15.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/86


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea”

COM(2012) 413 final — 2012/0201 (COD)

2013/C 11/22

Nhar il-11 ta’ Settembru 2012 u nhar it-3 ta’ Settembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea

COM(2012) 413 final – 2012/0201 (COD).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-484 sessjoni plenarja tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Novembru 2012 (seduta tal-14 ta’ Novembru 2012), b’150 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 14 ta’ Novembru 2012.

Il-president tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON