15.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/159


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 625 finali/3 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni”

COM(2012) 552 final — 2011/0280 (COD)

2013/C 44/30

Nhar it-22 ta’ Ottubru 2012 u nhar l-24 ta’ Ottubru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

l-Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 625 finali/3 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni

COM(2012) 552 final — 2011/0280 (COD).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-485 sessjoni plenarja tiegħu tat-12 u t-13 ta’ Diċembru 2012 (seduta tat-12 ta’ Diċembru), b’127 vot favur, 2 voti kontra u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 12 ta’ Diċembru 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON