18.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/31


Rettifika għad-deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjon fir-rigward ta' Apra Leven NV

(Dan it-test iħassar u jibdel dak ippubblikat f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 114 tat-12 ta’ April 2011, p. 11 )

2011/C 178/13

 

Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjon fir-rigward ta' Apra Leven NV

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

Impriża tal-assigurazzjoni

Apra Leven NV

Indirizz:

Jan Van Rijswijcklaan 66

2018 Antwerp

Belgium

Il-fergħa li tinsab f’Consell De Cent 389, Planta PR, Puerta 2, 08009 Barċellona,

Spanja

Data, dħul fis-seħħ u t-tip ta' deċiżjoni

l-4 ta’ Marzu 2011, skont l-Artikolu 26 § 1 subparagrafu (2) Nru 2 tal-Att tad-9 ta’ Lulju 1975, deċiżjoni li ttieħdet mill-kumitat maniġerjali tal-Kummissjoni Bankarja, Finanzjarja u tal-Assigurazzjoni [Commission Bancaire, Financière et des Assurances – CFBA] biex jiġu sospiżi l-ftehimiet attwali kollha tal-assigurazzjoni bl-eċċezzjoni tal-pagamenti bil-quddiem (a) fuq ħlasijiet tal-imgħax jew (b) tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni li l-impriża tal-assigurazzjoni għandha tagħti lid-detenturi tal-poloz jew lill-benefiċjarji f’konnessjoni mal-esekuzzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni li d-data tal-maturità tiegħu ngħalqet u – fil-każijiet imsemmija kemm taħt (a) kif ukoll taħt (b) – dejjem sakemm ikunu tħallsu l-primjums kollha.

Id-deċiżjoni hija b'effett immedjat.

Awtoritajiet kompetenti

Commission Bancaire, Financière et des Assurances

Congresstraat, 12 - 14

B-1000 Bruxelles

Belgium

Awtorità superviżorja

Commission Bancaire, Financière et des Assurances

Congresstraat, 12 - 14

B-1000 Bruxelles

Belgium

L-amministratur maħtur

Mhux applikabbli

Dritt applikabbli

Id-dritt Belġjan – l-Artikolu 26, § 1 subpara. (2) Nru 2 tal-Att tad-9 ta’ Lulju 1975

Perjodu ta' żmien permess għall-appell

Din id-deċiżjoni hija att amministrattiv amministrattiv kontra liema jista' jiġi sottomess appell lill-Kunsill tal-Istat minn partijiet terzi interessati. Skont id-Digriet ta’ Regent tat-23 ta’ Awwissu 1948 li jistabbilixxi l-proċedura quddiem it-Taqsima Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat, bit-telf tad-dritt tar-revoka, l-appell għandu jintbagħat permezz ta' ittra reġistrata lill-Kunsill tal-Istat (Wetenschapstraat 33, B-1040 Brussels, Belgium) fi żmien 60 jum wara d-data li fiha tkun ippubblikata d-deċiżjoni.

Tista' tiġi sottomessa wkoll applikazzjoni għas-sospensjoni tad-deċiżjoni lill-Kunsill tal-Istat. Din l-applikazzjoni trid tinkludi dikjarazzjoni tad-difiża u l-fatti, u trid tiġi sottomessa lill-Kunsill tal-Istat fl-istess fajl bħall-applikazzjoni għall-annulament.

Fil-każ tal-persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor, il-perjodu għat-tressiq tal-appell jibda fid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.