14.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 168/144 |
It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur P. RUSSO - IT)
P7_TA(2011)0557
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0348/2011 – 2011/0813(NLE))
2013/C 168 E/31
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0348/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-innominat għall-postazzjoni fil-Qorti tal-Awdituri nominat mill-Kunsill, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0420/2011), |
A. |
billi Pietro Russo jissodisfa il-kundizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, |
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-verifika tal-Istati Membri. |