15.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/88


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-“Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 628 final/2 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni”

COM(2012) 551 final — 2012/0260 (COD)

2013/C 11/26

Nhar il-5 ta’ Ottubru 2012 u nhar l-10 ta’ Ottubru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

l-Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 628 final/2 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

COM(2012) 551 final – 2012/0260 (COD).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-484 sessjoni plenarja tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Novembru 2012 (seduta tal-14 ta’ Novembru), b’149 vot favur, 3 voti kontra u 9 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 14 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON