18.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/8


Nota għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK (1) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire

2011/C 14/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK (3), u fl-Anness IA għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011 (4), li jimponu miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 560/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għall-użu ta' fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anki għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 11, 15.1.2011, p. 36.

(4)  ĠU L 11, 15.1.2011, p. 1.