9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/19


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.180 – Fluworidu tal-aluminju

Rapporteur: L-Awstrija

2011/C 40/10

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni fir-rigward tal-prodotti u taż-żona ġeografika milquta mill-kartell.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-kartell jikkonstitwixxi infrazzjoni unika u kontinwa.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji proprjetarji tal-gruppi kkonċernati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tista' tiġi imposta multa fuq dawk indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-applikazzjoni magħmula taħt l-Avviż ta' Klemenza tal-2002.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.