14.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/6


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – pożizzjoni tal-Kunsill

2011/C 271/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2011 kien adottat definittivament fil-15 ta' Diċembru 2010 (3),

fis-17 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2011,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kienet adottata fit-12 ta' Settembru 2011.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.

(3)  ĠU L 68, 15.3.2011.