6.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/74


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk”

COM(2011) 760 final — 2011/0345 COD

2012/C 68/14

Nhar it-30 ta’ Novembru 2011, il-Parlament Ewropew u nhar it-13 ta’ Diċembru 2011 il-Kunsill, iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

COM(2011) 760 final – 2011/0343 COD.

Billi l-Kumitat iqis li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-477 sessjoni plenarja tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Jannar 2012 (seduta tat-18 ta’ Jannar 2012), b'171 vot favur, l-ebda vot kontra u 14-il astensjoni, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 18 ta’ Jannar 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON