24.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/10


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

2011/C 153/06

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK (2), u fl-Anness IA għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 505/2011 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/639/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 765/2006.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti tal-Internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.

(2)  ĠU L 136, 24.5.2011, p. 91.

(3)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 24.5.2011, p. 48.