|
24.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 92/10 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
2011/C 92/06
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni segwenti tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li l-individwi elenkati fl-Anness I għall-UNSCR 1973 (2011) għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet ta' vvjaġġar imposti fil-paragrafi 15 u 16 tal-UNSCR 1970 (2011), u li l-individwi u l-entititajiet elenkati fl-Anness II għall-UNSCR 1973 (2011) għandhom ikunu soġġetti għall-iffriżar tal-assi impost fil-paragrafi 17, 19, 20 u 21 tal-UNSCR 1970 (2011).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:
|
United Nations — Focal point for delisting |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room S-3055 E |
|
New York, NY 10017 |
|
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi għall-UNSCR 1973 (2011) imsemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011. Ir-raġunijiet għan-nomini tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 204/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
TEFS Coordination |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.