21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/8


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/860/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

2011/C 373/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/860/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

DG K Coordination Unit

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, (2), u l-Artikolu 263, (4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 338, 21.12.2011.