14.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/10


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kompensatorji

2011/C 116/05

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li sakemm tinbeda reviżjoni skont il-proċedura segwenti, il-miżuri kompensatorji msemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tkun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tkun se twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta’ sussidji u ta’ ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi ta' hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (Unit H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009.

Prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Polietilentereftalat (PET)

L-Indja

Dazju kompensatorju

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 (ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34)

28.2.2012


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Fax +32 22956505.