3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/202


L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
L-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra ***I

P7_TA(2012)0328

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (COM(2011)0906 – C7-0524/2011 – 2011/0445(COD)) (1)

2013/C 353 E/38

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari):

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 3

(3)

Sabiex ikunu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 774/94, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-aġġustamenti għal dak ir-Regolament, fil-każ li jiġu aġġustati l-volumi u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti tal-kwota, b'mod partikolari b'deċiżjoni li tapprova ftehim ma' pajjiż terz individwali jew aktar. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal- esperti. Meta tħejji u tfassal l- atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(3)

Sabiex ikunu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 774/94, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata l ill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-aġġustamenti għal dak ir-Regolament, fil-każ li jiġu aġġustati l-volumi u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti tal-kwota, b'mod partikolari b'deċiżjoni tal-Kunsill li jiġi konkluż ftehim ma' pajjiż terz individwali jew aktar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti ddelegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew jiġi involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti ddelegati mill-Parlament Ewropew.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 774/94

Artikolu 7 - paragrafu 2

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il- proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament u tal-Kunsill [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika allinjat]*.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal -proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7a(2).

Emenda 3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 774/94

Artikolu 7a (ġdid)

 

Artikolu 7a

Proċedura ta’ kumitat

1.     Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, stabbilit permezz tal-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta' … 2012] [dwar ir-Regolament dwar l-OKS Unika allinjat] (2). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (3).

2.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.     Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir.dan.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 774/94

Artikolu 8a - paragrafu 2

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li jemenda] .

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn … (4) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 774/94

Artikolu 8a - paragrafu 5

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn b’ inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’erba’ xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0212/2012).

(2)   ĠU L …, …, p.

(3)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(4)   Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.