15.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/89 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd”
COM(2012) 277 final — 2012/143 (COD)
2012/C 351/20
Nhar l-14 ta’ Ġunju 2012 u nhar il-15 ta’ Ġunju 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd
COM(2012) 277 final – 2012/143 (COD)
Billi l-Kumitat iqis li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-483 sessjoni plenarja tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Settembru 2012 (seduta tat-18 ta’ Settembru 2012), b’148 vot favur, 8 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 18 ta’ Settembru 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON