12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 79/06

Għajnuna Nru: XA 157/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux investissements collectifs en CUMA (coopératives d'utilisation de matériel agricole)

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales.

Projet de délibération du Conseil général de la Moselle.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta' EUR 400 000 skont il-ħtieġa u skont il-mezzi baġitarji disponibbli.

Intensità massima tal-għajnuna:

 

Benefiċjarji li mhumiex bdiewa żgħażagħ

(il-perċentwali tal-bdiewa żgħażagħ fil-CUMA (kooperattivi għall-użu tat-tagħmir agrikulturali) inferjuri jew ugwali għal 70 %)

Benefiċjarji li huma bdiewa żgħażagħ (1)

(il-perċentwali tal-bdiewa żgħażagħ superjuri jew ugwali għal 70 %)

Żoni inqas vantaġġati + ZAP (żoni protetti ta' żvilupp)

30 %

40 %

Żoni ta’ pjanura

20 %

30 %

L-ammont tal-għajnuna ma jistax jaqbeż l-intensità massima tal-għajnuniet awtorizzati.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u soġġetta għall-fondi korrispondenti.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: tliet snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (soġġetta għall-fondi korrispondenti).

Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din l-iskema tal-għajnuna huwa l-ħarsien tal-ambjent skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.

Tagħmir agrikulturali eliġibbli għal skopijiet ambjentali huwa:

tagħmir għat-tkabbir tal-ħaxix: magni taż-żriegħ b'ramel fin kontra l-molluski (li jagħmlu ħsara l-pjanti) + xtiebi bi snien fini, magni taż-żrigħ ċentrifugi jew għaż-żrigħ taċ-ċerali + rombli, magni speċjalizzati għat-tħawwil mill-ġdid tax-xtieli jew għar-rinovazzjoni;

tagħmir li jintuża għaż-żieda tal-materjal organiku: makkinarju għat-tixrid tal-kompost, makkinarju għat-tixrid tal-materjal organiku, makkinarju għat-tixrid tad-demel, makkinarji li jqattgħu l-ħxejjex u kontenituri b'fertilizzant likwidu mgħammar b'sistema li tferrex, mwejjed fejn jinfirex id-demel, mħaret mgħammra bi snien u b’diski, makkinarju bil-pendlu u li jdur għat-tifrix tad-demel (“rotary and pendulum muck spreaders”), dawwara tal-għammar għall-kompostjar mid-demel (“windrow turner”);

tagħmir għax-xogħol fil-ħaxix: magni tal-ħsad, għammara, magni tal-ħsad tal-ħuxlief, magni li jagħmlu l-balal tal-ħuxlief, pressi, dawwara tal-għammar;

tagħmir li jintuża fil-produzzjoni tal-għalf u l-manifattura tal-ikel li ġej minn annimali mrobbija fil-beraħ: magni tad-dħin, tagħmir mobbli għad-dħin u għat-taħlit (mingħajr magni).

tagħmir mobbli għall-ġbir u għall-użin.

Ix-xiri ta’ tagħmir agrikolu ġdid jikkostitwixxi nefqa eleġibbli. Madanakollu, mhux eleġibbli x-xiri biex jinbidlu tagħmir u vetturi bħalma huma t-trakters u l-vetturi għall-bexx.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-ażjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif dawn huma definiti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

u lill-intrapriżi li mhumiex f’diffikultà skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-CUMA kollha li jkunu qed joperaw mid-département de la Moselle irrispettivament minn dak li jipproduċu l-membri tagħhom.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'environnement et de l'aménagement du territoire

Division de l'environnement et de l'espace rural (SAEN)

Hôtel du département

1 rue du Pont Moreau

BP 11096

57036 Metz Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg57.fr/SiteCollectionDocuments/LaMoselleEtVous/Agriculture/FichesUE/Reduction_des_couts_de_mecanisation_CUMA.pdf

Informazzjoni oħra: Sabiex tiġi żgurata konformità stretta mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti Komunitarji għal kull tip ta' għajnuna, l-ammont ta' għajnuna jitnaqqas, fejn hu meħtieġ, għall-ammont li ngħata minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

L-għajnuniet se jkunu limitati għall-CUMA li ma bbenefikawx minn għajnuna bħal din fil-ħames snin ta' qabel, bl-eċċezzjoni ta' dawk li ħallsu l-bilanċ tal-każijiet preċedenti.

Għajnuna Nru: XA 158/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aide au remplacement (assistance technique).

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales.

Projet de délibération du Conseil général de la Moselle.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta' EUR 40 000 skont il-ħtieġa u skont il-mezzi baġitarji disponibbli.

Intensità massima tal-għajnuna: Rata fissa ta' 12 % tal-ispiża massima sa' EUR 145 kull ġurnata, għall-massimu ta' 14-il ġurnata, u EUR 910 għal kull benrfiċjarju kull sena,

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u soġġetta għall-fondi korrispondenti.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: tliet snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (soġġetta għall-fondi korrispondenti).

Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din l-iskema ser ikun biex tikkontribwixxi għall-ispejjeż (minbarra spejjeż għas-sostituzzjoni ta' bdiewa li jkun qed jibbenefikaw minn kreditu tat-taxxa) marbuta mas-sostituzzjoni tal-bdiewa fl-azjendi minħabba mard, inċidenti, jew liv għall-paternità jew għall-maternità.

Skont il-punt l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati, mingħajr ebda ħlas dirett ta' flus lill-bdiewa. Il-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 15 ta' dak ir-regolament se jiġu rispettati.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif dawn huma definiti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

u lill-intrapriżi agrikoli li mhumiex intrapriżi f’diffikultà skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: L-azjendi agrikoli kollha li jkunu qed joperaw fit-territoju tad-département de la Moselle (bdiewa jew grupp ta' bdiewa)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'environnement et de l'aménagement du territoire

Division de l'environnement et de l'espace rural (SAEN)

Hôtel du département

1 rue du Pont Moreau

BP 11096

57036 Metz Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg57.fr/SiteCollectionDocuments/LaMoselleEtVous/Agriculture/FichesUE/aide_au_remplacement_AT.pdf

Informazzjoni oħra: Jekk ikun il-każ, l-ammont tal-għajnuna jista' jitnaqqas għall-ammont li ngħata minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

Għajnuna Nru: XA 159/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Programme de génomique, bio-informatique et audit de reproduction.

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales.

Projet de délibération du Conseil général de la Moselle.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta' EUR 125 000 kull sena skont il-ħtieġa u skont il-mezzi baġitarji disponibbli.

Intensità massima tal-għajnuna: Ġenotip:

40 % tal-ispejjeż, sa massimu ta' EUR 30 biex jittieħdu l-kampjuni tad-demm.

40 % tal-ispejjeż, sa massimu ta' EUR 71 għall-analiżi u l-interpretazzjoni tar-riżultati.

Verifika u monitoraġġ tar-riproduzzjoni:

verifika: 80 % tal-ispejjeż (100 % għall-bdiewa żgħażagħ), sa EUR 270 kuljum għal 80 jum għal espert tekniku għar-“Raħħala li jrabbu l-bhejjem tal-Moselle”.

apparat għall-monitoraġġ: 40 % tal-ispejjeż, sa massimu ta' EUR 5 000 f' investiment eleġibbli għal kull azjenda.

L-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż il-massimu għall-għajnuna pubblika, jiġifieri 40 % għall-investiment u 80 % (100 % għall-bdiewa żgħażagħ) għall-ispejjeż tal-verifika fil-forma ta' servizzi sussidjati u dan jista' jitnaqqas mill-ammont mogħti minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 3 snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (soġġetta għall-fondi korrispondenti disponibbli).

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 4, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

Programm ġenomiku u bijoinformatiku

L-istat ta' saħħa tal-merħliet u l-benessri tal-annimali huma fatturi prinċipali għall-ġestjoni u s-sostenibilità tal-merħliet. Madanakollu, ir-raħħala tal-bovini għandhom jibbenefikaw mill-progress fil-ġenomika. L-għodod il-ġodda għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' kull annimal għandhom jippermettu lir-raħħala jiżviluppaw kwalità għolja għall-merħliet u għandhom jimmiraw li jiksbu l-awtonomija fir-rigward tal-iskop li għalih jitrabbew il-bhejjem.

Verifika riproduttiva

Il-verifika riproduttiva għandha tgħin biex jiġi stabbilit netwerk ta' referenza għal raħħala volontiera, billi jintużaw metodi innovattivi għall-kontroll tal-perjodu ta' fertilità tal-annimali u għall-monitoraġġ tat-tqala. Fir-rigward tas-saħħa tal-annimali, l-għan tan-netwerk hu li jiġi ggwidat mill-qawl “il-prevenzjoni hi aħjar mill-kura”, u b'hekk jitnaqqas kemm l-użu tal-prodotti farmaċewtiċi u kemm tal-ispejjeż tal-bdiewa.

F'konformità mar-riżultati, ġew iddiżinjati għodod u proċeduri biex jitwettqu esperimenti, jinġabru r-riżultati u jiġu estrapolati l-konklużjonijiet abbażi ta' din id-dejta.

L-għajnuniet ser ikunu limitat għall-bdiewa li ma bbenifikawx minn għajnuniet simili fil-ħames snin preċedenti u li jkunu solvew kwalunkwe każ ta' għajnuna agrikola preċedenti mal-Kunsill Ġenerali tal-Moselle.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif dawn huma definiti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

u lill-intrapriżi agrikoli li mhumiex intrapriżi f’diffikultà skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Skont l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuniet ser jingħataw permezz ta' forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhomx jinvolvu l-ebda pagamenti diretti lill-produtturi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Bdiewa u grupp ta' bdiewa li jkunu joperaw bħala SMEs fit-territotju tad-département de la Moselle

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'environnement et de l'aménagement du territoire

Division de l'environnement et de l'espace rural (SAEN)

Service de l'agriculture et des espaces naturels

Hôtel du département

1 rue du Pont Moreau

BP 11096

57036 Metz Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg57.fr/SiteCollectionDocuments/LaMoselleEtVous/Agriculture/FichesUE/programme_procreation_et_audit_reproduction.pdf

Informazzjoni oħra: Jekk ikun il-każ, l-ammont tal-għanjnuna jista' għall-ammont li ngħata minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

Għajnuna Nru: XA 179/10

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: Il-Provinċja ta' Zuid-Holland

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Steunregeling: Projectsubsidies onderhoud landschapselementen

Bażi legali: De Algemene subsidieverordening Zuid-Holland, art 3. Op basis hiervan is de Subsidieregeling landelijk gebied vastgesteld waarvan de subsidieparagraaf „Projectsubsidies onderhoud landschapselementen”, deel uit maakt. Deze subsidieparagraaf is momenteel ter kennisgeving aangeboden.

De genoemde documenten worden als volgt ontsloten:

Subsidieregeling landelijk gebied via e-loket: http://www.zuid-holland.nl/loket/c_content-alle_subsidieregelingen.htm

Subsidieparagraaf Projectsubsidies onderhoud landschapselementen: http://www.zuid-holland.nl/staten_informatie_systeem/Provinciale_bladen/2010/opendocument.htm?llpos=210681892&llvol=-2000

Zie voorts doelstelling van de steun.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għall-2011 il-limitu tas-sussidju għal din l-iskema se jkun iffissat għal EUR 116 108. Kull sena se jiġi determinat limitu tas-sussidju ġdid.

Intensità massima tal-għajnuna: L-aktar sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli; skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, fis-sena jista' jingħata massimu ta' EUR 10 000 lir-riċevitur. Skont l-Artikolu 5(2) l-intesità tal-għajnuna hija 100 % u fil-fatt tista' tkun iżjed minn EUR 10 000, iżda l-kumpens għall-kostijiet tax-xogħol li jsir mill-bidwi jista' jkun l-aktar EUR 10 000 fis-sena. L-għajnuna għalhekk tista' tingħata kemm għal konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-binjiet tradizzjonali (100 %) u kif ukoll għax-xogħol li sar (sa EUR 10 000 fis-sena).

Data tal-implimentazzjoni: It-13 ta' Ottubru 2010, bil-fehim li l-iskema tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-gazzetta uffiċjali tal-provinċja. L-iskema tidħol fis-seħħ biss wara l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni sommarja fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Id-dispożizzjoni konċernata hija ta' dewmien indefinit (ara l-anness għan-notifika). Madankollu, il-gvern tal-provinċja jiffissa l-baġit kull sena. Għal kompletezza: it-tul ta' żmien ta' sussidju individwali skont id-dispożizzjoni huwa 6 snin mid-data tad-deċiżjoni tas-sussidju.

L-iskema tinfetaħ kull sena għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Is-sejħa li jmiss hija mis-16 ta' Novembru 2010 sal-15 ta' Jannar 2011.

Għan tal-għajnuna: Biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-partikularitajiet eżisteni tal-pajsaġġi li huma karatteristiċi ta' Zuid-Holland.

L-attivitajiet eliġibbli huma indikati fil-Pjan ta' Ġestjoni tan-Natura u fil-Kapitolu 4 tal-Indiċi tan-Natura u l-Pjanura bbażat fuqu (ara l-ħolqa li ġejja – id-dokumenti jinsabu fil-window tad-dokument): http://www.zuid-holland.nl/overzicht_alle_themas/thema_bodem_landelijkgebied/content_natuur/natuurbeheer.htm

Il-kostijiet eliġibbli jinsabu stabbiliti fit-Tarievenbesluit (deċiżjoni dwar it-tariffi), li tinsab fl-anness għan-notifika taħt Documenten:“tekst publicatie provinciaal blad openstelling.doc”.

L-attivitajiet skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament mhumiex sussidjati.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura, applikabbli għall-intrapriżi agrikoli żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Zuid-Holland

Postbus 90602

2509 LP Den Haag

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.zuidholand.nl/staten_informatie_systeem/Provinciale_bladen/2010/opendocument.htm?llpos=210681892&llvol=-2000

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 181/10

Stati Membri: Id-Danimarka

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Vækstkaution.

Bażi legali: Lovbekendtgørelse nr. 549 af den 1. juli 2002 (med ændringer), bekendtgørelse nr. 1013 af den 17. august 2007, samt ændringsbekendtgørelse nr. 237 af den 17. marts 2010, samt Finansudvalgets bevilling.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għajnuna fil-forma ta' garanziji. L-ammont totali disponibbli taħt l-iskema tal-għajnuna huwa ta' DKK 300 miljun. L-iskema tikkonċerna s-setturi primarji u l-industriji relatati, u l-ammont imsemmi jirrapreżenta l-kostijiet kumplessivi tal-iskema. Il-garanziji jkopru sa massimu ta' 75 % tal-ammont tas-self għal kull kumpanija, sa massimu ta' DKK 10 miljun. Il-metodu użat għall-kalkolu tal-għotja ekwivalenti tal-iskema ta' garanzija ġie notifikat lil u approvat mill-Kummissjoni skont l-għajnuna N 682/09.

Intensità massima tal-għajnuna:

 

Intensità medja tal-għajnuna: 15,23 % tal-garanzija

 

Intensità massima tal-għajnuna: 19,02 % tal-garanzija

Data tal-implimentazzjoni: Il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni sommarja tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-internet.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 4

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikolutra, l-ortikultura, it-tkabbir tal-frott; ma tapplika l-ebda restrizzjoni partikolari fir-rigward tan-natura tal-produzzjoni.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vækstfonden

Strandvejen 104 A

2900 Hellerup

DANMARK

Indirizz tal-Internet:

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Bekendtgoerelsen%20%20%20Retsinformation.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/underskrevne%20bekendtgoerelse.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Lov%20nr%20549%20af%20den%202%20juli%202002%20%20m%20som%20aendret%20%20tom%202009.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Aktstykke.ashx

Informazzjoni oħra: —


(1)  Is-suppliment fuq ir-rati tal-għajnuniet favur il-bdiewa żgħażagħ, skont il-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' eżenzjoni agrikola, huwa riżervat għall-investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ sa ħames snin wara l-bidu tal-istabbiliment tagħhom.