15.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/158 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 626 final/3 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)”
COM(2012) 535 final - 2012/0281 (COD)
2013/C 44/29
Nhar it-22 ta’ Ottubru 2012 u nhar l-24 ta’ Ottubru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
l-Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 626 final/3 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)
COM(2012) 535 final — 2012/0281 (COD).
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-485 sessjoni plenarja tiegħu tat-12 u t-13 ta’ Diċembru 2012 (seduta tat-12 ta’ Diċembru 2012), b’124 vot favur u 5 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 12 ta’ Diċembru 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON