17.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/16 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/848/PESK
2011/C 369/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/848/PESK (1).
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti indika l-persuni li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 13 u 15 tar-Riżoluzzjoni 1596 (2005), kif imġedda mill-paragrafu 3 tar-Riżoluzzjoni 1952 (2010).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 8 tal-UNSCR 1533 (2004), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Talbiet bħal dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
United Nations — Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u l-entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/848/PESK. Ir-raġunijiet biex jiġu indikati l-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fil-websites fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz mogħti hawn fuq.
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 335, 17.12.2011, p. 83.