|
7.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 68/112 |
It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
Reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju ***I
P7_TA(2012)0383
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (COM(2011)0704 – C7-0395/2011 – 2011/0310(COD))
2014/C 68 E/25
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0704), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0395/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0231/2012), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
P7_TC1-COD(2011)0310
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2012 bil-ħsieb li jiġi adottat tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (2) jitlob li tali oġġetti jsirilhom kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Unjoni jew ikunu fi transitu fiha, jew jitwasslu lejn pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta' senserija pprovduti minn sensar residenti jew stabbilit fl-Unjoni. |
|
(2) |
Sabiex l-Istati Membri u l-Unjoni jkunu jistgħu jħarsu l-impenji internazzjonali tagħhom, l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistabbilixxi l-lista komuni ta' oġġetti b'użu doppju li jsirulhom kontrolli fl-Unjoni (lista tal-Unjoni). Id-deċiżjonijiet dwar l-oġġetti jittieħdu fi ħdan il-qafas tal-Grupp Awstralja, is-Sistema ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili, il-Grupp ta' Fornituri Nukleari, l-Arranġament ta' Wassenaar u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
|
(3) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistipula li l-Anness I għandu jiġi aġġornat b’konformità mal-obbligi u l-impenji rilevanti, u kull modifika tagħhom, li l-Istati Membri aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni u l-arranġamenti għall-kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti. |
|
(4) |
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi aġġornat regolarment sabiex jiżgura l-konformità sħiħa mal-obbligi tas-sigurtà internazzjonali, biex jiggarantixxi t-trasparenza, u jżomm il-kompetittività tal-esportaturi. Id-dewmien fir-rigward tal-aġġornament tal-lista tal-Unjoni jista' jkollu effetti negattivi fuq is-sigurtà u fuq l-isforzi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni, kif ukoll fuq il-prestazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi mill-esportaturi fl-Unjoni. Fl-istess ħin, in-natura teknika tal-emendi u l-fatt li dawn il-bidliet għandhom ikunu f' konformita' mad-deċiżjonijiet meħuda fir-reġimi internazzjonali għall-kontroll tal-esportazzjoni, ifissru li għandha tiġi użata proċedura aċċellerata biex tqiegħed fis-seħħ fl-Unjoni l-aġġornamenti meħtieġa. |
|
(5) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistabbilixxi l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni bħala wieħed minn erba' tipi ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni disponibbli skont ir-Regolament. Dawn l-Awtorizzazzjonijiet jippermettu lill-esportaturi stabbiliti fl-Unjoni li jesportaw oġġetti speċifiċi lejn destinazzjonijiet speċifiċi skont kundizzjonijiet. |
|
(6) |
L-Annessi IIa sa IIf mar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistipula l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni li huma attwalment fis-seħħ. Minħabba n-natura ta' dawk l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni, jista' jkun hemm bżonn li ċerti destinazzjonijiet jew oġġetti jitneħħew minnhom, b'mod partikolari jekk ċirkostanzi li jinbidlu juru li t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ffaċilitati ma għandhomx jibqgħu jiġu awtorizzati skont għal destinazzjoni jew oġġett partikolari. Tali tneħħija ta' destinazzjoni jew oġġett ma għandhiex tipprekludi esportatur milli japplika għal tip ieħor ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 428/2009. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm aġġornamenti regolari u f’waqthom tal-lista tal-kontroll tal-Unjoni f’konformità mal-obbligi u l-impenji tal-Istati Membri fi ħdan ir-reġimi internazzjonali għall-kontroll tal-esportazzjoni, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 428/2009 fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni, matul ix-xogħol ta’ preparazzjoni tagħha, tikkonsulta b'mod xieraq, inkluż fil-livell tal-esperti. |
|
(8) |
Sabiex ikun hemm rispons mgħaġġel min-naħa tal-Unjoni għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-sensittività tal-esportazzjonijiet skont l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi IIa sa IIf mar-Regolament (KE) Nru 428/2009 fir-rigward tat-tneħħija ta' destinazzjonijiet u/jew oġġetti mill-kamp tal-applikazzjoni tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni. Minħabba li dawn l-emendi għandhom isiru biss bħala reazzjoni għal żieda fil-valutazzjoni tar-riskju tal-esportazzjonijiet rilevanti u li l-użu kontinwu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni għal dawk l-esportazzjonijiet jista' jkollu effett negattiv fuq is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni tista' tuża proċedura ta' urġenza. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill- Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament ikun debitament involut, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew. [Em. 1] |
|
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(-1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(-1a) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(-1b) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: "3. Stat Membru jista’ jestendi l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal oġġetti b’użu doppju mhux elenkati għall-użijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u għall-oġġetti b’użu doppju għall-użu finali u destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2) jew (3a).". [Em. 15] |
|
(-1c) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. Stat Membru għandu jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew konsiderazzjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem.". [Em. 16] |
|
(1) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafi li ġejjin qegħdin jiżdiedu: " Bil-għan li jiġi żgurat li tranżazzjonijiet b'riskju baxx biss ikunu koperti mill-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni deskritti fl-Annessi IIa sa IIf, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a dwar it-tneħħija ta' biex tneħħi destinazzjonijiet u oġġetti mill-kamp tal-applikazzjoni tal-Awtorizzazzjonijiet ta' dawk l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni inklużi fl-Anness II , jekk tali destinazzjonijiet isiru suġġetti għal embargo tal-armi kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) . [Em. 4/rev] Fejn, fil-każ ta' bidla sinifikanti fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-sensittività tal-esportazzjoni skont Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni inkluża fl-Annessi IIa u IIf, irid ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza għat-tneħħija ta' destinazzjonijiet u/jew oġġetti partikolari mill-kamp tal-applikazzjoni ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni, il-proċedura prevista fl-Artikolu 23b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu."; |
|
(2) |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 23a 1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(1) u fl-Artikolu 15(3) għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru …/… [dan ir-Regolament] lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … (3). Il-Kummissoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. [Em. 3] 3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 9(1) jew fl-Artikolu 15(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tavża b'dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu, it-tnejn li huma, infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġġedded b'xahrejn oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 23b 1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza. 2. Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23a(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012.
(2) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
(3) Data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda. ".