|
23.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/173 |
P7_TA(2012)0475
Il-protezzjoni tal-privattiva unitarja *
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (COM(2011)0216 – C7-0145/2011 – 2011/0094(CNS))
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2015/C 434/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0216), |
|
— |
wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0145/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kungress ta' Deputati tal-Ispanja u s-Senat Spanjol u mill-Kamra tad-Deputati tal-Italja li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0002/2012), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan ir-Regolament jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja awtorizzata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni. |
1. Dan ir-Regolament jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja awtorizzata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni. Jirregola l-arranġamenti għat-traduzzjoni applikabbli għall-privattivi Ewropej sakemm ikollhom effett unitarju. |
|
|
1a. Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għar-regoli li jirregolaw il-lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 342 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1/1958. |
|
|
1b. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-reġim lingwistiku tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u m’għandux jitqies bħala li joħloq reġim lingwistiku speċifiku għall-Unjoni, jew li joħloq preċedent għal reġim limitat ta’ lingwi fi kwalunkwe strument legali fil-futur tal-Unjoni. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Ladarba jkunu disponibbli, it-traduzzjonijiet awtomatiċi ta' applikazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tal-privattivi fil-lingwi kollha tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandhom ikunu disponibbli online u għandhom ikunu bla ħlas wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal privattiva u tal-privattiva mogħtija. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2b. Wara li jintemm il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 6 u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (EU) Nru […/2012] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja, l-Istati Membri parteċipanti, skont l-Artikolu 143 tal-KEP, għandhom jagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi l-kompitu li jippubblika traduzzjoni sħiħa addizzjonali tal-ispeċifikazzjoni bl-Ingliż, jekk tali traduzzjoni addizzjonali tkun ġiet ipprovduta b'mod volontarju mill-applikant. Din it-traduzzjoni m'għandhiex issir b'mezzi awtomatiċi. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta' tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi, fuq it-talba u l-għażla ta’ persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikun seħħ l-allegat ksur jew fejn tkun domiċiljata l-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur. |
1. Fil-każ ta' tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi, fuq it-talba u l-għażla ta’ persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikun seħħ l-allegat ksur jew fejn tkun domiċiljata l-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur. Din it-traduzzjoni m'għandhiex issir b'mezzi awtomatiċi. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fil-każ ta’ tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi, matul il-proċeduri legali, fuq it-talba tal-qorti kompetenti fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti għal tilwim li jikkonċerna l-privattivi Ewropej b'effett unitarju, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva fil-lingwa tal-proċeduri ta' dik il-qorti. |
2. Fil-każ ta’ tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi, matul il-proċeduri legali, fuq it-talba tal-qorti kompetenti fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti għal tilwim li jikkonċerna l-privattivi Ewropej b'effett unitarju, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva fil-lingwa tal-proċeduri ta' dik il-qorti. Din it-traduzzjoni m'għandhiex issir b'mezzi awtomatiċi. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Fil-każ ta’ tilwima li tikkonċerna talba għal ħsarat, il-qorti li qed tisma' t-tilwima għandha tqis li l-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur setgħet aġixxiet mingħajr ma kienet taf jew mingħajr ma kellha raġunijiet raġonevoli sabiex tkun taf li qed tikser il-privattiva qabel ma ġiet ipprovduta bit-traduzzjoni msemmija fil-paragrafu 1. |
4. Fil-każ ta’ tilwima li tikkonċerna talba għal ħsarat, il-qorti li qed tisma' t-tilwima għandha tqis jekk, b' mod partikolari, f'każ ta' impriża ta' daqs żgħir jew medju, persuna fiżika, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, università jew organizzazzjoni ta' riċerka pubblika, il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur aġixxietx mingħajr ma kienet taf jew mingħajr ma kellha raġunijiet raġonevoli sabiex tkun taf li qed tikser il-privattiva qabel ma ġiet ipprovduta bit-traduzzjoni msemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta wieħed iqis li l-applikazzjonijiet għall-privattivi Ewropej jistgħu jiġu ppreżentati f'kull lingwa taħt l-Artikolu 14(2) tal-KEP, skont l- Artikolu 12 tar-Regolament xx/xx [dispożizzjonijiet sostantivi] , l-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-KEP, il-kompitu tal-amministrazzjoni għal skema ta' kumpens ta' rimborż għall-ispejjeż tat-traduzzjoni sa limitu, mit-tariffi msemmija fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament, għall-applikanti li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-privattivi fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li mhijiex lingwa uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. |
1. Meta wieħed iqis li l-applikazzjonijiet għall-privattivi Ewropej jistgħu jiġu ppreżentati f'kull lingwa taħt l-Artikolu 14(2) tal-KEP, skont l- Artikolu 9 tar-Regolament ( EU) Nru […/2012] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja , l-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-KEP, il-kompitu tal-amministrazzjoni għal skema ta' kumpens ta' rimborż għall-ispejjeż tat-traduzzjoni sa limitu, mit-tariffi msemmija fl- Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament, għall-applikanti li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-privattivi fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li mhijiex lingwa uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. |
|
|
1a. L-iskema ta' kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun iffinanzjata permezz tat-tariffi msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (EU) Nru […/2012] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja u għandha tkun disponibbli biss għall-impriżi ta' daqs żgħir u medju, il-persuni fiżiċi u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka pubblika li r-residenza jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom jkunu fi Stat Membru tal-Unjoni. |
|
|
1b. L-iskema ta' kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura rimborż sħiħ tal-ispejjeż tat-traduzzjoni sa limitu massimu stabbilit b'tali mod li jirrifletti l-prezz medju tas-suq għat-traduzzjonijiet u biex jiġi evitat l-abbuż. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Dawn it-traduzzjonijiet m'għandhomx isiru b'mezzi awtomatiċi. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Għandu japplika minn [data speċifika se tiġi stipulata u se tikkoinċida mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament xx/xx dwar l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja] . |
2. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 jew mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar Qorti tal-Privattivi Unitarji, skont liema data tkun l-aħħar . |