|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 348/7 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonjiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fil-25 ta’ Mejju 2010 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ COMP/39.092 (1) – Fittings u Tagħmir għall-Kmamar tal-Banju
Rapporteur: Franza
2011/C 348/06
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prodotti milquta mill-kartell. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar iż-żona ġeografika milquta mill-kartell. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma fl-Istati Membri kkonċernati tal-UE jista’ jkollhom effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
5a. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-kartell jikkostitwixxi ksur waħdieni u kontinwu. |
|
5b. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-responsabbiltà ta’ kull impriża rigward l-ambiti ġeografiċi differenti tal-ksur waħdieni u kontinwu. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dewmien tal-ksur. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti applikabbli. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi attenwanti applikabbli. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjonijiet magħmula taħt l-Avviż dwar il-Klemenza tal-2002. |
|
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |