10.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/11 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar tat-2 ta' Diċembru 2011 il-prevenzjoni, id-djanjosi bikrija u trattament ta' mard respiratorju kroniku fit-tfal
2011/C 361/05
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
1. |
IFAKKAR LI f'konformità mal-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji ta' politika u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-linji ta' politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali u l-mard u l-kawżi ta' periklu għas-saħħa fiżika u mentali. |
2. |
IFAKKAR fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2010 dwar 'Approċċi innovattivi għal mard kroniku fis-sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa' (1); |
3. |
IFAKKAR fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2004 dwar l-ażma fit-tfal (2); |
4. |
IFAKKAR fid-Dikjarazzjoni politika tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll ta' Mard li ma jittieħidx adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fid-19 ta' Settembru 2011 (3); |
5. |
IFAKKAR FIL-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk; |
6. |
IFAKKAR fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2009/C 296/02 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar ambjenti bla tipjip (4); |
7. |
JILQA' n-netwerks u l-alleanzi eżistenti, bħan-Netwerk Ewropea Globali għall-Allerġija u l-Ażma (GA2LEN) u l-Alleanza Globali kontra l-Mard Respiratorju (GARD), li nħolqu fl-2004 u fl-2006 rispettivament biex jiġi investigat u jitnaqqas il-piż u titjieb l-identifikazzjoni bikrija u t-trattament adatt ta' mard respiratorju kroniku fl-UE; |
8. |
JILQA' r-riżultati tal-konferenzi li ġejjin:
|
9. |
JENFASIZZA li l-mard respiratorju kroniku huwa l-aktar mard komuni fit-tfal li ma jittieħidx; |
10. |
JISĦAQ li l-ażma u r-rinite allerġika huma l-mard respiratorju kroniku l-aktar komuni fit-tfal u li l-ażma hija r-raġuni l-aktar komuni għaż-żjarat fl-emerġenza u l-ammissjonijiet fl-isptar fost it-tfal; |
11. |
JISĦAQ li l-prevalenza ta' mard respiratorju fit-tfal fl-Unjoni Ewropea żdiedet fid-deċenni reċenti, iżda l-monitoraġġ fl-UE kollha tal-prevalenza, is-severità, it-tipi ta' mard u l-bidliet fl-espożizzjoni għal allerġeni u irritanti huwa insuffiċjenti; |
12. |
JISĦAQ li n-nuqqas li jiġi djanjostikat u ttrattat mard respiratorju kroniku fit-tfal iwassal għal piż ekonomiku u soċjali, li jista' jiġi limitat bil-prevenzjoni, id-djanjosi bikrija u t-trattament; |
13. |
JINNOTA l-eżistenza ta' inugwaljanzi fl-aċċess għall-prevenzjoni, id-djanjosi bikrija u t-trattament ta' mard respiratorju kroniku fit-tfal kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll bejniethom; |
14. |
JENFASIZZA li l-akbar fatturi ta' riskju għall-iżvilupp ta' mard respiratorju kroniku huma taħlita ta' predispożizzjoni ġenetika mal-espożizzjoni ambjentali għal sustanzi u partikuli li jiġu inalati, bħad-duħħan tat-tabakk fl-ambjent, kwalità tal-arja fqira f'postijiet ġewwa u tniġġis tal-arja fuq barra; |
15. |
JENFASIZZA li l-kondizzjonijiet qabel it-twelid u fis-snin bikrija tat-tfulija jinfluwenzaw is-saħħa fil-ħajja adulta; għalhekk huwa importanti li jiġu protetti n-nisa tqal u t-tfal kontra l-influwenzi negattivi tal-fatturi ambjentali, inkluż l-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk; |
16. |
JIRRIKONOXXI li l-edukazzjoni tas-saħħa kontinwa tat-tfal, il-ġenituri, l-għalliema u t-taħriġ ta' professjonisti tas-saħħa għandhom rwol ċentrali fil-prevenzjoni u t-trattament ta' mard respiratorju kroniku fit-tfal. Hija tqajjem kuxjenza u attitudnijiet favur is-saħħa fost l-individwi u tiffaċilita l-monitoraġġ ta' mard kroniku mill-professjonisti tas-saħħa; |
17. |
JIRRIKONOXXI li element importanti tal-prevenzjoni u t-trattament ta' mard respiratorju kroniku fit-tfal hija l-awtoġestjoni u l-parteċipazzjoni tat-tfal f'deċiżjonijiet dwar il-kura tas-saħħa li jaffettwawhom, b'kont meħud tal-età u l-maturità tagħhom, kif ukoll l-involviment attiv tal-ġenituri u l-familja; |
18. |
JIRRIKONOXXI li l-prevenzjoni, id-djanjosi bikrija u t-trattament ta' mard respiratorju kroniku għandhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tat-tfal, il-kwalità tal-ħajja u jikkontribwixxu għal tfulija attiva u b'saħħitħa u tixjiħ b'saħħtu. Għalhekk huwa importanti li jiġu żviluppati għodod ġodda biex jitjiebu l-prevenzjoni, id-djanjosi bikrija u t-trattament ta' mard respiratorju kroniku fit-tfal, speċjalment fil-linji ta' politika dwar is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent, ir-riċerka, l-impjiegi u dawk soċjali; |
19. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri biex:
|
20. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex:
|
21. |
JISTIEDEN lill-Kummissjoni Ewropea biex:
|
(2) 9507/04 (Press 163).
(3) Nazzjonijiet Uniti A/RES/66/2 (A/66/L.1).
(4) ĠU C 296, 5.12.2009, p. 4.
(5) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 4.