|
17.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 177/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/332/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 572/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
2011/C 177/03
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-entitajiet li jidhru fl-Anness IV għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/332/PESK (1), u fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 572/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti li jinsabu f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 204/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
L-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
TEFS Coordination |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 149, 8.6.2011, p. 10.
(2) ĠU L 159, 17.6.2011, p. 2.