15.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/90


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat”

COM(2012) 332 final — 2012/162 (COD)

2012/C 351/21

Nhar it-2 ta’ Lulju 2012 u nhar l-10 ta’ Lulju 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

COM(2012) 332 final – 2012/162 (COD).

Billi l-Kumitat iqis li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-483 sessjoni plenarja tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Settembru 2012 (seduta tat-18 ta’ Settembru 2012), b'141 vot favur, l-ebda vot kontra u 7 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 18 ta’ Settembru 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON