21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/23


Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri tal-antidumping

2011/C 373/11

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), liema avviż ma wassal għal ebda talba sostanzjata kif għandu jkun għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżuri anti-dumping imsemmija hawn isfel se jiskadu dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data tal-għeluq (3)

Soluzzjonijiet ta’ urea u ta' nitrat tal-ammonju

L-Alġerija

Il-Bjelorussja

Ir-Russja

L-Ukraina

Dazju antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 26), kif emendata bi: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2008 (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 14) kif l-aħħar emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) Nru 1251/2009 (ĠU L 338, 19.12.2009, p. 5)

22.12.2011

Impriża

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/649/KE (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 39)


(1)  ĠU C 64, 1.3.2011, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.