3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/248


Il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012
Esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati ***I

P7_TA(2012)0342

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati (COM(2011)0598 – C7-0305/2011 – 2011/0260(COD))

2013/C 353 E/46

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0598),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0305/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0207/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012
P7_TC1-COD(2011)0260

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

In-negozjati dwar il-Ftehimiet tas-Sħubija Ekonomika ("il-Ftehimiet") bejn:

 

L-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fis-16 ta' Diċembru 2007;

 

Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fis-17 ta' Diċembru 2007• (ir-Repubblika tal-Kamerun);

 

Il-Gana, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fit-13 ta' Diċembru 2007;

 

Il-Kosta tal-Avorju, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fis-7 ta' Diċembru 2007;

 

L-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fit-28 ta' Novembru 2007 (ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe), fl-4 ta' Diċembru 2007 (ir-Repubblika tal-Mawrizju), fil-11 ta' Diċembru 2007 (l-Unjoni tal-Komoros u r-Repubblika tal-Madagaskar) u fit-30 ta' Settembru 2008 (ir-Repubblika taż-Żambja);

 

L-Istati tal-FSE SADC, minn naħa waħda, u, l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fit-23 ta' Novembru 2007 (ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika tal-Możambik) u fit-3 ta' Diċembru 2007 (ir-Repubblika tan-Namibja);

 

L-Istati Msieħba tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fis-27 ta' Novembru 2007;

 

L-Istati Paċifiċi, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fit-23 ta' Novembru 2007.

(2)

Il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehimiet minn Antigwa u Barbuda, il-Commonwealth tal-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Burundi, ir-Repubblika tal-Kamerun, l-Unjoni tal-Komoros, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju, il-Commonwealth ta' Dominika, ir-Repubblika Dominikana, ir-Repubblika tal-Gżejjer tal-Fiġi, ir-Repubblika tal-Gana, il-Grenada, ir-Repubblika Koperattiva tal-Guyana, ir-Repubblika ta' Ħaiti, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika tan-Namibja, l-Istat Indipendenti tal-Papwa Ginea Ġdida, ir-Repubblika tar-Rwanda, il-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, Saint Vincent u l-Grenadini, ir-Repubblika tas-Seychelles, ir-Repubblika ta' Surinam, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika tal-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja (2) u r-Repubblika taż-Żimbabwe ppermettiet l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim[iet] li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim[iet] ta' Sħubija Ekonomika (3).

(3)

Ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Burundi, ir-Repubblika tal-Kamerun, l-Unjoni tal-Komoros, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika tal-Gżejjer tal-Fiġi, ir-Repubblika tal-Gana, ir-Repubblika ta' Ħaiti, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tar-Rwanda, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika tal-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja, u r-Repubblika taż-Żimbabwe ma ħadux il-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-ftehimiet rispettivi tagħhom,

(4)

Konsegwentement, fid-dawl tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u partikolarment fil-punt (b) tiegħu, l-Anness I ta' dak ir-Regolament għandu jiġi emendat biex jitneħħew dawk il-pajjiżi,

(5)

Sabiex ikun żgurat li l-imsieħba jerġgħu jiddaħħlu immedjatament fl-Anness I ta' dak ir-Regolament appena jkunu ħadu l-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-Ftehimiet rispettivi tagħhom, u sakemm dawn jiddaħħlu fis-seħħ, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni Ewropea hekk li jkunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu l-pajjiżi mneħħija mill-Anness I permezz ta' dan ir-Regolament. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni Ewropea, matul ix-xogħol ta’ preparazzjoni tagħha, tikkonsulta b'mod xieraq, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni Ewropea, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja u fil-pront, kif ukoll xierqa, tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti ddelegati. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-esperti tal-Parlament biex jattendu dawk il-laqgħat, [Em. 1]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 2a

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 2b biex temenda l-Anness I billi jerġgħu jiddaħħlu dawk ir-reġjuni jew stati mill-Grupp tal-Istati tal-AKP li kienu tneħħew minn dak l-Anness permezz tar-Regolament (UE) Nru …/… (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u li minn dak iż-żmien ħadu l-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-Ftehimiet rispettivi tagħhom wara li jkunu tneħħew mill-Anness I.

Artikolu 2b

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal pejodu ta' żmien mhux definit mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. ħames snin minn …  (6). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 2]

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 2a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ittemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Id-deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tavża b'dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jinfurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn b'erba' xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 3]

(2)

L-Anness I jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fl-1 ta’ Jannar 2014 mill-1 ta’ Jannar 2016 . [Em. 4]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012.

(2)  ĠU L 330, 9.12.2008, p. 1

(3)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(4)  

+

Numru ta' dan ir-Regolament.

(5)  ĠU L …,…, p. … ."

(6)  

+

Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012
ANNESS

"ANNESS I

Lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati fit-tifsira tal-Artikolu 2(2):

 

ANTIGWA U BARBUDA

 

IL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS

 

IL-BARBADOS

 

IL-BELIŻE

 

IL-COMMONWEALTH TA' DOMINIKA

 

IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

 

IL-GRENADA

 

IR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA

 

IL-ĠAMAJKA

 

IR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR

 

IR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU

 

L-ISTAT INDIPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA

 

IL-FEDERAZZJONI TA’ SAN KITTS U NEVIS

 

SANTA LUĊIJA

 

SAINT VINCENT U L-GRENADINI

 

IR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES

 

IR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM

 

IR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO."