|
6.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 257/98 |
Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa *
P7_TA(2012)0108
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (COM(2011)0730 – C7-0447/2011 – 2011/0330(CNS))
2013/C 257 E/21
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0730), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0447/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0044/2012), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||
|
Emenda 1 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 2 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 11 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 3 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 4 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 19 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 5 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 20 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 6 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 20a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 7 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 22 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 8 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 25a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 9 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 |
|||||
|
3. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tiddeċiedi li ma hemmx bżonn ta’ inkjesta amministrattiva, hija għandha minnufih tinforma lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. |
3. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika. |
||||
|
Emenda 10 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 5 |
|||||
|
5. L-awtorità rikjesta tista’ titlob lill-awtorità rikjedenti biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità rikjedenti għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat tali rapport mill-aktar fis possibbli , sakemm dan ma jkun jimponi ebda piż sproporzjonat fuqha . |
5. L-awtorità rikjesta tista’ titlob lill-awtorità rikjedenti biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità rikjedenti għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat tali rapport mill-aktar fis possibbli. |
||||
|
Emenda 11 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 |
|||||
|
4. Meta l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma jkunx prattiku, l-iskambju tal-messaġġi jista’ jitwettaq kompletament jew parzjalment b’mezzi oħrajn. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, il-messaġġ għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni tar-raġuni għala l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma kienx prattiku. |
4. Meta l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma jkunx prattiku, l-iskambju tal-messaġġi jista’ jitwettaq kompletament jew parzjalment b’mezzi oħrajn. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn , fejn l-awtorità rikjesta tqis li dan ikun neċessarju, il-messaġġ għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni tar-raġuni għala l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma kienx prattiku. |
||||
|
Emenda 13 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 |
|||||
|
1. Bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tas-sisa, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, li jwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, tas-sitwazzjoni tad-dazju tas-sisa ta’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar jew ta’ persuni oħrajn, li huma ta’ interess komuni u komplimentari, kull meta dawn il-kontrolli jidhru li huma aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss. |
1. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tas-sisa, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, u fejn ikun xieraq , li jwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, tas-sitwazzjoni tad-dazju tas-sisa ta’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar jew ta’ persuni oħrajn, li huma ta’ interess komuni u komplimentari, kull meta dawn il-kontrolli jidhru li huma aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss. |
||||
|
Emenda 15 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 16 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 |
|||||
|
Għal dak il-għan, huma jistgħu jużaw is-sistema kompjuterizzata fejn is-sistema tkun kapaċi tipproċessa dik l-informazzjoni. |
Għal dak il-għan, ikun xieraq li huma jużaw is-sistema kompjuterizzata fejn is-sistema tkun kapaċi tipproċessa dik l-informazzjoni. |
||||
|
Emenda 17 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 |
|||||
|
2. L-awtorità li tkun bagħtet l-informazzjoni lil xi awtorità oħra skont il-paragrafu 1 tista’ titlob lil dik l-awtorità l-oħra biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità l-oħra għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat dak ir-rapport mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jimponi ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuqha. |
2. L-awtorità li tkun bagħtet l-informazzjoni lil xi awtorità oħra skont il-paragrafu 1 tista’ titlob lil dik l-awtorità l-oħra biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Meta l-awtorità tkun ressqet l-informazzjoni wara li tkun inkixfet irregolarità mhux tas-soltu iżda ekonomikament sinifikanti, għandha titlob għal tali rapport dwar azzjoni ta' segwitu. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità l-oħra għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat dak ir-rapport mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jimponi ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuqha. |
||||
|
Emenda 18 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b |
|||||
|
|
||||
|
Emendi 19 u 20 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 23 |
|||||
|
It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. It-talbiet ikunu jirrikjedu traduzzjoni li takkumpanjahom biss, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni. |
It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma minn qabel bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. It-talbiet ikunu jirrikjedu traduzzjoni li takkumpanjahom biss, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni raġonevoli li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni. |
||||
|
Emenda 21 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 |
|||||
|
3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta li tibgħat l-informazzjoni jekk l-Istat Membru rikjedenti ma jkunx jista’, għal raġunijiet legali, jipprovdi informazzjoni simili. |
imħassar |
||||
|
Emenda 22 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 4 |
|||||
|
(4) L-għoti tal-informazzjoni jista’ jiġi rrifjutat jekk dan ikun ser iwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew meta l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni dwar operatur ekonomiku għas-sempliċi raġuni li din l-informazzjoni tinżamm minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, minn persuna nominata jew persuna li taġixxi bħala aġent jew fiduċjarju jew minħabba li tkun relatata mal-interessi ta' sjieda f’persuna legali. |
(4) L-għoti tal-informazzjoni jista’ jiġi rrifjutat jekk ikun evidenti li dan ikun ser iwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew meta l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni dwar operatur ekonomiku għas-sempliċi raġuni li din l-informazzjoni tinżamm minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, minn persuna nominata jew persuna li taġixxi bħala aġent jew fiduċjarju jew minħabba li tkun relatata mal-interessi ta' sjieda f’persuna legali. |
||||
|
Emenda 23 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 |
|||||
|
Madankollu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni għandha tippermetti l-użu tagħha għal skopijiet oħrajn fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta tippermetti li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet simili f’dak l-Istat Membru. |
Madankollu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni tista' tippermetti l-użu tagħha għal skopijiet oħrajn fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta tippermetti li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet simili f’dak l-Istat Membru. |
||||
|
Emenda 24 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 |
|||||
|
4. Il-ħażniet jew l-iskambji kollha ta’ informazzjoni mill-Istati Membri msemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. |
4. L-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri msemmija f’dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. |
||||
|
Emenda 25 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 |
|||||
|
2. Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun impenja ruħu legalment li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa sabiex tinġabar l-evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni tas-sisa, l-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament tista’ tiġi kkomunikata lil dak il-pajjiż terz, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-istess skopijiet li għalihom ġiet ipprovduta din l-informazzjoni u skont id-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi, u l-miżuri legali nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva. |
2. Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun impenja ruħu legalment li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa sabiex tinġabar l-evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni tas-sisa, l-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament tista’ tiġi kkomunikata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru lil dak il-pajjiż terz, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-istess skopijiet li għalihom ġiet ipprovduta din l-informazzjoni u skont id-Direttiva 95/46/KE, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi, u l-miżuri legali nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva. |
||||
|
Emenda 26 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 |
|||||
|
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tiġbor fil-qosor l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb it-tħaddim tas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament. |
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tqabbel u tanalizza l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb it-tħaddim tas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament. |
||||
|
Emenda 27 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid) |
|||||
|
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-frodi fil-qasam tad-dazji tas-sisa sal-31 ta' Diċembru 2012, flimkien ma' emendi għal dan ir-Regolament jekk ikun xieraq. |
||||
|
Emenda 28 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 |
|||||
|
Bil-għan li jevalwaw l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fl-infurzar tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sisa u jiġġieldu l-evażjoni u l-frodi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni disponibbli barra dik l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
Bil-għan li jevalwaw l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fl-infurzar tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sisa u jiġġieldu l-evażjoni u l-frodi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni disponibbli barra dik l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
||||
|
Emenda 29 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 37 |
|||||
|
Kull ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
||||