|
7.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 258/130 |
Il-Ħamis 19 ta’ April 2012
Ftehim Volontarju ta' Sħubija bejn l-UE u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-UE (FLEGT) *
P7_TA(2012)0131
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) (14034/2011 – C7-0046 /2012 – 2011/0127(NLE))
2013/C 258 E/21
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14034/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) (14036/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 207(3) u (4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0046/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0082/2012), |
|
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarji (VPAs) u fin-negozjati u l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Volontarji ġodda. |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Ċentru Afrikana. |