15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/12


Informazzjoni mibgħuta mill-Ungerija dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2011/C 304/06

Skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr, l-Ungerija għarrfet lill-Kummissjoni li:

l-Ungerija se tapplika d-dispożizzjoni tranżitorja 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2010/35/UE,

il-kodiċi tal-kulur applikabbli fi ħdan it-territorju tal-Ungerija għall-apparat tal-pressjoni li jista' jinġarr huwa stipulat fid-Digriet Nru 14/1998 tal-Ministeru tal-Ekonomija tas-27 ta' Novembru 1998 dwar ir-regolamenti tas-sigurtà għaċ-ċilindri tal-gass.