq liema tipi differenti ta’ żoni ser jiġu ffokati r-riżorsi tal-FEŻR għandha tittieħed fil-qafas tal-proċess ta’ programmazzjoni li għandu jitwettaq fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

jissuġġerixxi li tiġi żgurata rabta aħjar bejn l-Orizzont 2020 u l-fondi strutturali billi jkun hemm interfaċċji u punti ta’ konnessjoni fiż-żewġ programmi. S’issa mhux possibbli li l-proġetti integrati jiġu appoġġjati mill-Programm Ewropew ta’ Riċerka u l-fondi strutturali. Jekk iż-żewġ programmi jintrabtu aktar mill-qrib, dan iżid is-sinerġija u jagħti kontribut għat-tisħiħ tal-bażi ta’ għarfien fir-reġjuni kollha, u għalhekk il-komplementarjetà tal-Orizzont 2020 u l-fondi strutturali għandha tiġi riflessa b’mod adegwat ukoll fil-programmi operazzjonali u fl-istrateġiji ta’ riċerka, innovazzjoni u speċjalizzazzjoni intelliġenti;

26.

rigward l-obbligu previst fl- li l-Istati Membri jridu jippreżentaw minn qabel lista ta’ bliet fejn għandhom jiġu implimentati azzjonijiet għal żvilupp urban sostenibbli , jinnota li din il-lista għandha tkun biss ta’ natura indikattiva. Din il-lista tista’ tkun ir-riżultat ta’ diskussjoni fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti abbażi ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet miftuħa għall-bliet kollha f’kull Stat Membru. Fil-prinċipju, l-iżvilupp urban sostenibbli għandu jkun miftuħ għall-bliet kollha, inklużi dawk żgħar u medji, fil-kuntest tal-programm fiż-żona rispettiva tagħhom. Ir-reġjuni għandhom ikunu jistgħu jappoġġjaw b’mod flessibbli l-ħtieġa reġjonali u lokali abbażi tal-programmi operazzjonali u l-qafas finanzjarju tagħhom;

27.

jinnota li l-parti mir-riżorsi tal-FEŻR allokata għall-appoġġ tal-iżvilupp urban sostenibbli u l-iżvilupp lokali b’mod ġenerali fi Stat Membru għandha tirriżulta mill-ippjanar tal-programmi operazzjonali. Però, fl-istess ħin josserva li kull Stat Membru jista’ jibqa’ jżomm il-kapaċità li, jekk ikun hemm bżonn, iżid din il-kwota sabiex jibqa’ possibbli wkoll li fil-programmi operazzjonali tintuża firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp urban sostenibbli. Meta jidher li jkun meħtieġ fir-rigward tal-ispeċifiċitajiet ġeografiċi lokali, dan għandu jkun jista’ jintrabat mal-ħolqien ta’ sħubija mat-territorji periurbani, rurali u funzjonali ġirien kif ukoll, jekk jagħti l-każ, mal-ippjanar strateġiku integrat lil hinn mil-livell komunali. L-Istati Membri u r-reġjuni jeħtieġu l-flessibbiltà neċessarja sabiex matul il-perjodu ta’ finanzjament jimplimentaw dawn il-miżuri skont il-ħtiġijiet reġjonali u tal-politika strutturali tagħhom u biex jagħżlu l-proġetti abbażi tal-kwalità tagħhom;

28.

jenfasizza li d-delegazzjoni tal-kompiti lill-bliet fil-qafas tal-istrument “Investimenti Territorjali Integrati” kif definit fl-Artikolu 99 tar-Regolament Ġenerali għandha tiġi proposta bħala għażla fakultattiva. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet istituzzjonali u tekniċi tagħhom, għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu huma stess jekk jassumux il-kompiti u sa liema punt;

29.

rigward il- Pjattaforma għall-iżvilupp urban proposta fl-, jenfasizza l-ħidma li saret s’issa bil-programm URBACT li jiffoka b’mod partikolari fuq l-iskambju tal-esperjenzi marbutin mal-kunċetti ta’ żvilupp urban fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiġġustifika l-valur miżjud ta’ pjattaforma ġdida bil-mod li qed tipproponi l-Kummissjoni, tevita x-xogħol doppju bejn il-pjattaforma u l-URBACT, u tkun aktar speċifika dwar il-futur tal-programm URBACT fil-perjodu ġdid ta’ programmazzjoni;

30.

joffri li jikkollabora u jwettaq azzjonijiet konġunti (konferenzi konġunti annwali) mal-Kummissjoni Ewropea sabiex isir djalogu politiku aktar b’saħħtu dwar il-kunċetti ta’ żvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni bejn it-territorji urbani u rurali fl-Ewropa, għaliex jemmen li l-Kumitat tar-Reġjuni stess għandu kompitu importanti f’dan il-kuntest;

31.

jilqa’ l-appoġġ propost fl- tal-proposta għal Regolament li għandu jingħata għall- Azzjonijiet Innovattivi fil-qasam tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli , u jqis li din hi opportunità biex jiġu appoġġjati l-proġetti innovattivi mingħajr ma jinħoloq piż amministrattiv minħabba dan l-appoġġ speċjali fuq ir-reġjuni responsabbli għall-appoġġ regolari. Jilqa’ wkoll il-fatt li l-kunċett tal-innovazzjoni mhux limitat għat-teknoloġija biss iżda jinkludi l-innovazzjoni soċjali. Barra minn hekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jappella biex ir-reġjuni wkoll jingħataw l-għażla li jipprovaw approċċi innovattivi ta’ appoġġ, anke fil-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, fi ħdan il-programmi operazzjonali;

32.

rigward dak li jintqal fl- tal-proposta għal Regolament dwar iż- żoni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi , jitlob li fil-programmi operazzjonali l-isfidi tal-bidla demografika jitqiesu aktar milli hu previst fl-Artikolu 111 tal-abbozz tar-Regolament Ġenerali b’rabta mal-adattament tar-rati ta’ kofinanzjament. Minħabba t-tnaqqis fil-popolazzjoni, l-emigrazzjoni taż-żgħażagħ bi kwalifiki għoljin u t-tixjiħ dejjem jiżdied tal-popolazzjoni, l-iżvilupp demografiku jirrappreżenta żvantaġġ gravi u permanenti li, skont l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jingħata attenzjoni partikolari fil-politika ta’ koeżjoni. Dan għandu jiġi kkunsidrat fl-użi possibbli tal-FEŻR. Il-konċentrazzjoni tematika u l-prijoritajiet ta’ investiment għandhom iħallu biżżejjed flessibbiltà biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati u applikati approċċi innovattivi;

33.

jappoġġja l-proposti li jsiru fl- għar- reġjuni l-aktar imbiegħda u jemmen li huma bażi tajba sabiex jiġu appoġġjati aktar dawn ir-reġjuni; huwa tal-fehma li għandu jiġi garantit livell adegwat ta’ finanzjamenti allokati lir-reġjuni ultraperiferiċi u li għandu jkun hemm aktar flessibbiltà fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika;

Dispożizzjonijiet finali (Artikoli 12-17)

34.

rigward l- eżerċitar tad-delega hekk kif previst fl- tal-proposta għal Regolament, ifakkar fit-tħassib fundamentali rigward l-użu tal-atti delegati. B’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, id-delega għandha ssir biss għal ċerti elementi mhux essenzjali, u l-objettivi, il-kontenut, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata tad-delega għandhom jiġu definiti espressament;

Evalwazzjoni fid-dawl tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

35.

huwa tal-fehma li l-abbozz ta’ Regolament imfassal mill-Kummissjoni Ewropea jirrestrinġi wisq l-ambitu tal-appoġġ li jista’ jingħata mill-FEŻR, u lill-Istati Membri u r-reġjuni ma jagħtihomx il-flessibbiltà meħtieġa mil-lat reġjonali u strutturali sabiex jissodisfaw l-għanijiet tat-Trattat u l-Istrateġija Ewropa 2020 permezz ta’ azzjonijiet territorjali adatti. B’hekk jiġu limitati l-possibbiltajiet li l-appoġġ mill-FEŻR jintuża biex jitnedew strateġiji ta’ żvilupp territorjali integrati, li jqisu l-punti qawwijin u l-ħtiġijiet territorjali u b’hekk jagħtu kontribut essenzjali sabiex jiżdiedu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi;

36.

huwa tal-fehma li n-negozjati attwali għandhom jikkunsidraw aktar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità sabiex l-appoġġ mill-FEŻR ma jkunx ċentralizzat, regolat iżżejjed u ċarament aktar burokratiku. Jekk jiġri hekk, dan ikun ta’ ħsara għall-aċċettazzjoni u l-immaġni tal-politika ta’ koeżjoni Ewropea fost iċ-ċittadini u l-intrapriżi fir-reġjuni;

37.

għalhekk jemmen li hemm bżonn ta’ titjib konsiderevoli f’dan ir-rigward u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tirrivedi l-abbozz ta’ Regolament fid-dawl ta’ dan;

38.

joffri lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkompli jipprovdi l-għarfien espert tal-awtoritajiet lokali u reġjonali matul dan il-proċess ta’ negozjati.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 2

Żid il-paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara punt 4.

Meta ssir referenza għal artikolu tat-Trattat, għandu jiġi kkwotat l-artikolu kollu u mhux partijiet minnu biss.

Emenda 2

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F’reġjuni aktar żviluppati l-FEŻR m’għandux jgħin investimenti f’infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini fl-oqsma tal-ambjent, it-trasport u l-ICT.

’reġjuni aktar żviluppati investimenti f’infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini fl-oqsma tal-ambjent, it-trasport u l-ICT.

Raġuni

Ara punt 6.

Emenda 3

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

l-investiment produttiv li jikkontribwixxi għall-ħolqien u s-salvagwardja ta’ impjiegi sostenibbli, permezz ta’ għajnuna diretta għall-investiment f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);

(a)

l-investiment produttiv li jikkontribwixxi għall-ħolqien u s-salvagwardja ta’ impjiegi sostenibbli, permezz ta’ għajnuna diretta għall-investiment f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);

Raġuni

Ara punt 8.

Emenda 4

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

l-investimenti fl-infrastruttura soċjali tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

(c)

l-investimenti fl-infrastruttura soċjali tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

Emenda 5

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(d) (i)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

d)

l-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu billi jkun megħjun l-iżvilupp reġjonali u lokali, u r-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

i)

investiment fiss f’tagħmir u infrastruttura fuq skala żgħira;

d)

l-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu billi jkun megħjun l-iżvilupp reġjonali u lokali, u r-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

i)

investiment fiss f’tagħmir u infrastruttura ;

Raġuni

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 9 tal-opinjoni. Il-limitazzjoni tal-appoġġ possibbli tal-FEŻR għall-investiment f’tagħmir u infrastruttura għal investimenti “fuq skala żgħira” mhijiex konsistenti mal-ħtiġijiet ta’ żvilupp tar-reġjuni f’oqsma differenti. Eżempju ta’ dan huwa l-kuntradizzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a), dwar iż-żieda fl-infrastruttura tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex tiġi żviluppata l-eċċellenza tar-R&I.

Emenda 6

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

iii)

għajnuna lir-riċerka pubblika u entitajiet innovattivi, u investiment fit-teknoloġija u r-riċerka applikata fl-impriżi;

iii)

għajnuna lir-riċerka u entitajiet innovattivi, u investiment fit-teknoloġija u r-riċerka applikata fl-impriżi kif ukoll operazzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa minn korpi tar-riċerka pubbliċi fi sħubija ma’ impriżi privati;

Raġuni

Ara punt 10.

Emenda 7

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

iv)

netwerking, kooperazzjoni u qsim ta’ esperjenzi bejn reġjuni, bliet, u l-protagonisti soċjali, ekonomiċi u ambjentali relevanti;

iv)

netwerking, kooperazzjoni u qsim ta’ esperjenzi bejn reġjuni, bliet, u l-protagonisti soċjali, ekonomiċi u ambjentali relevanti ;

Raġuni

Ara punt 11.

Emenda 8

Artikolu 4

Ibdel it-test

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] u prijoritajiet korrispondenti għall-investiment stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, għal liema l-FEŻR jista’ jikkontribwixxi għandhom ikunu miġbura hekk:

(a)

F’reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta’ tranżizzjoni:

i)

mill-inqas 80 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettivi tematiċi stabbiliti f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]; kif ukoll

ii)

mill-inqas 20 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit f’punt 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR];

(b)

f’reġjuni anqas żviluppati:

i)

mill-inqas 50 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettivi tematiċi stabbiliti f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR];

ii)

mill-inqas 6 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit f’punt 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

B’deroga minn punt (a) (i), f’dawk ir-reġjuni li l-PGD per capita tagħhom għall-perjodu 2007-13 kien ta’ anqas minn 75 % tal-PGD medju tal-UE-25 fil-perjodu ta’ referenza, imma li huma eliġibbli taħt il-kategorija ta’ tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati kif definit fl-Artikolu 82(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] fil-perjodu 2014-2020, mill-inqas 60 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom ikunu allokati għal kull objettiv tematiku stabbilit f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

L-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] u prijoritajiet korrispondenti għall-investiment stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, għal liema l-FEŻR jista’ jikkontribwixxi għandhom ikunu miġbura hekk:

(a)

F’reġjuni aktar żviluppati :

i)

mill-inqas mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettivi tematiċi stabbiliti f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]; kif ukoll

ii)

mill-inqas mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit f’punt 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

(b)

f’reġjuni anqas żviluppati :

i)

mill-inqas 50 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettivi tematiċi stabbiliti f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR];

ii)

mill-inqas 6 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit f’punt 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

B’deroga minn punt (a) (i), f’dawk ir-reġjuni li l-PGD per capita tagħhom għall-perjodu 2007-13 kien ta’ anqas minn 75 % tal-PGD medju tal-UE-25 fil-perjodu ta’ referenza, imma li huma eliġibbli taħt il-kategorija ta’ tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati kif definit fl-Artikolu 82(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] fil-perjodu 2014-2020, mill-inqas mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom ikunu allokati għal kull objettiv tematiku stabbilit f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

Raġuni

Ara punti 12-15.

Emenda 9

Artikolu 5

Żid il-paragrafu 4(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

c)

Raġuni

Ara punt 18.

Emenda 10

Artikolu 5(3) u 5(4)

Ibdel it-test

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5(3)

it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs:

5(4)

b) (b)

il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fl-SMEs;

5(3)

it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs:

5(4)

b)

il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fl-SMEs;

Raġuni

Artikolu 5(3): fil-kuntest tal-politika reġjonali, l-enfasi tal-isforzi biex tittejjeb il-kompetittività ekonomika titpoġġa fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. Madankollu, kumpaniji akbar jaqdu rwol strutturali importanti, pereżempju bħala msieħba fl-iżvilupp ta’ clusters industrijali. B’konformità mal-inizjattiva ewlenija “Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni”, fil-prinċipju l-possibbiltà li jiġu appoġġjati kumpaniji akbar għandha tinżamm, iżda l-enfasi għandha tkompli titpoġġa fuq l-SMEs.

Artikolu 5(3)(d): il-proġetti tal-infrastruttura ekonomika huma attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku reġjonali li huma marbutin b’mod dirett mal-ħolqien u l-iżvilupp tan-negozji. L-infrastruttura moderna tappoġġja l-prestazzjoni tan-negozju u hija fattur importanti li jaffettwa kemm lokazzjoni tkun attraenti mil-lat ekonomiku.

Artikolu 5(4)(b): ir-Regolament dwar il-FEŻR għandu jipprovdi prospetti realistiċi għall-miżuri ta’ promozzjoni tal-klima u l-protezzjoni ambjentali fl-interess tal-iżvilupp sostenibbli. Jidher li l-enfasi oriġinali esklużivament fuq l-SMEs hija dejqa wisq sabiex jintlaħaq bis-sħiħ dan l-objettiv.

Emenda 11

Artikolu 6

Ibdel it-test tal-paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Indikaturi komuni kif stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jintużaw fejn relevanti u skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]. Għall-indikaturi komuni, il-linji ta’ bażi għandhom jibdew minn żero u l-miri kumulattivi għandhom jintlaħqu fl-2022.

1.   Indikaturi komuni kif fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jintużaw fejn relevanti u skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]. Għall-indikaturi komuni, il-linji ta’ bażi għandhom jibdew minn żero u l-miri kumulattivi għandhom jintlaħqu fl-2022.

Raġuni

Ara punti 21-22.

Ir-reġjuni jaqdu rwol importanti fid-definizzjoni tal-indikaturi, kif inhu enfasizzat f’punt 22 tal-opinjoni. Għalhekk, aħna nħossu li Emenda 11 għandha tinkludi referenza għar-reġjuni.

Emenda 12

Artikolu 7

Ibdel it-test tal-paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-Kuntratt ta’ Sħubija lista ta’ bliet fejn għandhom ikunu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-allokazzjoni annwali indikattiva għal dawn l-azzjonijiet fuq livell nazzjonali.

Mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fuq livell nazzjonali għandhom ikunu attribwiti għal azzjonijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli, delegati lill-bliet biex ikunu ġestiti permezz ta’ Investimenti Territorjali Integrati, kif imsemmi fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

2.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-Kuntratt ta’ Sħubija lista ta’ bliet fejn għandhom ikunu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-allokazzjoni annwali indikattiva għal dawn l-azzjonijiet fuq livell nazzjonali.

Raġuni

Ara punti 26-28.

L-emenda takkomoda l-proposta tal-Kummissjoni li mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fuq livell nazzjonali għandhom ikunu attribwiti għall-iżvilupp urban sostenibbli, mingħajr ma jiġi determinat minn qabel liema strument għandu jintuża għal dan.

Emenda 13

Artikolu 8

Ibdel it-test tal-paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] għandha tistabbilixxi pjattaforma għall-iżvilupp urban sabiex tippromwovi l-bini ta’ kapaċità u netwerking bejn l-ibliet, kif ukoll il-qsim tal-esperjenza dwar il-politika urbana fuq livell ta’ Unjoni f’żoni relatati mal-prijoritajiet ta’ investiment tal-FEŻR, u għall-izvilupp urban sostenibbli.

2.   Il-Kummissjoni, għandha tadotta lista ta’ bliet li għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma fuq il-bażi ta’ listi stabbiliti fil-Kuntratti ta’ Sħubija permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni referita fl-Artikolu 14(2).

Il-lista għandu jkollha numru massimu ta’ 300 belt, bin-numru massimu ta’ 20 għal kull Stat Membru. Il-bliet għandhom ikunu magħżula fuq dawn il-kriterji:

a.

il-popolazzjoni, għandha tittieħed inkonsiderazzjoni l-ispeċifiċità tas-sistemi urbani nazzjonali;

b.

l-eżistenza ta’ strateġija għal azzjonijiet integrati li jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani.

3.   Il-pjattaforma għandha wkoll issostni netwerking bejn il-bliet kollha li jieħdu azzjonijiet innovattivi fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

1.   Il-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] għandha pjattaforma għall-iżvilupp urban sabiex tippromwovi l-bini ta’ kapaċità u netwerkingl-qsim tal-esperjenza dwar il-politika urbana fuq livell ta’ Unjoni f’żoni relatati mal-prijoritajiet ta’ investiment tal-FEŻR, u għall-izvilupp urban sostenibbli.

   

3.   Il-pjattaforma għandha wkoll issostni netwerking bejn il-bliet kollha li jieħdu azzjonijiet innovattivi fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

Raġuni

Ara punti 29 u 30.

Tibdil fl-emenda proposta: m’hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jiġi limitat l-kamp ta’ applikazzjoni tan-netwerks u l-qsim tal-esperjenza bejn il-bliet. Il-programm URBACT ser jibqa’ importanti ħafna għall-bliet li mhumiex involuti fil-pjattaforma, iżda jista’ jsir ukoll programm għall-espansjoni tal-kooperazzjoni bejn il-bliet kemm fi ħdan il-pjattaforma kif ukoll lil hinn minnha.

Emenda 14

Artikolu 9

Ibdel it-test

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Azzjonijiet Innovattivi fil-qasam tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni l-FEŻR jista’ jappoġġja azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, suġġetti għall-massimu ta’ 0,2 % mit-total annwali tal-allokazzjoni tal-FEŻR. Dawn jistgħu jinkludu studji u proġetti pilota sabiex jidentifikaw jew jittestjaw soluzzjonijiet ġodda li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, li huma ta’ relevanza fuq livell ta’ Unjoni.

Azzjonijiet Innovattivi fil-qasam tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni l-FEŻR jista’ jappoġġja azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, suġġetti għall-massimu ta’ 0,2 % mit-total annwali tal-allokazzjoni tal-FEŻR. Dawn jistgħu jinkludu studji u proġetti pilota sabiex jidentifikaw jew jittestjaw soluzzjonijiet ġodda li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, li huma ta’ relevanza fuq livell ta’ Unjoni.

Raġuni

L-iżvilupp urban sostenibbli jista’ jinkiseb biss fil-qafas ta’ sħubijiet qawwijin bejn il-bliet u ż-żoni rurali u periurbani ġirien. Huwa importanti li l-azzjonijiet innovattivi implimentati jkunu kapaċi jippromovu r-relazzjonijiet bejn il-bliet u l-kampanja u jinkorporaw lill-partijiet interessati lokali f’żoni periurbani bħala msieħba.

Emenda 15

Artikolu 9

Żid punt 4 ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

2.   

Raġuni

Ara punt 31.

Għandhom jiġu kkunsidrati l-oqfsa istituzzjonali differenti tal-Istati Membri. Għandu jiġi nnotat li xi Stati Membri għandhom sistema muniċipali b’livell wieħed.

Emenda 16

Artikolu 10

Ibdel it-test

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-programmi operazzjonali kkofinanzjati mill-FEŻR li jkopru nħawi bi żvantaġġi ħorox u permanenti, naturali jew demografiċi, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 111(4) b) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex ikunu indirizzati d-diffikultajiet speċifiċi ta’ dawn l-inħawi.

Il-programmi operazzjonali kkofinanzjati mill-FEŻR li jkopru nħawi bi żvantaġġi ħorox u permanenti, naturali jew demografiċi, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 111(4) b) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex ikunu indirizzati d-diffikultajiet speċifiċi ta’ dawn l-inħawi.

Raġuni

Ara punt 32.

Emenda 17

Artikolu 13

Żid it-test tal-paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Raġuni

Ara punt 34.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 4/2012.

(2)  CdR 210/2009 fin (EN) SD/HB/as.