22.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/147


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika u fir-rigward tal-farmakoviġilanza”

COM(2011) 633 finali — 2008/0256 (COD)

2012/C 143/31

Nhar it-28 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 114 u 168(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika u fir-rigward tal-farmakoviġilanza

COM(2011) 633 final – 2008/0256 (COD).

Billi l-Kumitat diġà ta fehmtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-opinjoni tiegħu CESE 1022/2009 adottata fl-10 ta’ Ġunju 2009 (1), iddeċieda, matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u tat-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), b’135 vot favur u 7 astensjonijiet, li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.

Brussell, 22 ta’ Frar 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 306, 16.12.2009, p. 18.