|
2.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/6 |
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
2011/C 227/05
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Paġna 46
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied qabel l-intestatura “0711”:
|
“0710 |
Ħxejjex (mhux imsajrin jew imsajrin fuq il-fwar jew mgħollijin), iffriżati
L-espressjoni ‘iffriżati’ kif iddefinita fin-Noti ta' Spjega SA ma' dan il-kapitolu, it-tielet paragrafu, għandha tidher ukoll skont il-kriterji stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża 120/75. B'analoġija, wara l-interpretazzjoni tal-Qorti ta' dawn il-kriterji fis-sentenza tagħha fil-kawża C-423/09, il-proċess tal-iffriżar għandu jwassal għal tibdiliet sostanzjali u irriversibbli, bir-riżultat li l-prodott ma jibqax fl-istat naturali tiegħu. Għaldaqstant, il-prodotti jkunu ‘iffriżati’ meta l-prodotti li jkunu soġġetti għal proċessi tal-iffriżar jgħaddu minn tibdiliet irriversibbli b'riżultat ta' dan l-istess proċess, b'mod partikolari fl-istruttura taċ-ċelloli, bir-riżultat li dawn il-prodotti ma jibqgħux fl-istat naturali tagħhom, anke wara li jibdew jinħallu jew ikunu nħallu.” |
Paġna 53
L-ewwel paragrafu tal-intestatura “0811” hu sostitwit b'dan li ġej:
“L-espressjoni ‘iffriżati’ kif iddefinita fin-Noti ta' Spjega HS ta' ma' dan il-kapitolu, it-tieni paragrafu, wieħed għandu jaraha wkoll skont il-kriterji stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża 120/75. B'analoġija, wara l-interpretazzjoni tal-Qorti ta' dawn il-kriterji fis-sentenza tagħha fil-kawża C-423/09, il-proċess tal-iffriżar għandu jwassal għal tibdiliet sostanzjali u irriversibbli, bir-riżultat li l-prodott ma jibqax fl-istat naturali tiegħu.
Għaldaqstant, il-prodotti jkunu ‘iffriżati’ meta l-prodotti li jkunu soġġetti għal proċessi tal-iffriżar jgħaddu minn tibdidliet irriversibbli b'riżultat ta' dan l-istess proċess, b'mod partikolari fl-istruttura taċ-ċelloli, bir-riżultat li dawn il-prodotti ma jibqgħux fl-istat naturali tagħhom, anke wara li jibdew jinħallu jew ikunu nħallu.”