21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/199


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika”

COM(2012) 48 finali – 2008/0256 (COD)

2012/C 181/35

Nhar is-27 ta’ Frar 2012 u t-13 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 114 u 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika

COM(2012) 48 finali – 2008/0256 (COD).

Billi l-Kumitat diġà ta fehmtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-opinjoni tiegħu CESE 1022/2009 adottata fl-10 ta’ Ġunju 2009 (1), iddeċieda, matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu tat-28 u tad-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), b’161 vot favur, vot 1 kontra u 9 astensjonijiet, li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 306, 16.12.2009, p. 18.