|
6.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 227/39 |
Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2012
L-adeżjoni tal-Unjoni mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti ***
P7_TA(2012)0005
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali (13894/2011 – C7-0303/2011 – 2011/0191(NLE))
(2013/C 227 E/11)
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (13894/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, tad-Deċiżjoni 97/836/KE tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ('Ftehim Rivedut tal-1958') (1) (C7-0303/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0005/2012), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.