15.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/86


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar”

COM(2012) 432 final — 2012/0208 (COD)

2013/C 11/21

Nhar il-11 ta’ Settembru 2012 u nhar is-17 ta’ Settembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar

COM(2012) 432 final – 2012/0208 (COD).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-484 sessjoni plenarja tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Novembru 2012 (seduta tal-14 ta’ Novembru 2012), b’143 vot favur, 3 voti kontra u 7 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 14 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON