14.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/12


AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Kroazja

2011/C 116/07

Bħalissa jinsabu għaddejjin in-negozjati ta’ adeżjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja inklużi dwar il-Protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-inbejjed, tal-inbejjed aromatizzati u tax-xorb alkoħoliku. F’dan il-kuntest, qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea, bħala indikazzjonijiet ġeografiċi, għall-ismijiet imniżżlin hawn taħt.

Ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet mitluba mill-Kroazja fit-Trattat tal-Adeżjoni tista’ ssir biss wara li tkun saret proċedura ta’ eżami u oġġezzjoni. Għal dawn l-ismijiet il-protezzjoni tingħata fid-data tal-adeżjoni, u limitata għal perjodu tranżizzjonali li fih il-Kroazja għandha tressaq il-fajls kompluti.

Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex toġġezzjona għal din il-protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata b'mod xieraq.

Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-B2@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni se jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk ikunu juru li l-protezzjoni tal-isem propost tkun:

(1)

kompletament jew parzjalment omonima ma’ isem diġà protett fl-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (1) li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (2) u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż (xorb alkoħoliku); jew stipulat fil-ftehimiet li l-Unjoni Ewropea kkonkludiet ma' wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

Ir-Repubblika tal-Albanija (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580/KE tat-12 ta' Ġunju 2006 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u affarijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (4) (il-Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, ix-xorb alkoħoliku u l-inbejjed aromatizzati));

L-Awstralja (Id-Deciżjoni tal-Kunsill 2009/49/KE tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid (5);

Il-Bosnja-Ħerzegovina (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta’ Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju (il-Ftehim Interim) dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (6) (il-Protokoll 6));

Il-Kanada (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE tat-30 ta' Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (ix-xorb alkoħoliku) (7);

Ir-Repubblika taċ-Ċili (Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (8);

Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/916/KE tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra biex jittieħed kont tar-riżultat (jitqies ir-riżultat) tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f'ċerti nbejjed, ir-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi ta’ ismijiet ta’ nbejjed u r-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat (tad-denominazzjonijiet għax-xorb alkoħoliku u għax-xorb aromatizzat) (9);

Il-Messiku (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta' Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni (reċiproku) u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni (denominazzjoni) ta' spirti alkoħoliċi [xorb alkoħoliku] (10);

Il-Montenegro (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju (il-Ftehim Interim) dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (11);

Is-Serbja (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/36/KE tad-29 ta’ April 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju (il-Ftehim Interim) dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (12)),

L-Afrika ta' Isfel (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/51/KE tal-21 ta' Jannar 2002 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika ta' Isfel dwar il-kummerċ fl-inbid (13), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/52/KE tal-21 ta' Jannar 2002 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika ta' Isfel dwar il-kummerċ fi spiriti (ix-xorb alkoħoliku) (14)),

L-Isvizzera (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/309/KE, Euratom, u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar Kooperazjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (15), u b'mod partikulari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli – l-Anness 7 u l-Anness 8);

L-Istati Uniti tal-Amerika (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid (16));

(2)

minħabba r-reputazzjoni u l-fama tat-trejdmark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, jista’ jagħti l-każ li hija tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati skont it-territorju tal-Unjoni Ewropea, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferu biss għat-territorju jew it-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea tiddependi fuq il-konklużjoni b’suċċess ta’ dawn in-negozjati u fuq l-att legali sussegwenti.

Lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed, l-inbejjed aromatizzati u x-xorb alkoħoliku  (17)

Il-kategorija tal-prodott

L-isem kif irreġistrat fil-Kroazja

Nbid

Dalmatinska zagora

Nbid

Dingač

Nbid

Hrvatsko primorje

Nbid

Istočna kontinentalna Hrvatska

Nbid

Hrvatska Istra

Nbid

Moslavina

Nbid

Plešivica

Nbid

Podunavlje

Nbid

Pokuplje

Nbid

Prigorje-Bilogora

Nbid

Primorska Hrvatska

Nbid

Sjeverna Dalmacija

Nbid

Slavonija

Nbid

Srednja i Južna Dalmacija

Nbid

Zagorje – Međimurje

Nbid

Zapadna kontinentalna Hrvatska

Nbid aromatizzat

Samoborski Bermet

Xorb alkoħoliku

Hrvatska loza

Xorb alkoħoliku

Hrvatska travarica

Xorb alkoħoliku

Hrvatska stara šljivovica

Xorb alkoħoliku

Slavonska šljivovica

Xorb alkoħoliku

Pelinkovac

Xorb alkoħoliku

Zadarski maraschino


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(4)  ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 28, 30.1.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

(7)  ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1.

(8)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6.

(10)  ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15.

(11)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

(12)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1.

(13)  ĠU L 28, 30.1.2002, p. 3.

(14)  ĠU L 28, 30.1.2002, p. 112.

(15)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(16)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1.

(17)  Il-lista kif inhi stabbilita mill-Awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kroazja Abbażi tal-Ordinanza dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed ippubblikati fil-OG 141/10 u fil-OG 31/11, tal-inbejjed aromatizzati fil-OG 14/11 u tax-xorb alkolħoliku fil-OG 61/09 u 141/09.