6.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 257/96 |
Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
P7_TA(2012)0106
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (COM(2010)0484 – C7-0265/2010 – 2010/0250(COD))
2013/C 257 E/19
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0484), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0265/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Jannar 2011 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Marzu 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0223/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 44.
(3) Din il-pożizzjoni ser tiġi sostitwita bl-emendi adottati fil-5 ta' Lulju 2011 (testi adottati, P7_TA(2011)0310).
Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
P7_TC1-COD(2010)0250
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 648/2012.)