26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/99


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Il-ħolqien tal-programmi Ewro-Mediterranji "Erasmus" u "Leonardo da Vinci"

P7_TA(2011)0413

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-ħolqien tal-programmi Ewro-Mediterranji "Erasmus" u "Leonardo da Vinci"

2013/C 56 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi x-xatt tan-Nofsinhar tal-Mediterran għaddej minn evoluzzjoni mingħajr preċedenti li l-Unjoni Ewropea għandha takkumpanja permezz ta' inizjattivi ġodda,

B.

billi l-edukazzjoni għandha rwol fundamentali favur id-demokrazija u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali,

C.

billi t-taħriġ professjonali huwa importanti fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ,

D.

billi l-programmi "Erasmus" u "Leonardo da Vinci" jikkostitwixxu suċċessi maġġuri tal-kostruzzjoni Ewropea,

E.

billi hemm numru żgħir ta' benefiċjarji tat-taqsima Mediterranja tal-programm Erasmus Mundus u hemm nuqqas ta' mobilità min-Nofsinhar għan-Nofsinhar.

1.

Jitlob lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President biex minn issa sal-2011 jipproponu l-applikazzjoni ta' programm "Erasmus" Ewro-Mediterranju maħsub biex jiffavorixxi l-mobilità transnazzjonali tal-istudenti miż-żewġ ixtut;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President biex minn issa sal-2011 jipproponu l-applikazzjoni ta' programm "Erasmus" Ewro-Mediterranju maħsub biex jiffavorixxi l-mobilità taż-żgħażagħ li jixtiequ jiksbu taħriġ professjonali barra minn pajjiżhom;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President, lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-UgħM, u lill-parlamenti tagħhom, lis-Segretarjat Ġenerali tal-UgħM u lill-AP-UgħM.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tas-27 ta' Settembru 2011 (P7_PV(2011)09-27(ANN1)).